This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D0050
Decision of the EEA Joint Committee No 52/2021 of 5 February 2021 amending Annex IX (Financial services) to the EEA Agreement [2024/50]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2021 tal-5 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/50]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2021 tal-5 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/50]
ĠU L, 2024/50, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/50/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/50 |
11.1.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 52/2021
tal-5 ta’ Frar 2021
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/50]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2020/1212 tal-8 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 2018/1229 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-istituzzjonijiet (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31bfh (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“- |
32020 R 1212: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1212 tal-8 ta’ Mejju 2020 (ĠU L 275, 24.8.2020, p. 3).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1212 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Clara GANSLANDT
(1) ĠU L 275, 24.8.2020, p. 3.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/50/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)