This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023A0719(02)
Sustainable Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Republic of Madagascar
Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar
Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar
ST/9007/2023/INIT
ĠU L 182, 19.7.2023, p. 25–81
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/25 |
FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TA’ MADAGASCAR
L-UNJONI EWROPEA,
minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u
IR-REPUBBLIKA TA’ MADAGASCAR,
minn hawn ’il quddiem imsejħa “Madagascar”,
minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa l-“Partijiet” u individwalment il-“Parti”,
WARA LI KKUNSIDRAW ir-relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u Madagascar, b’mod partikolari fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Pajjiżi tal-AKP”) u l-Unjoni, u x-xewqa komuni tagħhom li jintensifikaw dawk ir-relazzjonijiet,
IMPENJATI li jirrispettaw b’mod strett id-dritt internazzjonali, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u s-sovranità ta’ Madagascar u tal-Istati Membri tal-UE,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) tal-Bajja ta’ Montego tal-10 ta’ Diċembru 1982 u d-drittijiet sovrani ta’ Madagascar fuq ir-riżorsi naturali fiż-żona tas-sajd tiegħu li jirriżultaw minnha,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim tal-1995 għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Marittima tal-10 ta' Diċembru 1982 rigward il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ ħażniet ta’ ħut li jpassu f’żona limitata (straddling) u ħażniet ta’ ħut li jpassu ħafna (highly migratory),
KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fl-1995 fil-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (il-FAO), mill-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim PSMA”) li daħal fis-seħħ fl-2016 u mill-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux iddikjarat ikun prevenut, skoraġġut u eliminat (IPOA-IUU) adottat fit-2 ta’ Marzu 2001,
DETERMINATI li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentawhom,
DETERMINATI li jqisu r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u mill-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti l-oħra tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO) ,
XEWQANA, għal dawn il-finijiet, li jqisu l-pariri xjentifiċi disponibbli u rilevanti u l-pjanijiet ta’ ġestjoni pertinenti adottati mill- RFMO, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd u tiġi promossa l-governanza tal-oċeani fil-livell internazzjonali,
DEĊIŻI li jistabbilixxu djalogu, b’mod partikolari dwar il-governanza tas-sajd, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “sajd IUU”)., il-kontroll, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, l-integrità tal-ambjent tal-baħar u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar,
XEWQANA li jikkonformaw mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għall-flotot tas-sajd simili kollha preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagascar,
KONVINTI li s-sħubija trid tkun ibbażata fuq il-komplementarjetà tal-inizjattivi u l-azzjonijiet imwettqa kemm b’mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-Partijiet, filwaqt li jiġu żgurati l-koerenza tal-politiki u s-sinerġija tal-isforzi, fl-interess reċiproku u ekwu tal-Unjoni u ta’ Madagascar, inkluż għall-popolazzjoni u għall-industrija tas-sajd lokali,
BEĦSIEBHOM, għal dawn il-finijiet, li jikkontribwixxu, fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Madagascar, għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ sħubija, b’mod partikolari bl-għan li jiġu identifikati l-aktar mezzi xierqa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dik il-politika kif ukoll l-involviment tal-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili fil-proċess,
XEWQANA li jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar fejn l-attivitajiet tas-sajd għandhom ikunu diretti esklużivament lejn il-qbid żejjed permissibbli, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet tas-sajd tal-flotot li joperaw fiż-żona, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għan-natura migratorja ħafna ta’ ċerti speċijiet,
DEĊIŻI li jikkooperaw ekonomikament u soċjalment aktar mill-qrib u b’mod ekwu bl-għan li jiġi stabbilit u msaħħaħ is-sajd sostenibbli u li jikkontribwixxu għal governanza aħjar tal-oċeani u l-iżvilupp ta’ attivitajiet tal-ekonomija blu relatati mas-sajd, inkluż permezz tal-iżvilupp tal-investimenti li jinvolvu l-intrapriżi tal-Partijiet u b’rabta mal-objettivi ta’ żvilupp ta’ Madagascar,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
(a) |
“dan il-Ftehim” jew “Ftehim” tfisser dan il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar; |
(b) |
“protokoll” jew “dan il-protokoll” tfisser it-test li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu; |
(c) |
“awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea jew, fejn xieraq, id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Madagascar; |
(d) |
“l-Awtorità tal-Madagascar” tfisser il-Ministeru responsabbli għas-sajd; |
(e) |
“żona tas-sajd ta’ Madagascar” tfisser il-parti mill-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni ta’ Madagascar li fiha Madagascar jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jwettqu attivitajiet tas-sajd; |
(f) |
“awtorizzazzjoni tas-sajd” jew “liċenzja” tfisser liċenzja tas-sajd maħruġa mill-Awtoritajiet ta’ Madagascar lil bastiment tas-sajd tal-Unjoni li tagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar; |
(g) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment mgħammar għall-isfruttar kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; |
(h) |
“bastiment tal-għajnuna” tfisser kwalunkwe bastiment tal-Unjoni, għajr bastiment li jinġarr abbord, li jiffaċilita, jassisti jew iħejji l-operazzjonijiet tas-sajd, ma jkunx mgħammar għall-qbid tal-ħut u ma jintużax għal operazzjonijiet ta’ trażbord; |
(i) |
“bastiment tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe bastiment tas-sajd jew ta’ appoġġ li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni; |
(j) |
“sid ta’ bastiment” tfisser kwalunkwe persuna li hija legalment responsabbli għall-bastiment tas-sajd, u li topera u tikkontrollah; |
(k) |
“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe intrapriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe stadju tal-katina ta’ produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; |
(l) |
“attività tas-sajd” tfisser it-tiftix għall-ħut, it-tfigħ il-baħar, il-kalar, it-tkarkir, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, l-ipproċessar abbord, it-trażbord, it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd; |
(m) |
“ħatt l-art”: il-ħatt fuq l-art ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn bastiment tas-sajd; |
(n) |
“trażbord” tfisser: trasferiment ta’ prodotti tas-sajd minn bastiment għal ieħor; |
(o) |
“opportunitajiet tas-sajd” tfisser id-dritt għas-sajd ikkwantifikat u espress f’termini ta’ qabdiet jew sforz tas-sajd; |
(p) |
“prodotti tas-sajd” tfisser organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn attività tas-sajd, inklużi qabdiet inċidentali; |
(q) |
“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tkun preżenti f’żona partikolari; |
(r) |
“sajd sostenibbli” tfisser sajd skont l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fil-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) fl-1995; |
(s) |
“settur tas-sajd” tfisser is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha ta’ produzzjoni, ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; |
Artikolu 2
Suġġett
L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li jistabbilixxi sħubija u qafas ta’ governanza legali, ambjentali, ekonomika u soċjali fil-qasam tas-sajd, inklużi:
(a) |
il-kundizzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar; |
(b) |
il-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja għas-settur tas-sajd u l-governanza tal-oċeani; |
(c) |
il-kooperazzjoni li tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ekonomija blu, b’mod partikolari permezz tal-ipproċessar u t-titjib tal-prodotti tas-sajd, il-preservazzjoni tal-integrità tal-ambjent tal-baħar u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar; |
(d) |
il-kooperazzjoni amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja; |
(e) |
il-kooperazzjoni xjentifika u teknika biex jiġi żgurat l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd f’Madagascar; |
(f) |
il-kooperazzjoni ekonomika u soċjali bejn l-operaturi; |
(g) |
il-kooperazzjoni dwar miżuri għall-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet fiż-żona tas-sajd tal-Madagascar, biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli u l-effikaċja tal-miżuri għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd, u għall-ġlieda kontra s-sajd IUU. |
Artikolu 3
Prinċipji ta’ dan il-Ftehim
Il-Partijiet għandhom jaġixxu u jimplimentaw dan il-Ftehim skont il-prinċipji li ġejjin:
1. |
Dan il-ftehim u l-Protokoll, b’mod partikolari t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd, jiġu implimentati b’tali mod li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-benefiċċji li jirriżultaw. |
2. |
Il-Partijiet għandhom jaġixxu bir-rispett dovut għas-sovranità u d-drittijiet sovrani skont it-tifsira tal-Artikolu 56 tal-UNCLOS. |
3. |
Il-Partijiet għandhom jimplimentaw dan il-Ftehim skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), kif ġie emendat l-aħħar (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim ta’ Cotonou”) dwar elementi essenzjali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt, u l-element fundamentali marbut mal-governanza tajba, jew skont l-artikolu korrispondenti ta’ kwalunkwe ftehim suċċessur bejn l-Unjoni u l-pajjiżi AKP. |
4. |
L-impjieg u x-xogħol tas-sajjieda abbord bastimenti tal-Unjoni awtorizzati skont dan il-Ftehim jew il-Protokoll tiegħu għandhom jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-istrumenti applikabbli għas-sajjieda tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-1998, kif emendata fl-2022 u l-Konvenzjoni tal-ILO dwar ix-Xogħol fis-settur tas-Sajd (Nru 188) tal-2007. Dan jinkludi b’mod partikolari l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, ir-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol kif ukoll ambjent tax-xogħol sikur u tajbin għas-saħħa u kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol deċenti abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. |
5. |
Skont il-prinċipju tat-trasparenza, il-Partijiet għandhom jippubblikaw il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jippermettu l-aċċess tal-bastimenti barranin għaż-żona tas-sajd tagħhom jew l-aċċess tal-bastimenti tagħhom għal żoni oħra tas-sajd. Huma jimpenjaw ruħhom li jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd li jirriżulta, b’mod partikolari l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa u l-qabdiet li saru. |
6. |
Skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, Madagascar jintrabat li japplika l-istess miżuri tekniċi u ta’ konservazzjoni għall-flotot industrijali barranin kollha tat-tonn li joperaw fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar tiegħu li għandhom l-istess karatteristiċi bħal dawk koperti minn dan il-Ftehim u mill-Protokoll tiegħu. Il-kundizzjonijiet inkwistjoni huma relatati mal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli, l-iżvilupp u l-ġestjoni tar-riżorsi, id-dispożizzjonijiet finanzjarji, it-tariffi u l-pagamenti għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet finanzjarji mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet tas-sajd li Madagascar jista’ jikkonkludi ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma membri tal-Kummissjoni tal-Oċean Indjan (IOTC), inklużi ftehimiet reċiproċi. |
Artikolu 4
Aċċess għall-eċċess tal-qabda u parir xjentifiku
1. Il-Partijiet jaqblu li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jistadu biss għall-eċċess tal-qabda permissibbli msemmija fl-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS u stabbilita b’mod ċar u trasparenti abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli u rilevanti u tal-informazzjoni rilevanti skambjata bejn il-Partijiet dwar l-isforz totali tas-sajd fuq l-istokkijiet ikkonċernati mill-flotot kollha li joperaw fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.
2. Fir-rigward tal-istokkijiet transżonali jew l-istokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna, il-Partijiet għandhom iqisu kif xieraq il-valutazzjonijiet xjentifiċi rilevanti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni disponibbli fid-determinazzjoni tar-riżorsi aċċessibbli.
3. Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill- RFMOs kompetenti, b’mod partikolari l-IOTC, filwaqt li jqisu kif xieraq il-valutazzjonijiet xjentifiċi reġjonali.
Artikolu 5
Djalogu u koordinazzjoni
1. Fl-interess reċiproku tal-Partijiet, il-Partijiet jintrabtu li jistabbilixxu djalogu mill-qrib, jippromwovu l-konsultazzjoni u jinfurmaw lil xulxin, b’mod partikolari dwar l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd, il-governanza tal-oċeani u l-promozzjoni tal-ekonomija blu.
2. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fit-twettiq ta’ evalwazzjonijiet tal-miżuri, tal-programmi u tal-azzjonijiet implimentati fuq il-bażi ta’ dan il-Ftehim.
DRITTIJIET U OBBLIGI TAL-PARTIJIET
Artikolu 6
L-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar
L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tawtorizza lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar skont dan il-Ftehim u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll.
Artikolu 7
Kundizzjonijiet għas-sajd u klawżola ta’ esklużività
1. Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont dan il-Ftehim. Kull attività tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni li ma tkunx koperta minn dan il-Ftehim għandha tkun ipprojbita.
2. Il-proċedura għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment tal-Unjoni, it-tariffi applikabbli u l-kundizzjonijiet għall-pagament minn sid il-bastiment huma stabbiliti fil-Protokoll.
3. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawn il-kundizzjonijiet u dawn l-arranġamenti jiġu applikati tajjeb permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
Artikolu 8
Leġiżlazzjoni applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandhom ikunu soġġetti għal-leġiżlazzjoni applikabbli ta’ Madagascar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim u fil-Protokoll. L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli.
2. Madagascar jintrabat li jieħu d-dispożizzjonijiet kollha xierqa biex jiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll u ta’ sorveljanza tas-sajd previsti f’dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastimenti tal-Unjoni. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-Awtorità ta’ Madagascar għat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza.
3. L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar kwalunkwe emenda fil-leġiżlazzjoni applikabbli jew ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida li jista’ jkollha impatt fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni. Dik il-leġiżlazzjoni għandha tkun infurzabbli kontra dawn tal-aħħar mis-sittin jum wara li l-awtoritajiet tal-Unjoni jirċievu n-notifika. Madankollu, f’każ ta’ urġenza invokata mill-Awtorità ta’ Madagascar fiż-żmien tan-notifika, il-limitu ta’ żmien imsemmi hawn fuq għandu jitnaqqas għal sebat ijiem kalendarji.
4. L-Unjoni tintrabat li tieħu d-dispożizzjonijiet xierqa kollha biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jikkonformaw ma’ dan il-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar li tirregola s-sajd.
5. Sa mhux aktar tard minn sittin jum qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-Awtorità ta’ Madagascar b’kull bidla fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni u l-interessi ta’ Madagascar fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 9
Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku u tekniku
1. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fi kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi sabiex jivvalutaw b’mod regolari l-istat tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Madagascar, jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar u jsaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali ta’ riċerka.
2. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan l-IOTC jew fi ħdan RFMOs kompetenti oħra, bl-għan li jsaħħu l-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fil-livell reġjonali u jikkooperaw fir-riċerka xjentifika relatata fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.
3. Fejn xieraq, il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar laqgħa xjentifika konġunta biex jiddiskutu kwalunkwe kwistjoni xjentifika jew teknika rilevanti sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-użu tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.
4. Il-Partijiet għandhom, fid-dawl tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u rilevanti, jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 14 (minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat Konġunt”) bil-ħsieb li jadottaw, fejn xieraq u bi qbil reċiproku, miżuri biex jintlaħaq l-għan imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 10
Kooperazzjoni ekonomika u soċjali
1. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni ekonomika, teknika, teknoloġika u kummerċjali fis-setturi tas-sajd u f’setturi relatati, inklużi ċerti oqsma tal-ekonomija blu. Dawn għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiffaċilitaw u jippromwovu l-azzjonijiet differenti li jistgħu jittieħdu għal dan l-għan.
2. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ konservazzjoni u l-proċessi industrijali tal-ipproċessar u l-irkupru tal-prodotti tas-sajd.
3. Il-Partijiet jagħmlu ħilithom biex joħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fil-qasam tekniku, teknoloġiku, ekonomiku u kummerċjali, billi jippromwovu l-istabbiliment ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u l-investimenti.
4. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-promozzjoni tal-investiment f’konformità mal-liġijiet fis-seħħ ta’ Madagascar u tal-Unjoni.
5. Il-Partijiet għandhom jippromwovu u jiffaċilitaw il-ħatt l-art tal-qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni f’Madagascar. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex jiksbu, bi prijorità, mingħand Madagascar, il-provvisti u s-servizzi meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom.
6. Il-partijiet għandhom jinkoraġġixxu t-tisħiħ tal-kapaċitajiet kemm umani kif ukoll istituzzjonali fis-settur tas-sajd sabiex itejbu l-livell ta’ taħriġ u jiżviluppaw il-ħiliet, sabiex jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet tas-sajd f’Madagascar.
Artikolu 11
Kooperazzjoni fil-qasam tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u l-ġlieda kontra s-sajd IUU
1. Il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw fil-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u fil-ġlieda kontra s-sajd IUU bl-għan li jiġi stabbilit sajd sostenibbli.
2. Madagascar għandu jiżgura l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd previsti f’dan il-Ftehim u fil-Protokoll u fil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtorità ta’ Madagascar kompetenti għat-twettiq ta’ dawn l-operazzjonijiet.
Artikolu 12
Kooperazzjoni amministrattiva
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għar-riżorsi tas-sajd, il-Partijiet għandhom:
— |
jiżviluppa kooperazzjoni amministrattiva bl-għan li jiżgura li l-bastimenti tal-Unjoni jikkonformaw ma’ dan il-Ftehim u l-Protokoll, |
— |
jikkooperaw biex jipprevjenu u jiġġieldu s-sajd IUU, inkluż permezz ta’ skambji mill-qrib u regolari ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet rilevanti. |
Artikolu 13
Kontribuzzjoni finanzjarja
1. Skont il-prinċipji ta’ dan il-Ftehim, l-Unjoni tagħti lil Madagascar kontribuzzjoni finanzjarja, li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħha huma stabbiliti fil-Protokoll.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja hija maħsuba biex:
(a) |
tkopri l-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u r-riżorsi tas-sajd tiegħu, mingħajr preġudizzju għat-tariffi li jridu jitħallsu mill-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni; |
(b) |
tikkontribwixxi, permezz tal-appoġġ settorjali, għall-implimentazzjoni ta’ politika tas-sajd sostenibbli u għall-promozzjoni tal-ekonomija blu minn Madagascar; |
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Unjoni għandha titħallas kull sena, f’konformità mal-Protokoll.
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha tkun separata mill-pagamenti relatati mad-drittijiet tal-aċċess. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi annwali u pluriennali f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll.
5. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) jista’ jiġi rivedut mill-Kumitat Konġunt fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
fil-każ ta’ tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, b’mod partikolari skont il-miżuri ta’ ġestjoni għall-istokkijiet ikkonċernati meqjusa meħtieġa għall-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u rilevanti; jew |
(b) |
fil-każ ta’ żieda fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jekk, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u rilevanti, l-istat tar-riżorsi jippermetti dan; |
(c) |
fil-każ ta’ sospensjoni jew denunzja kif previst fl-Artikoli 20 u 21. |
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI
Artikolu 14
Kumitat Konġunt
1. Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-awtorità ta’ Madagascar.
2. Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt jikkonsistu b’mod partikolari minn dan li ġej:
(a) |
jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u b’mod partikolari d-definizzjoni u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali; |
(b) |
tiżgura l-komunikazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd, b’mod partikolari l-analiżi statistika tad-data dwar il-qabdiet; |
(c) |
iservi bħala forum għall-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim, għall-validazzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1, il-punt (b) u (c), u għas-soluzzjoni amikevoli ta’ kwalunkwe tilwim li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. |
3. Il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta emendi għall-Protokoll dwar:
(a) |
ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u, għaldaqstant, tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti; |
(b) |
l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali; |
(c) |
il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tekniċi li bihom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom; |
(d) |
kwalunkwe funzjoni oħra miftiehma b’mod reċiproku mill-Partijiet, inkluż fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u l-kooperazzjoni amministrattiva u l-governanza tal-oċeani. |
4. Il-Kumitat Konġunt għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu skont l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.
5. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, darba f’Madagascar u darba fl-Unjoni, jew bi qbil reċiproku, f’post ieħor jew permezz ta’ vidjokonferenza, u għandha tippresjedi l-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa. Għandu jiltaqa’ f’sessjoni speċjali fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet fi żmien xahar mit-talba.
6. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’kunsens, irreġistrati fil-minuti tal-laqgħa. Il-Kumitat Konġunt jista’, fejn xieraq, jiddelibera u jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ skambju ta’ ittri.
7. Il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta r-regoli operattivi tiegħu permezz ta’ regoli ta’ proċedura.
Artikolu 15
Iż-żona ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim
Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta’ Madagascar u l-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità u l-ġuriżdizzjoni ta’ Madagascar.
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 16
Soluzzjoni tat-tilwim
Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt fil-każ ta’ tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konsultazzjonijiet, għall-possibbiltà li jirrikorru għall-ġuriżdizzjoni ta’ korp internazzjonali, soġġett għall-kunsens taż-żewġ Partijiet.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Ftehim se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li wettqu l-proċeduri meħtieġa għal dak l-għan.
2. In-notifika prevista fil-paragrafu 1 għandha tintbgħat, f’dak li jikkonċerna l-Unjoni, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 18
Durata
Dan il-Ftehim għandu japplika għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, sakemm ma tingħatax notifika ta’ denunzja skont l-Artikolu 21.
Artikolu 19
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Ftehim għandu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Lulju 2023 dment li jiġi ffirmat mill-Partijiet, jew mid-data tal-iffirmar tiegħu jekk jiġi ffirmat wara l-1 ta’ Lulju 2023.
Artikolu 20
Sospensjoni tal-applikazzjoni
1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet f’wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta ċirkostanzi li ma jkunux fil-kontroll raġonevoli ta’ waħda mill-Partijiet ikunu tali li jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. Fil-każ ta’ fenomeni naturali, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jevalwaw l-impatt tagħhom fuq l-attivitajiet tas-sajd u fuq l-implimentazzjoni tal-Protokoll; |
(b) |
fejn tippersisti tilwima serja u mhux solvuta bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim; |
(c) |
fejn waħda mill-Partijiet ma tirrispettax dan il-Ftehim; |
(d) |
fejn ikun hemm bidliet sinifikanti fil-politika settorjali li jwasslu għall-konklużjoni tal-Ftehim, li jirriżultaw f’talba minn waħda mill-Partijiet biex temendah. |
2. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi nnotifikata bil-miktub mill-Parti kkonċernata lill-Parti l-oħra u għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal in-notifika. It-trażmissjoni ta’ tali notifika għandha tinvolvi konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet permezz tal-Kumitat Konġunt bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima fi żmien tliet xhur.
3. Fil-każ li d-differenzi ma jiġux solvuti amikevolment u s-sospensjoni tal-applikazzjoni tiġi implimentata, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin. Fejn xieraq, il-Partijiet jaqblu li jneħħu s-sospensjoni tal-applikazzjoni.
4. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 13(2) għall-perjodu ta’ sospensjoni tal-applikazzjoni għandu jiġi aġġustat wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet. Aġġustament bħal dan għandu japplika wkoll fil-każ li waħda mill-Partijiet ittemm l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 21
Denunzja
1. Dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet f’wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta ċirkostanzi li ma jkunux fil-kontroll raġonevoli ta’ waħda mill-Partijiet ikunu tali li jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. Fil-każ ta’ fenomeni naturali, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jevalwaw l-impatt tagħhom fuq l-attivitajiet tas-sajd u fuq l-implimentazzjoni tal-Protokoll; |
(b) |
fil-każ ta’ bidla sinifikanti fl-istokkijiet ikkonċernati; |
(c) |
fil-każ ta’ tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni; |
(d) |
fil-każ ta’ ksur tal-impenji tal-Partijiet fil-ġlieda kontra s-sajdIUU; |
(e) |
fejn tippersisti tilwima serja u mhux solvuta bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim; |
(f) |
fejn waħda mill-Partijiet ma tirrispettax dan il-Ftehim; |
(g) |
fejn ikun hemm bidliet sinifikanti fil-politika settorjali li jwasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim. |
2. Id-denunzja ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi nnotifikata bil-miktub mill-Parti kkonċernata lill-Parti l-oħra u għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal in-notifika, sakemm il-Partijiet ma jaqblux li jestendu dan il-perjodu. Madankollu, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) u (c), in-notifika għandha ssir wara li l-kundizzjonijiet għad-denunzja jkunu ġew ivvalidati mill-Kumitat Konġunt.
3. Il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin minn meta ssir in-notifika bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli fi żmien sitt xhur.
4. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 13 għas-sena li fiha tidħol fis-seħħ id-denunzja għandu jiġi aġġustat wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet. Aġġustament bħal dan għandu japplika wkoll fil-każ li waħda mill-Partijiet ittemm l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 22
Tħassir
Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika ta’ Madagascar u l-Komunità Ewropea (2), li ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007, huwa mħassar.
Artikolu 23
Testi awtentiċi
Dan il-Ftehim għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на тридесети юни две хиляди двадесет и трета година.
Hecho en Bruselas, el treinta de junio de dos mil veintitrés.
V Bruselu dne třicátého června dva tisíce dvacet tři.
Udfærdiget i Bruxelles den tredivte juni to tusind og treogtyve.
Geschehen zu Brüssel am dreißigsten Juni zweitausenddreiundzwanzig.
Kahe tuhande kahekümne kolmanda aasta juunikuu kolmekümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Ιουνίου δύο χιλιάδες είκοσι τρία.
Done at Brussels on the thirtieth day of June in the year two thousand and twenty three.
Fait à Bruxelles, le trente juin deux mille vingt-trois.
Arna dhéanamh sa Bhruiséil, an tríochadú lá de Mheitheamh sa bhliain dhá mhíle fiche a trí.
Sastavljeno u Bruxellesu tridesetog lipnja godine dvije tisuće dvadeset treće.
Fatto a Bruxelles, addì trenta giugno duemilaventitré.
Briselē, divi tūkstoši divdesmit trešā gada trīsdesmitajā jūnijā.
Priimta du tūkstančiai dvidešimt trečių metų birželio trisdešimtą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonharmadik év június havának harmincadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tletin jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u tlieta u għoxrin.
Gedaan te Brussel, dertig juni tweeduizend drieëntwintig.
Sporządzono w Brukseli dnia trzydziestego czerwca roku dwa tysiące dwudziestego trzeciego.
Feito em Bruxelas, em trinta de junho de dois mil e vinte e três.
Întocmit la Bruxelles la treizeci iunie două mii douăzeci și trei.
V Bruseli tridsiateho júna dvetisícdvadsaťtri.
V Bruslju, tridesetega junija dva tisoč triindvajset.
Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäkolme.
Som skedde i Bryssel den trettionde juni år tjugohundratjugotre.
PROTOKOLL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TA’ MADAGASCAR (2023-2027)
ARTIKOLU 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Ftehim għandhom japplikaw, ħlief għall-emendi ta’ hawn taħt, u jiġu ssupplimentati kif ġej:
(1) |
“osservatur” tfisser kwalunkwe persuna awtorizzata minn awtorità nazzjonali biex tosserva abbord bastiment tas-sajd l-attività tas-sajd tagħha u biex tiġbor data li tikkwantifika jew tikkwalifika r-riżultati tagħha; |
(2) |
“irkaptu biex jinġema’ l-ħut (FAD)” tfisser oġġett, struttura jew tagħmir permanenti, semipermanenti jew temporanji magħmul minn kwalunkwe materjal artifiċjali jew naturali, li jintuża jew jiġi mmonitorjat bl-għan li jiġu aggregati l-ispeċijiet fil-mira tat-tonn għall-qbid sussegwenti. |
Artikolu 2
Suġġett
L-għan ta’ dan il-Protokoll huwa li jimplimenta l-Ftehim billi jistabbilixxi b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u l-kooperazzjoni prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.
Dan il-Protokoll għandu jiġi interpretat u applikat f’konformità sħiħa mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u konsistenti magħhom.
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Protokoll għandu japplika għal:
— |
l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar li jistadu għat-tonn u għall-ispeċijiet li jixbhu lit-tonn, |
— |
l-implimentazzjoni tal-oqsma ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tal-Ftehim. |
Artikolu 4
L-ispeċijiet tal-ħut u l-għadd ta’ bastimenti awtorizzati
1. L-ispeċijiet awtorizzati huma t-tonn u speċijiet assoċjati, kif elenkati fl-Appendiċi 1 tal-Anness ta' dan il-Protokoll, u skont mandat ta’ ġestjoni mill-Kummissjoni dwar it-tonn tal-Oċean Indjan (IOTC).
2. Is-sajd għall-ispeċijiet li ġejjin għandu jkun ipprojbit:
— |
speċijiet protetti mill-konvenzjonijiet internazzjonali, inklużi Cethorinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis, Carcharinus longimanus, Isurus oxyrinchus, Isurus paucus; |
— |
speċijiet li ż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħatt l-art jew il-ħżin tagħhom kollha jew parti minnhom huma pprojbiti mill-IOTC, b’mod partikolari l-ispeċijiet tal-familji Alopiidae, Sphyrnidae u Lamnidae. |
3. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lil 65 bastiment tal-Unjoni kif ġej:
— |
32 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, |
— |
13-il bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ ta’ aktar minn 100 GT, |
— |
20 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b’tunnellaġġ ta’ 100 GT jew inqas. |
4. Il-paragrafu 3 japplika soġġett għal-Artikoli 11 u 12.
Artikolu 5
Durata
Dan il-Protokoll għandu japplika għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu.
Artikolu 6
Kontribuzzjoni finanzjarja
1. Għall-perjodu kollu ta’ erba’ snin, il-valur totali stmat ta’ dan il-Protokoll huwa ta’ EUR 12 880 000, jew EUR 3 220 000 fis-sena. Dan l-ammont globali huwa allokat kif ġej:
— |
EUR 7 200 000 li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim, |
— |
EUR 5 680 000 li jikkorrispondu għall-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti. |
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni għandha tinkludi:
(a) |
ammont annwali ta’ EUR 700 000, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza għall-ispeċijiet kollha ta’ 14 000 tunnellata fis-sena għall-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, |
(b) |
ammont speċifiku ta’ EUR 1 100 000 fis-sena għall-appoġġ tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Madagascar u l-implimentazzjoni tagħha. Dan l-ammont għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ministeru responsabbli mis-sajd u amministrat mill-Aġenzija ta’ Madagascar responsabbli mis-sajd u l-akkwakultura, skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti skont ir-regoli nazzjonali f’manwal tal-proċeduri stabbilit mill-Ministeru responsabbli għas-sajd u kkomunikat lill-awtoritajiet tal-Unjoni qabel l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll. |
3. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika skont l-Artikoli 7, 8, 11, 14 u 15.
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas:
(a) |
f’kont bankarju tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali ta’ Madagascar għall-parti relatata mal-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, |
(b) |
f’kont bankarju ddedikat għall-appoġġ settorjali taħt is-superviżjoni tal-Ministeru responsabbli għas-sajd, għall-parti relatata mal-appoġġ settorjali. |
Id-dettalji tal-kontijiet bankarji għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet tal-Unjoni mill-Awtorità ta’ Madagascar qabel il-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll u għandhom jiġu kkonfermati kull sena.
Artikolu 7
Arranġamenti għall-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar
1. Jekk il-qabdiet annwali tal-bastimenti tal-Unjoni, stabbiliti skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness, jaqbżu t-tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 14 000 tunnellata, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandha tiżdied b’EUR 50 għal kull tunnellata addizzjonali.
2. Madankollu, l-ammont annwali mħallas mill-Unjoni għall-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar ma jistax jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2, il-punt (a). Meta l-qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar jaqbżu d-doppju tat-tunnellaġġ ta’ referenza, l-ammont dovut għall-qabdiet li jaqbżu dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.
3. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandu jsir mhux aktar tard minn disgħin 90 jum wara d-data li fiha l-Protokoll jibda japplika b’mod provviżorju għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja tal-imsemmi Protokoll għas-snin ta’ wara.
4. Madagascar għandu diskrezzjoni sħiħa fir-rigward tal-użu li għandu jsir mill-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess għaż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.
Artikolu 8
Modi tal-implimentazzjoni u tal-pagament tal-appoġġ settorjali
1. Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll prevista fl-Artikolu 14 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”), il-Kumitat Konġunt għandu jadotta programm pluriennali ta’ appoġġ settorjali, imqassam skont is-sena, li l-għan ġenerali tiegħu huwa li jippromwovi s-sajd sostenibbli u responsabbli f’Madagascar.
2. Dan il-programm għandu jiġi stabbilit f’dokument li għandu jinkludi:
(a) |
linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2, il-punt (b); |
(b) |
l-objettivi u l-azzjonijiet, definiti fuq bażi annwali u pluriennali, għas-sajd responsabbli u sostenibbli u għall-ekonomija blu, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta’ Madagascar, b’mod partikolari:
|
(c) |
il-kriterji u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba kull sena, fejn xieraq permezz ta’ indikaturi. |
3. Kull sena, l-Awtorità ta’ Madagascar għandha tippreżenta rapport annwali ta’ tal-prestazzjoni u s-sitwazzjoni attwali tal-attivitajiet tal-programm lill-Kumitat Konġunt. Ir-rapport ippreżentat fl-aħħar sena jinkludi wkoll reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm matul il-perjodu kollu ta’ dan il-Protokoll.
4. Kwalunkwe emenda proposta għall-programm għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat Konġunt.
5. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha titħallas f’pagamenti parzjali annwali wara analiżi mwettqa mill-Kumitat Konġunt abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programm.
6. L-Unjoni tista’ tissospendi, parzjalment jew kompletament, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2, il-punt(b) meta l-analiżi tal-Kumitat Konġunt tiżvela li:
(a) |
ir-riżultati miksuba ma jikkonformawx mal-programmazzjoni adottata fil-Kumitat Konġunt; |
(b) |
li ma ġewx implimentati l-azzjonijiet taħt dan il-programmazzjoni. |
7. Wara s-sospensjoni prevista fil-paragrafu 6, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandu jerġa’ jibda biss wara konsultazzjoni u ftehim bejn il-Partijiet u meta r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali jkunu konsistenti mal-programmazzjoni adottata mill-Kumitat Konġunt. Madankollu, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali ma jistax isir wara perjodu ta’ sitt xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.
8. Il-monitoraġġ tal-programm mill-Partijiet għandu jkompli sakemm jiġi implimentat bis-sħiħ.
9. Il-verifiki u l-kontrolli fuq l-użu tal-fondi tal-kontroparti msemmija fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2, il-punt (b) jistgħu jitwettqu mill-korpi tal-awditjar u tal-kontroll ta’ kull Parti, inkluża l-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Dan jinkludi dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni, għad-dokumenti, għas-siti u għall-faċilitajiet tal-benefiċjarji.
10. L-Awtorità ta’ Madagascar għandha timplimenta miżuri ta’ promozzjoni u ta’ komunikazzjoni li jipprovdu viżibbiltà lill-output iffinanzjat mill-appoġġ settorjali u lill-kontribuzzjoni tal-Unjoni.
Artikolu 9
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli
1. Permezz tal-kooperazzjoni xjentifika, il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.
2. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni xjentifika rilevanti kollha li tippermetti l-evalwazzjoni tal-istat tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.
3. Il-laqgħa xjentifika konġunta prevista fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 tal-Ftehim għandha tlaqqa’ flimkien ix-xjenzati kompetenti proposti minn kull parti. Il-Partijiet għandhom jagħmlu disponibbli d-data biex ix-xjenzati jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom. It-termini ta’ referenza, il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ din il-laqgħa xjentifika konġunta għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.
4. Il-laqgħa xjentifika konġunta għandha tipproduċi rapport, akkumpanjat, fejn xieraq, minn opinjoni, sottomess lill-Kumitat Konġunt għall-konsiderazzjoni u l-adozzjoni possibbli ta’ miżuri, kif previst fl-Artikolu 9(4) tal-Ftehim.
Artikolu 10
Kooperazzjoni ekonomika u soċjali
1. Sabiex jimplimentaw il-prinċipji tal-Artikolu 10 tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni ekonomika u soċjali, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin b’mod regolari fi ħdan il-Kumitat Konġunt u għandhom jinvolvu operaturi u Partijiet ikkonċernati oħra sabiex jidentifikaw opportunitajiet ta’ kooperazzjoni, inkluż bl-għan li jiżviluppaw il-kummerċ u l-investimenti fis-settur tas-sajd.
2. Din il-konsultazzjoni għandha tqis il-programmi ta’ żvilupp u ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni jew ta’ sħab tekniċi u finanzjarji oħra.
Artikolu 11
Reviżjoni bi qbil reċiproku tal-opportunitajiet tas-sajd u r-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll
1. L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu riveduti mill-Kumitat Konġunt abbażi tal-parir xjentifiku rilevanti u filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IOTC, sabiex tiġi żgurata ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan il-Protokoll, u, fejn xieraq, wara konsultazzjoni mal-laqgħa xjentifika konġunta msemmija fl-Artikolu 9.
2. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2, il-punt (a) tista’ tiġi riveduta pro rata u għandhom isiru l-emendi meħtieġa f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.
3. Il-Kumitat Konġunt jista’ jadatta d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.
4. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt għandhom jiksbu l-istess forza legali bħal dan il-Protokoll, sakemm jitlestew il-proċeduri rispettivi tal-Partijiet.
Artikolu 12
Kampanji tas-sajd esploratorju u opportunitajiet ġodda tas-sajd
1. Il-partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd esploratorju fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar sabiex jivvalutaw is-sostenibbiltà xjentifika u ekonomika ta’ sajd ġdid, b’mod partikolari fir-rigward ta’ speċijiet meqjusa li mhumiex sfruttati biżżejjed jew li l-istatus tal-istokk tagħhom mhuwiex magħruf.
2. F’konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha, l-Awtorità ta’ Madagascar tista’ tapprova l-implimentazzjoni ta’ kampanja esploratorja abbażi ta’ speċifikazzjonijiet speċifiċi adottati mill-Kumitat Konġunt. Dan tal-aħħar għandu jispeċifika l-ispeċi kkonċernata u l-kundizzjonijiet xierqa għal dik il-kampanja filwaqt li jqis l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u, fejn xieraq, il-parir xjentifiku miksub skont l-Artikolu 9.
3. L-awtorizzazzjonijiet tal-bastimenti għall-istaġun tas-sajd esploratorju għandhom jingħataw għal perjodu massimu ta’ sitt xhur, imnaqqsa fejn meħtieġ skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-parir xjentifiku. Il-bastimenti involuti fis-sajd esploratorju għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet approvati mill-Awtorità ta’ Madagascar. Osservatur maħtur mill-Awtorità ta’ Madagascar u, fejn xieraq, osservatur xjentifiku mill-Istat tal-bandiera għandhom ikunu preżenti abbord matul l-istaġun kollu. Id-data ta’ osservazzjoni miġbura għandha tintbagħat għall-analiżi u għal parir xjentifiku skont l-Artikolu 9.
4. Il-laqgħa xjentifika għandha tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar ir-riżultati tal-kampanji esploratorji lill-Kumitat Konġunt, li għandu jiddeċiedi, fejn xieraq, dwar l-introduzzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet il-ġodda sal-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 13
Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd
1. Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni maħruġa mill-Awtorità ta’ Madagascar skont il-Ftehim u dan il-Protokoll.
2. L-Awtorità ta’ Madagascar toħroġ biss awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti tal-Unjoni skont il-Ftehim u dan il-Protokoll, u l-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet lil dawk il-bastimenti tal-Unjoni barra minn dak il-qafas, b’mod partikolari fil-forma ta’ awtorizzazzjonijiet diretti, huwa pprojbit.
3. L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti ta’ Madagascar, sakemm dan il-Protokoll ma jipprevedix mod ieħor.
Artikolu 14
Sospensjoni tal-applikazzjoni
1. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inklużi l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti u l-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista’ tiġi sospiża b’mod unilaterali minn waħda mill-Partijiet fil-każijiet previsti fl-Artikolu 20 tal-Ftehim.
2. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(3) tal-Ftehim tista’ sseħħ biss meta jiġu skattati l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni previsti fl-Artikolu 96 tal-Ftehim bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) kif ġie l-aħħar emendat (“il-Ftehim ta’ Cotonou”) relatati mal-ksur tal-elementi essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem kif definiti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou jew l-artikolu korrispondenti ta’ ftehim suċċessur.
3. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tkun soġġetta għal notifika mill-Parti kkonċernata dwar l-intenzjoni tagħha, bil-miktub u mill-inqas xahar qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ tali sospensjoni tal-applikazzjoni. It-trażmissjoni ta’ tali notifika għandha tinvolvi konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet permezz tal-Kumitat Konġunt bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima.
4. F’każ ta’ sospensjoni tal-applikazzjoni, l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandhom jiġu interrotti għall-perjodu ta’ sospensjoni. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom joħorġu miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar fi żmien 24 siegħa wara li tidħol fis-seħħ is-sospensjoni tal-applikazzjoni.
5. Il-partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima bejniethom. Meta jintlaħaq tali regolament, dan il-Protokoll għandu jerġa’ jibda japplika mill-ġdid u l-ammont ta’ kwalunkwe kumpens finanzjarju għandu jiġi miftiehem fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
Artikolu 15
Denunzja
1. F’każ ta’ denunzja ta’ dan il-Protokoll, fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 21 tal-Ftehim, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li ttemm dan il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha tali denunzja tidħol fis-seħħ.
2. Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.
Artikolu 16
Il-protezzjoni tad-data
1. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data skambjata skont il-Ftehim tintuża mill-awtorità kompetenti esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd u, b’mod partikolari, għall-finijiet ta’ ġestjoni u għall-monitoraġġ, il- MKS.
2. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li d-data kollha kummerċjalment sensittiva u personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba skont il-Ftehim, kif ukoll l-informazzjoni kummerċjali sensittiva kollha relatata mas-sistemi ta’ komunikazzjoni użati mill-Unjoni, jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-data aggregata dwar l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.
3. Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.
4. Id-data personali skambjata skont il-Ftehim għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness għal dan il-Protokoll. Aktar salvagwardji u rimedji fir-rigward tad-data personali u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.
5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jipprevjenu lill-Partijiet milli jikkonformaw mal-obbligi tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) jew tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd li jittrażmettu u jippubblikaw id-data dwar il-bastimenti.
Artikolu 17
Skambji elettroniċi tad-data
1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu malajr kemm jista’ jkun is-sistemi tal-IT meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.
2. Il-verżjoni elettronika ta’ dokument għandha titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu, soġġetta għal garanziji fir-rigward tal-awtentiċità tad-dokument.
3. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni u l-użu tal-iskambju elettroniku tad-data fir-rigward tad-data dwar il-qabdiet, id-dikjarazzjoni tal-qabdiet mad-dħul u mal-ħruġ (permezz tas-sistema ERS - Electronic Recording and Reporting System, is-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar), il-pożizzjonijiet tal-bastimenti (permezz tal-VMS - Vessel Monitoring System), u l-kisba tal-awtorizzazzjoni tas-sajd huma stabbiliti fl-Anness u fl-Appendiċijiet tiegħu.
4. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw minnufih lil xulxin bi kwalunkwe ħsara fis-sistema tal-kompjuter. L-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom imbagħad jiġu sostitwiti bil-verżjoni stampata tagħhom jew jiġu trażmessi b’mezzi oħra ta’ komunikazzjoni kif definit fl-Anness għal dan il-Protokoll.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan ikunu tlestew.
2. In-notifika prevista fil-paragrafu 1 ser tintbgħat, f’dak li jikkonċerna l-Unjoni, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 19
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Lulju 2023 dment li jiġi ffirmat mill-Partijiet, jew mid-data tal-iffirmar tiegħu jekk jiġi ffirmat wara l-1 ta’ Lulju 2023.
Artikolu 20
Testi awtentiċi
Il-Protokoll għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на тридесети юни две хиляди двадесет и трета година.
Hecho en Bruselas, el treinta de junio de dos mil veintitrés.
V Bruselu dne třicátého června dva tisíce dvacet tři.
Udfærdiget i Bruxelles den tredivte juni to tusind og treogtyve.
Geschehen zu Brüssel am dreißigsten Juni zweitausenddreiundzwanzig.
Kahe tuhande kahekümne kolmanda aasta juunikuu kolmekümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Ιουνίου δύο χιλιάδες είκοσι τρία.
Done at Brussels on the thirtieth day of June in the year two thousand and twenty three.
Fait à Bruxelles, le trente juin deux mille vingt-trois.
Arna dhéanamh sa Bhruiséil, an tríochadú lá de Mheitheamh sa bhliain dhá mhíle fiche a trí.
Sastavljeno u Bruxellesu tridesetog lipnja godine dvije tisuće dvadeset treće.
Fatto a Bruxelles, addì trenta giugno duemilaventitré.
Briselē, divi tūkstoši divdesmit trešā gada trīsdesmitajā jūnijā.
Priimta du tūkstančiai dvidešimt trečių metų birželio trisdešimtą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonharmadik év június havának harmincadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tletin jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u tlieta u għoxrin.
Gedaan te Brussel, dertig juni tweeduizend drieëntwintig.
Sporządzono w Brukseli dnia trzydziestego czerwca roku dwa tysiące dwudziestego trzeciego.
Feito em Bruxelas, em trinta de junho de dois mil e vinte e três.
Întocmit la Bruxelles la treizeci iunie două mii douăzeci și trei.
V Bruseli tridsiateho júna dvetisícdvadsaťtri.
V Bruslju, tridesetega junija dva tisoč triindvajset.
Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäkolme.
Som skedde i Bryssel den trettionde juni år tjugohundratjugotre.
ANNESS
KUNDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA’ MADAGASCAR
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. |
Għażla tal-awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) jew għar-Repubblika ta’ Madagascar (“il-Madagascar”) bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:
|
2. |
Awtorizzazzjoni tas-sajd
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-terminu “awtorizzazzjoni tas-sajd” huwa ekwivalenti għat-terminu “liċenzja” kif definit fil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar. |
3. |
Żona tas-sajd ta’ Madagascar
|
4. |
Ħatra ta’ aġent
Kull sid ta’ bastiment tal-Unjoni li japplika għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll għandu jkun rappreżentat minn aġent residenti f’Madagascar. |
5. |
Pagamenti tas-sidien tal-bastimenti
|
6. |
Kuntatti
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-punti ta’ kuntatt rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Protokoll jinsabu fl-Appendiċi 4. |
KAPITOLU II
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. |
Prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja tas-sajd – bastimenti eliġibbli.
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment jiddaħħal fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u jkun inkluż fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-Kummissjoni għat-tonn tal-Oċean Indjan (IOTC). Barra min hekk, il-kaptan jew il-bastiment ma jistgħux jiġu pprojbiti milli jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. Fejn xieraq, il-bastiment tas-sajd għandu jkollu l-approvazzjoni sanitarja tal-bastiment maħruġa mill-awtorità tas-saħħa kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu. |
2. |
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd
|
3. |
Tariffa u tariffa b’rata fissa bil-quddiem
|
4. |
Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
|
5. |
Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
|
6. |
Durata ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu annwali kif ġej:
|
7. |
Dokumenti li għandhom jinġarru abbord il-bastiment
Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iżommu abbord id-dokumenti li ġejjin fi kwalunkwe ħin fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar:
|
8. |
Bastimenti ta’ appoġġ
|
9. |
Implimentazzjoni ta’ sistema elettronika awtomatizzata għall-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet
|
KAPITOLU III
Miżuri tekniċi għall-konservazzjoni
1. |
Il-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandhom jikkonformaw mal-miżuri tekniċi kollha ta’ konservazzjoni, mar-riżoluzzjonijiet u mar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-leġiżlazzjoni tal-IOTC u ta’ Madagascar applikabbli għalihom. |
2. |
Il-miżuri tekniċi applikabbli għandhom jiġu definiti, għal kull kategorija tas-sajd, fid-dokumenti tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 1. |
3. |
It-tifrix u l-użu ta’ dawn l-FADs artifiċjali għat-tisqif huma awtorizzati fil-qafas ta’ dan il-Ftehim. Huma għandhom jikkonformaw mar-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-IOTC. B’mod partikolari, sabiex jillimitaw l-impatt tagħhom fuq l-ekosistemi u jnaqqsu l-ammont ta’ skart sintetiku fil-baħar, l-FADs għandhom jissawru minn materjal li ma jitħabbilx, naturali jew bijodegradabbli mhux tal-plastik, ħlief għas-sinjali ta’ indikazzjoni. Huma għandhom jevitaw qabdiet inċidentali ta’ ċetaċji, klieb il-baħar jew fkieren. |
4. |
Madankollu, Madagascar jirriżerva d-dritt li jipproponi miżuri aktar stretti abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet xjentifiċi affidabbli. |
5. |
Fil-bidu tal-istaġun tas-sajd, is-sid tal-bastiment għandu jinforma wkoll liċ-ĊMS ta’ Madagascar bl-għadd ta’ FADs li beħsiebu juża kull bastiment tal-għajnuna fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. L-għadd ta’ FADs irkuprati għandu jiġi ddikjarat ukoll wara t-tmiem ta’ dik is-sena tas-suq. |
6. |
Għall-finijiet tal-ġestjoni ambjentali u tal-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar fl-ilmijiet ta’ Madagascar, kull sena s-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu kontribuzzjoni speċifika, li l-ammont totali stmat tagħha għandu jkun ta’ madwar EUR 200 000. Il-kontribuzzjoni ta’ kull bastiment għandha tkun ibbażata fuq it-tunnellaġġ gross ta’ kull bastiment u għandha tammonta għal EUR 2,5 għal kull GT. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas flimkien mal-pagament bil-quddiem. Il-fondi għandhom jiġu amministrati mill-Aġenzija ta’ Madagascar responsabbli għas-sajd u l-akkwakultura u għandhom jitħallsu fil-kont bankarju ddedikat għall-appoġġ settorjali msemmi fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4, il-punt (b) tal-Protokoll. |
7. |
L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt kif previst fl-Artikolu 14 tal-Ftehim (“il-Ftehim”) dwar il-programm ta’ azzjoni ffinanzjat minn din il-kontribuzzjoni speċifika u għandha tirrapporta dwar l-użu, il-kisbiet u l-impatti tiegħu. Hija għandha tiżgura l-promozzjoni u l-viżibbiltà tal-miżuri mwettqa. |
KAPITOLU IV
Taqsima 1
Rappurtar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd
1. |
Ġurnal ta’ abbord tas-sajd
|
2. |
Dikjarazzjoni tal-qabdiet
|
3. |
Dħul fis-seħħ ta’ sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS)tad-data dwar is-sajd
Il-partijiet jaqblu li jużaw sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS) tad-data dwar is-sajd ibbażata fuq il-linji gwida stabbiliti fl-Appendiċi 6. Il-partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin meta din is-sistema tkun operattiva. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet ERS jissostitwixxu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet previsti fil-punt 2 ta’ dan il-kapitolu. |
4. |
Rappurtar tal-qabdiet ta’ kull tliet xhur.
|
5. |
Dikjarazzjoni tal-qabdiet annwali u t-tariffi għall-bastimenti tal-Unjoni.
|
Taqsima 2
Dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u ħruġ minnha
1. |
Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw skont il-Protokoll fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar għandhom jinnotifikaw liċ-ĊMS ta’ Madagascar mill-inqas tliet sigħat qabel bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. |
2. |
Meta jinnotifikaw id-dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar jew il-ħruġ minnha, il-kaptani tal-bastimenti għandhom jikkomunikaw ukoll il-pożizzjoni stmata tad-dħul jew tal-ħruġ miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u l-kwantitajiet stmati ta’ kull speċi, identifikati bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha, miżmuma abbord, f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn xieraq, l-għadd ta’ individwi, bl-użu tal-formati ta’ komunikazzjoni stabbiliti fl-Appendiċi 8. |
3. |
In-nuqqas ta’ konformità mal-punti 1 u 2 jew dikjarazzjoni frawdolenti għandu jesponi lis-sid tal-bastiment u lill-kaptan tal-bastiment għas-sanzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar. |
4. |
Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun informa liċ-ĊMS ta’ Madagascar għandu jkun soġġett għas-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ Madagascar. L-Awtorità ta’ Madagascar tista’ tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat. F’każ ta’ ksur ripetut, hija tista’ tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
5. |
Il-lista tal-ekwipaġġ tal-bastiment għandha tintbagħat mad-dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. |
6. |
Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru jew permezz tal-ERS jew permezz tal-posta elettronika, permezz ta’ messaġġ bir-radju fl-indirizzi elenkati fl-Appendiċi 4. L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinforma minnufih lill-bastimenti kkonċernati b’kull bidla fl-indirizz tal-posta elettronika jew tal-frekwenza tar-radju u lill-awtoritajiet tal-Unjoni. |
7. |
L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tikkonferma li rċeviet il-messaġġ elettroniku permezz tal-posta elettronika. |
Taqsima 3
Trażbordi u ħatt l-art
1. |
Kwalunkwe operazzjoni ta’ trażbord fuq il-baħar hija pprojbita. |
2. |
It-trażbord f’port magħżul f’Madagascar jista’ jsir wara awtorizzazzjoni minn qabel miċ-ĊMS ta’ Madagascar u taħt is-superviżjoni tal-ispetturi tas-sajd u tal-Awtorità tas-saħħa tal-ħut ta’ Madagascar. |
3. |
Il-portijiet tas-sajd magħżula għal dawn l-operazzjonijiet ta’ trażbord u ħatt l-art huma Antsiranana, Toliary, Ehoala, Toamasina u Mahajanga. |
4. |
Is-sid ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni, jew ir-rappreżentant tiegħu, li jkun jixtieq iħott l-art jew jittrażborda f’port ta’ Madagascar għandu fl-istess ħin jinnotifika liċ-ĊMS u lill-awtorità tal-port f’Madagascar, mill-inqas 72 siegħa qabel, bl-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Ftehim PSMA, fejn xieraq permezz tat-trażmissjoni ERS:
|
5. |
Wara li jeżamina l-informazzjoni msemmija fil-punt 4 u fi żmien 24 siegħa min-notifika, iċ-ĊMS ta’ Madagascar għandu jagħti awtorizzazzjoni minn qabel lis-sid tal-bastiment, jew lir-rappreżentant tiegħu, biex jittrażborda jew iħott l-art. |
6. |
It-trażbord u l-iżbark huma meqjusa bħala ħruġ miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. Għalhekk, it-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu għandha tapplika. |
7. |
Wara t-trażbord jew il-ħatt l-art, is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika liċ-ĊMS u lill-awtorità marittima u tal-port bl-intenzjoni tiegħu li jkompli jistad fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar jew li joħroġ miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. |
8. |
Kull trażbord jew żbark li ma jikkonformax fil-punti 1 sa 7 għandu jkun ipprojbit fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha teħel il-pieni previsti mil-liġi li hemm fis-seħħ f’Madagascar. |
9. |
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jintrabtu li jagħmlu parti mill-qabda inċidentali tagħhom disponibbli għall-kumpaniji lokali tal-ipproċessar bil-prezzijiet tas-suq lokali. Fuq talba tas-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, id-Direttorati Reġjonali tal-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Madagascar għandhom jipprovdu lista u dettalji ta’ kuntatt tal-kumpaniji lokali tal-ipproċessar. |
Taqsima 4
Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti bis-satellita (VMS)
1. |
Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema VMS
|
2. |
Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema VMS
|
3. |
Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil Madagascar
|
4. |
Ħsara fis-sistema ta’ komunikazzjoni
|
5. |
Modifika tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
|
6. |
Validità tal-messaġġ tal-VMS f’każ ta’ tilwim
Id-data dwar il-pożizzjoni mogħtija mis-sistema VMS biss għandha titqies bħala awtentika f’każ ta’ tilwim bejn il-Partijiet. |
Taqsima 5
Osservaturi
1. |
Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
|
2. |
Bastimenti u osservaturi magħżulin
|
3. |
Kontribuzzjoni finanzjarja tas-sidien
|
4. |
Paga u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-osservatur
Il-paga u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-osservatur maħtur mill-Awtorità ta’ Madagascar għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet ta’ Madagascar. |
5. |
Kundizzjonijiet tal-imbark
|
6. |
L-obbligi tal-osservatur
Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:
|
7. |
L-imbark u l-iżbark tal-osservatur
|
8. |
Il-kompiti tal-osservatur
|
9. |
Rapport tal-osservatur
|
Taqsima 6
Spezzjoni fuq il-baħar u fil-port
1. |
L-ispezzjonijiet fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, jew fil-port, fl-irmiġġ jew fil-port, tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida għandhom jitwettqu minn bastimenti tas-sajd u spetturi awtorizzati minn Madagascar. |
2. |
Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi ta’ Madagascar għandhom jgħarrfu lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni bl-intenzjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. Qabel il-bidu tal-ispezzjoni, l-ispetturi għandhom jiżvelaw l-identità, il-kwalifiki u l-ordni tal-missjoni tagħhom. |
3. |
L-ispetturi għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu dmirijiethom marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.
|
4. |
Madagascar jista’ jawtorizza lir-rappreżentanti tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha biex jipparteċipaw fl-ispezzjoni bħala osservatur. |
5. |
Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jwettqu spezzjonijiet konġunti fuq il-bastimenti tal-Unjoni, b’mod partikolari waqt l-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art u ta’ trażbord, sabiex jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni kemm tal-Unjoni kif ukoll ta’ Madagascar. Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-ispetturi skjerati mill-Partijiet għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq tal-ispezzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ta’ Madagascar. Dawn l-operazzjonijiet isiru taħt id-direzzjoni u l-awtorità tal-ispetturi ta’ Madagascar. Il-Partijiet, fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala Stat tal-bandiera u Stat tal-port, jistgħu jiddeċiedu li jikkooperaw biex iwettqu azzjonijiet ta’ segwitu, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom. Barra minn hekk, fuq talba tal-awtoritajiet tal-Unjoni, l-awtorità ta’ Madagascar tista’ tawtorizza lill-ispetturi tas-sajd tal-Istati Membri tal-Unjoni jwettqu spezzjonijiet fuq il-bastimenti tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. |
Taqsima 7
Ksur
1. |
Trattament tal-ksur
|
2. |
Detenzjoni tal-bastiment – Laqgħa ta’ informazzjoni
|
3. |
Pieni għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess
|
4. |
Proċedura ġudizzjarja – Garanzija bankarja
|
5. |
Ir-rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-piena tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata. |
Taqsima 8
Monitoraġġ parteċipattiv marbut mal-ġlieda kontra s-sajd IUU
1. |
Objettiv
Sabiex jissaħħu s-sorveljanza tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw il-preżenza fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar ta’ kwalunkwe bastiment li ma jkunx imniżżel fil-lista tal-bastimenti barranin awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar ipprovduta minn Madagascar. |
2. |
Proċedura
|
3. |
Reċiproċità
L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tibgħat lill-awtoritajiet tal-Unjoni, malajr kemm jista’ jkun, kull rapport ta’ osservazzjoni li jkollu x’jaqsam mal-bastimenti tas-sajd involuti f’attivitajiet li jistgħu jikkostitwixxu attività ta’ sajd IUU fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. |
KAPITOLU V
Tlugħ abbord ta’ baħħara
1. |
Prinċipji u objettivi sottostanti għall-implimentazzjoni ta’ dan il-kapitolu
|
2. |
Regoli għall-imbark tal-baħħara minn Madagascar
|
3. |
Kuntratti individwali ta’ imbark
|
4. |
Remunerazzjoni.
|
5. |
Obbligi tas-sid tal-bastiment
|
6. |
Obbligi tal-baħħara
|
7. |
L-aġenti intermedji
Is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jużaw il-kumpaniji tar-reklutaġġ u tat-tqegħid (persunal) approvati f’Madagascar, li għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dan il-kapitolu. |
8. |
Konformità ma’ dan il-kapitolu
|
LISTA TAL-APPENDIĊIJIET
Appendiċi 1 –
Dikjarazzjoni teknika – Speċijiet awtorizzati
Appendiċi 2 –
Ipproċessar ta’ data personali
Appendiċi 3 –
Koordinati (latitudni u lonġitudni) taż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, taż-żoni magħluqa tal-Banc du Leven u tal-Banc du Castor u tal-linji bażi,
Appendiċi 4 –
Dettalji ta’ kuntatt f’Madagascar
Appendiċi 5 –
Informazzjoni mitluba għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni (bastiment tas-sajd u bastiment tal-għajnuna)
Appendiċi 6 –
Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS) tad-data dwar l-attivitajiet tas-sajd
Appendiċi 7 –
Mudell tad-dikjarazzjoni ta’ kull tliet xhur mill-UE tal-qbid aggregat provviżorju
Appendiċi 8 –
Format tad-dikjarazzjonijiet tad-dħul u tal-ħruġ miż-żona tas-sajd ta’ Madagascar.
Appendiċi 9 –
Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni
Appendiċi 10 –
Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar biex jaħdmu abbord bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Appendiċi 11 –
Dispożizzjonijiet minimi tal-kuntratt tal-impjieg tal-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar
Appendiċi 1
Dikjarazzjoni teknika – Speċijiet awtorizzati
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
|
|||||||||||
Tonn u speċijiet simili (tonn, plamtu, tonn frigata u tonn balla, marlin, pixxispad), speċijiet assoċjati u sajd taħt mandat ta’ ġestjoni mill-Kummissjoni dwar it-tonn tal-Oċean Indjan (IOTC), minbarra:
|
|||||||||||
|
|||||||||||
Il-kwantità ta’ klieb il-baħar awtorizzati maqbuda flimkien mat-tonn u ma’ speċijiet simili fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar minn bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ għandha tkun limitata għal 220 tunnellata fis-sena. Jekk jintlaħaq dan il-limitu ta’ qbid, is-sajd għall-klieb il-baħar għandu jingħalaq. Konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-IOTC u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli |
|||||||||||
|
|||||||||||
Tariffa li trid titħallas mis-sidien tal-bastimenti għal kull tunnellata li tinqabad |
|
||||||||||
Tariffi annwali b’rata fissa bil-quddiem li jridu jitħallsu għal kull bastiment: |
|
||||||||||
Numru ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd |
|
||||||||||
|
|||||||||||
Baħħara:
|
|||||||||||
Kontribuzzjoni speċifika għall-ġestjoni ambjentali u l-protezzjoni tal-ekosistemi:
|
|||||||||||
Osservaturi:
|
Appendiċi 2
Ipproċessar ta’ data personali
1. Definizzjonijiet u kamp ta’ applikazzjoni
1.1. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Ftehim u d-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1.2. |
Il-persuni kkonċernati huma b’mod partikolari persuni fiżiċi li huma sidien ta’ bastimenti tas-sajd, ir-rappreżentanti tagħhom, il-kaptan u l-ekwipaġġ li jservu abbord bastimenti tas-sajd li joperaw skont il-Protokoll.
Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, il-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, id-data li ġejja tista’ tiġi skambjata u sussegwentement pproċessata:
|
1.3. |
L-awtoritjiet responsabbli għall-ipproċessar tad-data hija l-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità tal-Istat tal-bandiera għall-Unjoni u l-Ministeru responsabbli għas-sajd f’Madagascar. |
2. Salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali
2.1. |
Limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data
Id-data personali mitluba u trasferita skont il-Protokoll għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Protokoll. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw data personali skont il-Protokoll biss għall-finijiet speċifiċi stabbiliti fil-Protokoll. Id-data riċevuta ma tiġix ipproċessata ulterjorament b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawn l-għanijiet. Fuq talba, l-Awtorità ta’ Madagascar għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar l-użu tad-data pprovduta. |
2.2. |
Preċiżjoni
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data personali trasferita skont il-Protokoll tkun preċiża, attwali u, fejn xieraq, aġġornata regolarment skont l-għarfien tal-awtorità trasferenti kkonċernata. Jekk waħda mill-Partijiet issib li d-data personali trasferita jew riċevuta ma tkunx preċiża, hija għandha tinforma lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed. |
2.3. |
Limitazzjoni tal-ħżin
Id-data personali ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun ġiet skambjata, u l-aktar l-aktar għandha tinżamm għal massimu ta’ 10 snin sakemm id-data personali ma tkunx meħtieġa biex tippermetti s-segwitu ta’ reat, spezzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. F’dan il-każ, id-data personali tista’ tinħażen għal 20 sena. Jekk id-data personali tinħażen għal żmien itwal, din għandha tiġi anonimizzata. |
2.4. |
Sigurtà u kunfidenzjalità
Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’tali mod li tiġi żgurata s-sigurtà xierqa tagħha, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tal-ipproċessar, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali. Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa biex jiżguraw li l-ipproċessar jikkonforma mal-Protokoll. L-awtoritajiet inkarigati mill-ipproċessar jindirizzaw kull ksur tad-data u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv ta’ ksur ta’ data personali u jtaffu l-effetti negattivi possibbli tiegħu. L-awtoritajiet ta’ Madagascar għandhom jinnotifikaw tali ksur lill-awtorità trasferenti kkonċernata mingħajr dewmien żejjed u dawn għandhom jikkooperaw kif meħtieġ ma’ xulxin b’mod reċiproku u f’waqtu sabiex kull waħda minn dawk l-awtoritajiet tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tagħha li jirriżultaw minn ksur tad-data personali skont il-qafas legali nazzjonali tagħhom. |
2.5. |
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet trasferenti u riċeventi jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw mingħajr dewmien ir-rettifika jew it-tħassir, kif xieraq, tad-data personali meta l-ipproċessar ma jkunx konformi mal-Protokoll, b’mod partikolari minħabba li tali data ma tkunx adegwata, rilevanti, preċiża jew eċċessiva fir-rigward tal-fini tal-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kwalunkwe rettifika jew ta’ kwalunkwe tħassir lill-Parti l-oħra. |
2.6. |
Trasparenza
Kull Parti għandha tiżgura li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati dwar kif se tiġi pproċessata d-data personali tagħhom u dwar id-drittijiet tagħhom skont l-Anness permezz ta’ avviż ġenerali, bħall-pubblikazzjoni tal-Protokoll, jew ta’ avviż individwali, bħal dikjarazzjonijiet ta’ privatezza li għandhom jiġu pprovduti matul il-proċess tal-applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd. |
2.7. |
Trasferiment ulterjuri
L-awtoritajiet ta’ Madagascar ma għandhomx jittrasferixxu d-data personali li jirċievu skont il-Protokoll lil parti terza stabbilita f’pajjiż li mhuwiex Stat tal-bandiera. B’mod eċċezzjonali u fejn jitqies meħtieġ, jista’ jitwettaq trasferiment ulterjuri lil parti terza lejn pajjiż li mhux l-Istat tal-bandiera jew lil organizzazzjoni internazzjonali, dment li l-awtorità trasferenti tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel u li l-parti terza inkwistjoni tipprovdi assigurazzjonijiet xierqa konsistenti mas-salvagwardji stabbiliti fl-Anness ta’ dan l-appendiċi. |
3. Drittijiet tas-suġġetti tad-data
3.1. |
Aċċess għad-data personali:
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtoritajiet ta’ Madagascar għandhom:
|
3.2. |
Korrezzjoni ta’ data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtoritajiet ta’ Madagascar għandhom jirrettifikaw id-data personali tiegħu li ma tkunx kompluta, ma tkunx preċiża jew tkun skaduta. |
3.3. |
Tħassir ta’ data personali
Fuq talba ta’ suġġett tad-data, l-awtoritajiet ta’ Madagascar għandhom:
|
3.4. |
Regoli dettaljati
L-awtoritajiet ta’ Madagascar għandhom iwieġbu fi żmien raġonevoli u fi żmien xieraq għal talba minn suġġett tad-data dwar l-aċċess għad-data personali tiegħu, jew ir-rettifika u t-tħassir tagħha. L-awtoritajiet ta’ Madagascar jistgħu jieħdu miżuri xierqa, bħall-ġbir ta’ spejjeż raġonevoli biex ikopru l-ispejjeż amministrattivi jew ir-rifjut li tiġi ssodisfata talba manifestament infondata jew eċċessiva. |
3.5. |
Id-drittijiet ta’ hawn fuq jistgħu jkunu limitati jekk l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u finijiet ta’ sorveljanza, ta’ spezzjoni jew ta’ regolamentazzjoni importanti oħra relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali f’każijiet bħal dawn. Dawn jistgħu jkunu limitati wkoll għall-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom ikunu previsti mil-liġi. |
4. Appell
Is-suġġetti tad-data għandhom drittijiet effettivi u infurzabbli fir-rigward tad-drittijiet tagħhom skont ir-rekwiżiti legali applikabbli fil-ġurisdizzjoni ta’ kull awtorità. L-awtoritajiet jipprovdu salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali permezz ta’ taħlita ta’ liġijiet, regolamenti u l-politiki u l-proċeduri interni tagħhom. B’mod partikolari, kull ilment kontra l-awtoritajiet tal-Partijiet dwar l-ipproċessar tad-data personali jista’ jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, fil-każ tal-Unjoni, jew lill-Kummissjoni għall-Informatika u l-Libertajiet ta’ Madagascar, fil-każ ta’ Madagascar.
Appendiċi 3
Koordinati (latitudni u lonġitundi) taż-żona tas-sajd ta’ Madagascar, taż-żoni magħluqa tal-Banc de Leven u tal-Banc de Castor u tal-linji bażi
1. Żona tas-sajd ta’ Madagascar
Punt |
LatDD |
LonDD |
LatitudeString |
LongitudeString |
1 |
–10,3144 |
49,4408 |
10° 18' 52" S |
049° 26' 27" E |
2 |
–11,0935 |
50,1877 |
11° 05' 37" S |
050° 11' 16" E |
3 |
–11,5434 |
50,4776 |
11° 32' 36" S |
050° 28' 39" E |
4 |
–12,7985 |
53,2164 |
12° 47' 55" S |
053° 12' 59" E |
5 |
–14,0069 |
52,7392 |
14° 00' 25" S |
052° 44' 21" E |
6 |
–16,1024 |
52,4145 |
16° 06' 09" S |
052° 24' 52" E |
7 |
–17,3875 |
52,3847 |
17° 23' 15" S |
052° 23' 05" E |
8 |
–18,2880 |
52,5550 |
18° 17' 17" S |
052° 33' 18" E |
9 |
–18,7010 |
52,7866 |
18° 42' 04" S |
052° 47' 12" E |
10 |
–18,8000 |
52,8000 |
18° 48' 00" S |
052° 47' 60" E |
11 |
–20,4000 |
52,0000 |
20° 23' 60" S |
052° 00' 00" E |
12 |
–22,3889 |
51,7197 |
22° 23' 20" S |
051° 43' 11" E |
13 |
–23,2702 |
51,3943 |
23° 16' 13" S |
051° 23' 39" E |
14 |
–23,6405 |
51,3390 |
23° 38' 26" S |
051° 20' 20" E |
15 |
–25,1681 |
50,8964 |
25° 10' 05" S |
050° 53' 47" E |
16 |
–25,4100 |
50,7773 |
25° 24' 36" S |
050° 46' 38" E |
17 |
–26,2151 |
50,5157 |
26° 12' 54" S |
050° 30' 57" E |
18 |
–26,9004 |
50,1112 |
26° 54' 01" S |
050° 06' 40" E |
19 |
–26,9575 |
50,0255 |
26° 57' 27" S |
050° 01' 32" E |
20 |
–27,4048 |
49,6781 |
27° 24' 17" S |
049° 40' 41" E |
21 |
–27,7998 |
49,1927 |
27° 47' 59" S |
049° 11' 34" E |
22 |
–28,1139 |
48,6014 |
28° 06' 50" S |
048° 36' 05" E |
23 |
–28,7064 |
46,8002 |
28° 42' 23" S |
046° 48' 01" E |
24 |
–28,8587 |
46,1839 |
28° 51' 31" S |
046° 11' 02" E |
25 |
–28,9206 |
45,5510 |
28° 55' 14" S |
045° 33' 04" E |
26 |
–28,9301 |
44,9085 |
28° 55' 48" S |
044° 54' 31" E |
27 |
–28,8016 |
44,1090 |
28° 48' 06" S |
044° 06' 32" E |
28 |
–28,2948 |
42,7551 |
28° 17' 41" S |
042° 45' 18" E |
29 |
–28,0501 |
42,2459 |
28° 03' 00" S |
042° 14' 45" E |
30 |
–27,8000 |
41,9000 |
27° 48' 00" S |
041° 53' 60" E |
31 |
–27,5095 |
41,5404 |
27° 30' 34" S |
041° 32' 25" E |
32 |
–27,0622 |
41,1644 |
27° 03' 44" S |
041° 09' 52" E |
33 |
–26,4435 |
40,7183 |
26° 26' 37" S |
040° 43' 06" E |
34 |
–25,7440 |
40,3590 |
25° 44' 38" S |
040° 21' 32" E |
35 |
–24,8056 |
41,0598 |
24° 48' 20" S |
041° 03' 35" E |
36 |
–24,2116 |
41,4440 |
24° 12' 42" S |
041° 26' 38" E |
37 |
–23,6643 |
41,7153 |
23° 39' 51" S |
041° 42' 55" E |
38 |
–22,6317 |
41,8386 |
22° 37' 54" S |
041° 50' 19" E |
39 |
–21,7798 |
41,7652 |
21° 46' 47" S |
041° 45' 55" E |
40 |
–21,3149 |
41,6927 |
21° 18' 54" S |
041° 41' 34" E |
41 |
–20,9003 |
41,5831 |
20° 54' 01" S |
041° 34' 59" E |
42 |
–20,6769 |
41,6124 |
20° 40' 37" S |
041° 36' 45" E |
43 |
–19,6645 |
41,5654 |
19° 39' 52" S |
041° 33' 55" E |
44 |
–19,2790 |
41,2489 |
19° 16' 44" S |
041° 14' 56" E |
45 |
–18,6603 |
42,0531 |
18° 39' 37" S |
042° 03' 11" E |
46 |
–18,0464 |
42,7813 |
18° 02' 47" S |
042° 46' 53" E |
47 |
–17,7633 |
43,0335 |
17° 45' 48" S |
043° 02' 01" E |
48 |
–17,2255 |
43,3119 |
17° 13' 32" S |
043° 18' 43" E |
49 |
–16,7782 |
43,4356 |
16° 46' 42" S |
043° 26' 08" E |
50 |
–15,3933 |
42,5195 |
15° 23' 36" S |
042° 31' 10" E |
51 |
–14,4487 |
43,0263 |
14° 26' 55" S |
043° 01' 35" E |
52 |
–14,4130 |
43,6069 |
14° 24' 47" S |
043° 36' 25" E |
53 |
–14,5510 |
44,3684 |
14° 33' 04" S |
044° 22' 06" E |
54 |
–14,5367 |
45,0275 |
14° 32' 12" S |
045° 01' 39" E |
55 |
–14,3154 |
45,8555 |
14° 18' 55" S |
045° 51' 20" E |
56 |
–13,8824 |
46,3861 |
13° 52' 57" S |
046° 23' 10" E |
57 |
–12,8460 |
46,6944 |
12° 50' 46" S |
046° 41' 40" E |
58 |
–12,6981 |
47,2079 |
12° 41' 53" S |
047° 12' 28" E |
59 |
–12,4637 |
47,7409 |
12° 27' 49" S |
047° 44' 27" E |
60 |
–12,0116 |
47,9670 |
12° 00' 42" S |
047° 58' 01" E |
61 |
–11,0158 |
48,5552 |
11° 00' 57" S |
048° 33' 19" E |
62 |
–10,3144 |
49,4408 |
10° 18' 52" S |
049° 26' 27" E |
2. Il-Banc du Leven u l-Banc du Castor:
Koordinati ġeografiċi taż-żona riżervata esklussivament għall-attività tas-sajd artiġjanali u tradizzjonali ta’ Madagascar
Punt |
Latitudni |
Lonġitudni |
1 |
12°18.44S |
47°35.63 |
2 |
11°56.64S |
47°51.38E |
3 |
11°53S |
48°00E |
4 |
12°18S |
48°14E |
5 |
12°30S |
48°05E |
6 |
12°32S |
47°58E |
7 |
12°56S |
47°47E |
8 |
13°01S |
47°31E |
9 |
12°53S |
47°26E |
3. Koordinati ġeografiċi tal-linji bażi
(L-Artikolu 3 tad-digriet Nru 2018-1008 tal-14 ta’ Awwissu 2018 li jistabbilixxi l-linji bażi li minnhom titkejjel il-wisa’ tad-diversi żoni tal-baħar taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tar-Repubblika ta’ Madagascar)
Nru |
Isem tal-punti |
Lonġitudni |
Latitudni |
1 |
Tanjona Bobaomby (Cap d’Ambre) |
49°15’ E |
11°56’S |
2 |
Nosy Anambo |
48°39’ E |
12°16’S |
3 |
Nosy Lava |
48°40’ E |
12°45’S |
4 |
Nosy Ankarea |
48°34’ E |
12°50’S |
5 |
Nosy Fanihy |
48°14’ E |
13°11’S |
6 |
Nosy Iranja |
47°48’ E |
13°36’S |
7 |
Nosy Lava |
47° 35’ E |
14°35’S |
8 |
Lohatanjona Maromanjo |
46° 28’ E |
15°31’S |
9 |
Nosy Makamby |
45° 54’ E |
15°42’S |
10 |
Tanjona Tanjona |
45° 40’ E |
15°46’S |
11 |
Tanjona Amparafaka |
45° 15’ E |
15°56’S |
12 |
Tanjona Vilanandro (Cap St-André) |
44° 26’ E |
16°12’S |
13 |
Nosy Chesterfield |
43° 56’ E |
16°21’S |
14 |
Nosy Vao |
43° 45’ E |
17°30’S |
15 |
Nosy Mavony |
43° 45’ E |
18°19’S |
16 |
Nosy Androtra |
43° 48’ E |
18°30’S |
17 |
Tanjona Kimby |
44° 14’ E |
18°53’S |
18 |
Amboanio |
44° 13’ E |
19°03’S |
19 |
Ilot Indien |
44° 22’ E |
19°48’S |
20 |
Tanjona Ankarana |
44° 07’ E |
20°29’S |
21 |
Tanjona Andravoho |
43° 50’ E |
20°40’S |
22 |
Nosy Andriangory |
43° 45’ E |
20°50’S |
23 |
Lohatanjona Marohata |
43° 29’ E |
21°19’S |
24 |
Nosy Lava |
43° 16’ E |
21°45’S |
25 |
Nosy Andranombolo |
43° 12’ E |
21°58’S |
26 |
Nosy Hao |
43° 11’ E |
22°06’S |
27 |
Ambohitsobo |
43° 13’ E |
22°20’S |
28 |
Solary Avo |
43° 17’ E |
22°34’S |
29 |
Lohatanjona Rendrehana |
43° 21 E |
22°49’S |
30 |
Toliara (Tuléar) |
43° 38’ E |
23°22’S |
31 |
Nosy Ve |
43° 36’ E |
23°38’S |
32 |
Falaise de Lanivato |
43° 40’ E |
24°20’S |
33 |
Miary |
43° 41’ E |
24°23’S |
34 |
Helodrano Salapaly |
43° 54’ E |
24°43’S |
35 |
Helodrano Langarano |
44° 01’ E |
25°02’S |
36 |
Nosy Manitse |
44° 13’ E |
25°14’S |
37 |
Lohatonjano Fenambosy |
44° 19’ E |
25°16’S |
38 |
Tanjona Vohimena (Cap Ste Marie) |
45° 10’ E |
25°36’S |
39 |
Betanty (Faux Cap) |
45° 31’ E |
25°35’S |
40 |
Helodrano Ranofotsy |
46° 43’ E |
25°11’S |
41 |
Tanjona Ranavalona |
46° 58’ E |
25°05’S |
42 |
Lohatanjona Evatra (Pointe Itaperina) |
47° 06’ E |
25°00’S |
43 |
Tanjona Manafiafy (Cap Sainte Luce) |
47° 13' E |
24° 46' S |
44 |
Mahavelona (Foulepointe) |
49° 32' E |
17° 41' S |
45 |
Lohatanjona Vohibato |
49° 49’ E |
17°07’S |
46 |
Fitariho |
49° 55’ E |
16°56’S |
47 |
Lohatanjona Antsirakakambana (Pointe Albrand) |
50° 02’ E |
16°42’S |
48 |
Tanjona Belao (Cap Bellone) |
49° 52’ E |
16°13’S |
49 |
Nosy Nepato |
50° 14’ E |
16°00’S |
50 |
Tanjona Tanjondaingo |
50° 21’ E |
15°49’S |
51 |
Nosy Voara |
50° 28’ E |
15°28’S |
52 |
Nosy Ngontsy |
50° 29’ E |
15°15’S |
53 |
Lohatanjona Ampandrozonana |
50° 12’ E |
14°18’S |
54 |
Mahavanona |
50° 08’ E |
13°48’S |
55 |
Iharana (Vohémar) |
50° 01’ E |
13°21’S |
56 |
Nosy Manampaho |
49° 53’ E |
12°48’S |
57 |
Ambatonjanahary |
49° 18’ E |
11°58’S |
Appendiċi 4
Dettalji ta’ kuntatt f’Madagascar
1.
Ministeru responsabbli għas-sajdL-indirizz postali: Rue Farafaty, Ampandrianomby, Antananarivo 101
Indirizz tal-posta elettronika: mpeb.sp@gmail.com
2.
Għat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajdL-indirizz postali: Rue Farafaty, Ampandrianomby, Antananarivo 101
Indirizz tal-posta elettronika: sgpt.dp.mrhp@gmail.com
3.
Dipartiment tal-Istatistika dwar is-SajdIndirizz tal-posta elettronika: snstatpecheaqua@gmail.com
Numri tat-telefon: +261 34 05 563 82
4.
L-Aġenzija ta’ Madagascar għas-Sajd u l-Akkwakultura (AMPA)L-indirizz postali: Lot Près IIA122 Nanisana Antananarivo 101
Indirizz tal-posta elettronika: mpeb.ampa@gmail.com ;
Numru tat-telefon: +261 34 05 579 89
5.
L-Aġenzija tal-Port Marittima u tax-Xmajjar (APMF)L-indirizz postali: Immeuble APMF, Route des hydrocarbures, Alarobia Ivandry, Antananarivo 101, BP : 581
Indirizz tal-posta elettronika: apmf@apmf.mg
Numru tat-telefon: +261 32 11 257 00
6.
Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) u notifika tad-dħul u tal-ħruġL-indirizz postali: Rue Farafaty, Ampandrianomby, Antananarivo 101
Indirizz tal-posta elettronika: csp-mprh@madagascar-scs-peche.mg
Numru tat-telefon: +261 32 07 231 50
7.
Awtorità tas-Saħħa tal-Ħut (ASH)L-indirizz postali: Rue Farafaty, Ampandrianomby, Antananarivo 101
Indirizz tal-posta elettronika: christiane.rakotoarivony@ash.mg
Numru tat-telefon: +261 034 05 800 48
Appendiċi 5
Informazzjoni mitluba għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni (bastiment tas-sajd u bastiment tal-għajnuna)
Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(1) |
Isem tal-applikant |
(2) |
Indirizz tal-applikant |
(3) |
Isem tal-aġent f’Madagascar |
(4) |
Indirizz tal-aġent f’Madagascar |
(5) |
L-isem tal-bastiment |
(6) |
Tip tal-bastiment |
(7) |
Stat tal-bandiera |
(8) |
Port tar-reġistrazzjoni |
(9) |
Numru tar-reġistrazzjoni |
(10) |
Immarkar estern tal-bastiment |
(11) |
Kodiċi internazzjonali tar-radju |
(12) |
Frekwenza tar-radju |
(13) |
Numru tat-telefon bis-satellita tal-bastiment |
(14) |
Indirizz tal-posta elettronika tal-bastiment |
(15) |
Numru tal-IMO (jekk applikabbli) |
(16) |
Tul totali tal-bastiment |
(17) |
Wisa’ tal-bastiment |
(18) |
Mudell tal-magna |
(19) |
Qawwa tal-magna (kW) |
(20) |
Tunnellaġġ gross (GT) |
(21) |
Ekwipaġġ minimu |
(22) |
Isem tal-kaptan |
(23) |
Kategorija tas-sajd |
(24) |
Speċijiet fil-mira |
(25) |
Data tal-bidu tal-perjodu mitlub |
(26) |
Data tat-tmiem tal-perjodu mitlub |
Appendiċi 6
Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS) tad-data dwar l-attivitajiet tas-sajd
1. Dispożizzjonijiet ġenerali
1.1. |
Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jkun mgħammar b’sistema elettronika, minn hawn ’il quddiem imsejħa s-“sistema ERS”, li tista’ tirreġistra u tittrażmetti data relatata mal-attività tas-sajd tal-bastiment, minn hawn ’il quddiem imsejħa “data tal-ERS”, waqt li l-bastiment ikun qiegħed jopera fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar. |
1.2. |
Bastiment tal-UE li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx qiegħda taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha. |
1.3. |
Id-data tal-ERS tiġi trażmessa skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (iċ-“ĊMS”) tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura li din tkun awtomatikament disponibbli għaċ- ĊMS ta’ Madagascar. |
1.4. |
L-Istat tal-bandiera u Madagascar għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bil-hardware u s-software meħtieġa għat-trażmissjoni awtomatika tad-data tal-ERS fil-format XML, u jkollhom proċedura ta’ backup li tista’ tirreġistra u taħżen id-data tal-ERS f’forma li tinqara mill-kompjuter għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin. |
1.5. |
It-trażmissjoni tad-data tal-ERS għandha tuża l-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-Unjoni. |
1.6. |
L-Istat tal-bandiera u Madagascar għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li jkun il-punt ta’ kuntatt.
|
2. Produzzjoni u trażmissjoni tad-data tal-ERS
2.1. |
Il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu:
|
2.2. |
Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-data tal-ERS li tiġi rreġistrata u mibgħuta. |
2.3. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b’mod awtomatiku u mingħajr dewmien id-data tal-ERS liċ-ĊMS ta’ Madagascar. |
2.4. |
Iċ-ĊMS ta’ Madagascar għandu jikkonferma li tkun waslitlu d-data tal-ERS permezz ta’ messaġġ ta’ ritorn u għandu jipproċessa d-data kollha tal-ERS b’mod kunfidenzjali. |
3. Nuqqas fis-sistema ERS abbord il-bastiment u/jew fit-trażmissjoni tad-data tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
3.1. |
L-Istat tal-bandiera għandu jinforma mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lis-sid tal-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b’kull nuqqas tekniku fis-sistema ERS installata abbord il-bastiment u b’kull nuqqas ta’ funzjonament tat-trażmissjoni tad-data tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. |
3.2. |
L-Istat tal-bandiera għandu jinforma lil Madagascar bin-nuqqas identifikat u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu. |
3.3. |
F’każ ta’ ħsara tas-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara tiġi msewwija jew is-sistema ERS tiġi sostitwita fi żmien 10 ijiem. Jekk il-bastiment jagħmel waqfa f’dan il-perjodu ta’ 10 ijiem, il-bastiment ma jistax jerġa’ jibda l-attivitajiet tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar sakemm is-sistema ERS tiegħu ma tkunx fi stat perfett ta’ ħidma, sakemm ma jkunx awtorizzat minn Madagascar.
Bastiment tas-sajd ma jistax jitlaq minn port wara li jkollu nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu qabel:
|
3.4. |
Kull bastiment tal-Unjoni li jopera fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar b’sistema ERS difettuża għandu jittrażmetti kuljum, u sa mhux aktar tard minn 23:59 UTC, id-data kollha tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli li jkun aċċessibbli għaċ-ĊMS ta’ Madagascar. |
3.5. |
Id-data tal-ERS li ma tkunx setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ Madagascar permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas fis-sistema għandha tintbagħat liċ-ĊMS ta’ Madagascar miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b’mezz elettroniku ieħor li jiġi maqbul b’mod reċiproku. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jiġi mifhum li jista’ jkun li ma jkunux jistgħu jitħarsu l-iskadenzi li s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni. |
3.6. |
Jekk iċ-ĊMS ta’ Madagascar ma jirċevix id-data tal-ERS mingħand bastiment għal 3 ijiem konsekuttivi, Madagascar jista’ jagħti struzzjonijiet lill-bastiment biex jipproċedi minnufih lejn port magħżul minn Madagascar għall-investigazzjoni. |
4. Nuqqas min-naħa taċ-ĊMS – Iċ-ĊMS ta’ Madagascar ma jkunx qiegħed jirċievi d-data tal-ERS
4.1. |
Jekk ĊMS ma jirċevix id-data tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu jinforma minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, jikkollabora sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema. |
4.2. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta’ Madagascar għandhom jaqblu b’mod reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-data tal-ERS f’każ li jkun hemm nuqqas fir-rigward taċ-ĊMS, u għandhom jinformaw lil xulxin minnufih b’kull bidla fihom. |
4.3. |
Meta ċ-ĊMS ta’ Madagascar jindika li ma jkunx irċieva d-data tal-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex isolvi l-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊMS ta’ Madagascar u lill-Unjoni bir-riżultati u bil-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa minn meta jkun ġie identifikat in-nuqqas. |
4.4. |
Jekk ir-riżoluzzjoni tal-problema tkun teħtieġ aktar minn 24 siegħa, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti d-data tal-ERS nieqsa liċ-ĊMS ta’ Madagascar mingħajr dewmien billi juża wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt 3.5. |
4.5. |
Madagascar għandu javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti (MKS) tiegħu sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qegħdin iwettqu ksur miċ-ĊMS ta’ Madagascar minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data tal-ERS ikkawżat minn nuqqas min-naħa ta’ wieħed miċ-ĊMS. |
5. Manutenzjoni ta’ ĊMS
5.1. |
ĊMS għandu jiġi mgħarraf bl-operazzjonijiet ippjanati ta’ manutenzjoni taċ-ĊMS l-ieħor (programm ta’ manutenzjoni) li jistgħu jaffettwaw l-iskambju tad-data tal-ERS mill-inqas 72 siegħa qabel, b’indikazzjoni, jekk ikun possibbli, tad-data tal-manutenzjoni u tat-tul ta’ żmien tagħha. Għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma jkunux ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor mill-aktar fis possibbli. |
5.2. |
Waqt il-manutenzjoni, id-data tal-ERS tista’ tieqaf tintbagħat sakemm is-sistema terġa’ tibda topera. Imbagħad, id-data tal-ERS ikkonċernata tiġi magħmula disponibbli immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta’ manutenzjoni. |
5.3. |
Jekk l-operazzjoni ta’ manutenzjoni ddum aktar minn 24 siegħa, id-data tal-ERS għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor permezz ta’ wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt 3.5. |
5.4. |
Madagascar għandu javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qegħdin iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data tal-ERS ikkawżat minn operazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ ĊMS. |
6. Għażla tar-rotot tad-data tal-ERS f’Madagascar
6.1. |
Għat-trażmissjoni tad-data tal-ERS mill-Istat tal-bandiera lil Madagascar, id-data tal-ERS għandha tuża r-riżorsi magħmula disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea. |
6.2. |
Għall-finijiet tal-amministrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mill-flotta tal-Unjoni, din id-data għandha tiġi maħżuna u tkun disponibbli għall-konsultazzjoni mill-persunal awtorizzat tal-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-Unjoni. |
7. L-użu tal-istandard UN/FLUX u tan-network UE/FLUX
7.1. |
L-istandard UN/FLUX (United Nations Fisheries Language for Universal eXchange) u n-network ta’ skambju UE/FLUX jistgħu jintużaw għall-iskambju tal-pożizzjonijiet tal-bastimenti u l-ġurnali elettroniċi meta jkunu kompletament operattivi. |
7.2. |
L-emendi tal-istandard UN/FLUX għandhom jiġu implimentati f’limitu ta’ żmien definit mill-Kumitat Konġunt abbażi tad-dispożizzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea, fejn xieraq permezz ta’ skambju ta’ ittri. |
7.3. |
L-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-iskambji elettroniċi differenti huma definiti kif meħtieġ f’dokument ta’ implimentazzjoni mħejji mill-Kummissjoni Ewropea. |
7.4. |
Il-miżuri tranżitorji jistgħu jintużaw sat-tranżizzjoni għall-istandard UN/FLUX għal kull komponent (pożizzjonijiet, ġurnal ta’ abbord tas-sajd). L-Awtorità ta’ Madagascar għandha tiddetermina l-perjodu meħtieġ għal din it-tranżizzjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe restrizzjoni teknika possibbli. Dan jiddefinixxi l-perjodu ta’ ttestjar previst qabel l-użu attwali tal-istandard UN/FLUX. Ladarba jitlestew dawn it-testijiet, il-Partijiet għandhom jaqblu b’mod konġunt, malajr kemm jista’ jkun, dwar data effettiva tal-applikazzjoni, fil-Kumitat Konġunt kif previst fl-Artikolu 14 tal-Ftehim jew permezz ta’ skambju ta’ ittri. |
Appendiċi 7
Mudell tad-dikjarazzjoni ta’ kull tliet xhur mill-Unjoni tal-qbid aggregat provviżorju
|
L-Isem tal-bastiment |
Kodiċi tal-ispeċijiet tal-FAO* |
L-isem tal-ispeċi |
Xahar |
|||||||||||||
Kategorija tas-sajd |
|
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
11 |
12 |
||
Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta’ 100 GT u inqas |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta’ aktar minn 100 GT |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Total |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Appendiċi 8
Format tad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Madagascar u l-ħruġ minnha
1. FORMAT TAR-RAPPORT TA’ DĦUL (TLIET SIGĦAT QABEL ID-DĦUL)
DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TA’ MADAGASCAR
KODIĊI TAL-AZZJONI: DĦUL
L-ISEM TAL-BASTIMENT:
KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU:
STAT TAL-BANDIERA:
TIP TA’ BASTIMENT:
NUMRU TAL-LIĊENZJA (1):
POŻIZZJONI MAD-DĦUL:
DATA U ĦIN (UTC) TAD-DĦUL:
KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG:
— |
YFT (Tonna safra / Yellow fin tuna / Thunnus albacares) f’KG: |
— |
SKJ (Palamit / Skipjack / Katsuwonus pelamis) f’KG: |
— |
BET (Tonn għajnu kbira / Bigeye tuna / Thunnus obesus) f’KG: |
— |
ALB (Alonga / Albacore tuna / Thunnus alalunga) f’KG: |
— |
KLIEB IL-BAĦAR (l-ispeċijiet li jridu jiġu speċifikati) f’KG: |
— |
OĦRAJN (l-ispeċijiet li jridu jiġu speċifikati) f’KG: |
2. FORMAT TAR-RAPPORT TA’ ĦRUĠ (FI ŻMIEN TLIET SIGĦAT QABEL IL-ĦRUĠ)
DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TA’ MADAGASCAR
KODIĊI TAL-AZZJONI: ĦRUĠ
L-ISEM TAL-BASTIMENT:
KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU:
STAT TAL-BANDIERA:
TIP TA’ BASTIMENT:
NRU TAL-LIĊENZJA (2):
POŻIZZJONI MAL-ĦRUĠ:
DATA U ĦIN (UTC) TAL-ĦRUĠ:
KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG:
— |
YFT (Tonna safra / Yellowfin tuna / Thunnus albacares) f’KG: |
— |
SKJ (Palamit / Skipjack / Katsuwonus pelamis) f’KG: |
— |
BET (Tonn għajnu kbira / Bigeye tuna / Thunnus obesus) f’KG: |
— |
ALB (Alonga / Albacore tuna / Thunnus alalunga) f’KG: |
— |
KLIEB IL-BAĦAR f’KG (l-ispeċijiet li jridu jiġu speċifikati): |
— |
OĦRAJN (L-ispeċijiet li jridu jiġu speċifikati) f’KG: |
Il-komunikazzjonijiet kollha għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti fl-indirizz elettroniku li ġej:
csp-mprh@madagascar-scs-peche.mg
Numru tat-telefon: +261 32 07 231 50
Centre de Surveillance des Pêches de Madagascar, B.P.60 114 Antananarivo
Kopja tintbagħat lil MARE-CATCHES@ec.europa.eu
(1) Numru tal-liċenzja: għandha tiġi pprovduta jekk id-dikjarazzjoni tintbagħat bil-posta elettronika, u f’każijiet ta’ tranżitu.
(2) Numru tal-liċenzja : għandu jiġi pprovdut jekk id-dikjarazzjoni tintbagħat bil-posta elettronika, u f’każijiet ta’ tranżitu.
Appendiċi 9
Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni
KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LIL MADAGASCAR FORMAT TAD-DATA
TAL-VMS – RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI
Element tad-data obbligatorju li għandu jiġi rrappurtat |
Kodiċi |
Tip ta’ kontenut |
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
Data dwar is-sistema – tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
Destinatarju |
AD |
Data dwar il-messaġġ – id-destinatarju. Kodiċi ISO alfa-3 tal-pajjiż |
Mingħand |
FR |
Data dwar il-messaġġ – l-ispeditur. Kodiċi ISO alfa-3 tal-pajjiż |
Stat tal-bandiera |
FS |
Data dwar il-messaġġ – l-Istat tal-bandiera |
Tip ta’ messaġġ |
TM |
Data dwar il-messaġġ – it-tip ta’ messaġġ [ENT, POS, EXI] |
Sinjal tas-sejħa bir-radju |
RC |
Data dwar il-bastiment – is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment |
Numru ta’ referenza intern tal-parti |
IR |
Data dwar il-bastiment – in-numru uniku tal-parti (kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit b’numru) |
Numru ta’ reġistrazzjoni esterna |
XR |
Data dwar il-bastiment – in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment |
Latitudni |
LT |
Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DDMM (WGS84) |
Lonġitudni |
LG |
Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDMM (WGS84) |
Cap |
CO |
Id-direzzjoni li fiha jkun qiegħed jivvjaġġa l-bastiment fuq skala ta’ 360° |
Veloċità |
SP |
Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi |
Data |
DA |
Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ) |
Ħin |
IT |
Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM) |
Tmiem tar-reġistrazzjoni |
ER |
Data dwar is-sistema – tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |
Appendiċi 10
Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar biex jaħdmu abbord bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Biex jaħdmu fuq bastiment tas-sajd tal-Unjoni,:
(a) |
baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar għandhom ikunu fil-pussess ta’ dokument tal-identità maħruġ mill-awtorità ta’ Madagascar; |
(b) |
għandhom ikollhom mill-inqas 18-il sena; |
(c) |
għandhom ikollhom ġurnal ta’ abbord validu maħruġ minn Madagascar jew dokument ekwivalenti li juri l-ħiliet u l-esperjenza tagħhom għal mill-inqas waħda mill-pożizzjonijiet li għandhom jimtlew abbord il-bastiment; |
(d) |
il-baħħara jridu jkunu kkwalifikati skont il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara (il-Konvenzjoni STCW) u jkollhom ċertifikat li juri li huma segwew, fost l-oħrajn, it-taħriġ bażiku marbut mas-sikurezza li jkopri b’mod partikolari:
|
(e) |
il-baħħara jrid ikollhom ċertifikat mediku validu maħruġ minn tabib ikkwalifikat kif xieraq, li jikkonferma li huma jinsabu f’kundizzjoni medika tajba biex iwettqu dmirijiethom fuq il-baħar. |
Appendiċi 11
Dispożizzjonijiet minimi tal-kuntratt individwali tal-impjieg tal-baħħara li huma ċittadini ta’ Madagascar
Il-kuntratt ta’ impjieg (“il-kuntrat”) għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-kunjom u l-ismijiet tal-persuna impjegata, id-data tat-twelid jew l-età tagħha, u l-post tat-twelid; |
(b) |
il-post u d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt; |
(c) |
l-għażla tal-bastiment(i) tas-sajd u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment(i) tas-sajd li fuqu/fuqhom is-sajjied huwa impjegat li jaħdem; |
(d) |
l-isem ta’ min iħaddem jew tas-sid tal-bastiment tas-sajd jew ta’ parti oħra tal-kuntratt; il-vjaġġ(i) li għandu/għandhom isir(u), jekk dawn jistgħu jiġu ddeterminati fil-ħin tal-inkarigu; il- |
(e) |
kundizzjonijiet għall-ispejjeż imġarrba minn min iħaddem; |
(f) |
il-pożizzjoni li għaliha l-persuna impjegata għandha tiġi impjegata; |
(g) |
jekk possibbli, id-data u l-post li fihom il-persuna impjegata se tkun meħtieġa li tidher abbord għall-bidu tas-servizz tagħha; |
(h) |
l-ikel li għandu jiġi allokat lill-persuna impjegata, sakemm il-leġiżlazzjoni applikabbli ma tipprevedix sistema differenti; |
(i) |
l-ammont tal-paga tal-persuna impjegata jew, jekk imħallsa bis-sehem, il-perċentwal tas-sehem tagħha u l-metodu tal-kalkolu ta’ dak is-sehem, jew, jekk tiġi applikata sistema ta’ remunerazzjoni mħallta, l-ammont tal-paga, il-perċentwal tas-sehem tagħha u l-metodu tal-kalkolu ta’ dak is-sehem, kif ukoll kwalunkwe paga minima miftiehma; |
(j) |
id-data ta’ skadenza tal-ftehim u l-kundizzjonijiet relatati miegħu, jiġifieri:
|
(k) |
protezzjoni fil-każ ta’ mard, korriment jew mewt tal-persuna impjegata marbuta mas-servizz tagħha; |
(l) |
il-liv annwali mħallas jew il-formula użata għall-kalkolu tiegħu, fejn applikabbli; |
(m) |
il-protezzjoni tas-saħħa u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali li għandhom jiġu pprovduti lill-persuna impjegata minn min iħaddem, mis-sid tal-bastiment tas-sajd jew minn parti oħra tal-kuntratt, skont il-każ; |
(n) |
id-dritt tal-persuna impjegata għar-ripatrijazzjoni; |
(o) |
ir-referenza għall-ftehim kollettiv, fejn applikabbli; |
(p) |
perjodi minimi ta’ mistrieħ skont il-leġiżlazzjoni applikabbli jew miżuri oħra; |
(q) |
kwalunkwe informazzjoni oħra li l-leġiżlazzjoni applikabbli tista’ teħtieġ. |