Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D1462

Deċiżjoni tal-kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 336/2023 tat-8 ta' Diċembru 2023 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2024/1462]

ĠU L, 2024/1462, 13.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1462/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1462/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1462

13.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 336/2023

tat-8 ta' Diċembru 2023

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2024/1462]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1642 tal-14 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 fir-rigward tal-modernizzazzjoni tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 21anb (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Jiżdied l-inċiż li ġej:

"-

32023 R 1642: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1642 tal-14 ta’ Ġunju 2023 (ĠU L 206, 21.8.2023, p. 1).”

2.

Fl-adattament (a) il-kliem “Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL)” għandu jiġi sostitwit bi “Reġistru tal-Unjoni”.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2023/1642 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 206, 21.8.2023, p. 1.

(*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1462/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top