Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D0509

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 261/2021 tal-24 ta’ Settembru 2021 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/509]

ĠU L, 2024/509, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/509/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/509/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/509

22.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 261/2021

tal-24 ta’ Settembru 2021

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/509]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/476 tas-16 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-kisi iebes (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2021/476 tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 2k (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE) fl-Anness XX jinbidel b’dan li ġej:

32021 D 0476: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/476 tas-16 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-kisi iebes (ĠU L 99, 22.3.2021, p. 37).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2021/476 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Settembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Rolf Einar FIFE


(1)   ĠU L 99, 22.3.2021, p. 37.

(2)   ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/509/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top