This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D2373
Decision of the EEA Joint Committee No 60/2023 of 17 March 2023 amending Annex IX (Financial services) to the EEA Agreement [2023/2373]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2373]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2023 tas-17 ta’ Marzu 2023 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2373]
ĠU L, 2023/2373, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2373/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2373 |
26.10.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 60/2023
tas-17 ta’ Marzu 2023
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2373]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/750 tat-8 ta’ Frar 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 fir-rigward tat-tranżizzjoni għal parametri referenzjarji ġodda msemmija f’ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/314 tal-25 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju għall-iskambju tal-kollateral (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/315 tal-25 ta’ Ottubru 2022 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tad-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti tipi ta’ kuntratti (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31bcp (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31bcp (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205), fil-punt 31bcq (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592) u fil-punt 31bcr (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178):
|
|
3. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31bcs (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2022/750, (UE) 2023/314 u (UE) 2023/315 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 138, 17.5.2022, p. 6.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2373/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)