This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22021D0010
Decision No 1/2019 of the EU-Mexico Joint Committee of 16 October 2019 relating to amendments to Annex III to Decision No 2/2000 of the EC-Mexico Joint Council concerning the definition of the concept of originating products and methods of administrative cooperation (Andorra and San Marino, and certain product-specific rules of origin for chemicals) [2021/10]
Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt UE-Messiku tas-16 ta’ Ottubru 2019 fir-rigward tal-emendi għall-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (Andorra u San Marino, u ċerti regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għas-sustanzi kimiċi) [2021/10]
Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt UE-Messiku tas-16 ta’ Ottubru 2019 fir-rigward tal-emendi għall-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (Andorra u San Marino, u ċerti regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għas-sustanzi kimiċi) [2021/10]
PUB/2020/953
ĠU L 3, 7.1.2021, p. 37–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/37 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-MESSIKU
tas-16 ta’ Ottubru 2019
fir-rigward tal-emendi għall-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (Andorra u San Marino, u ċerti regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għas-sustanzi kimiċi) [2021/10]
Il-KUMITAT KONĠUNT UE-MESSIKU,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku tat-23 ta’ Marzu 2000 (1), u l-Anness III tagħha, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tal-Anness III,
Billi:
(1) |
L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 (“Anness III”) jistabbilixxi r-regoli ta’ oriġini għall-prodotti li joriġinaw fit-territorju tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (2), iffirmat fi Brussell fit-8 ta’ Diċembru 1997 (“il-Ftehim”). |
(2) |
L-Unjoni Ewropea għandha fis-seħħ unjonijiet doganali mal-Prinċipat ta’ Andorra u mar-Repubblika ta’ San Marino, rispettivament, u, b’riżultat ta’ dan, il-prodotti li joriġinaw fil-Messiku jibbenefikaw minn trattament preferenzjali meta jiġu esportati lejn dawn iż-żewġ pajjiżi. |
(3) |
Ġie miftiehem li l-Messiku ser jaċċetta l-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 25 sa 97 tas-Sistema Armonizzata oriġinarji li joriġinaw fil-Prinċipat ta’ Andorra u l-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 1 sa 97 tas-Sistema Armonizzata li joriġinaw fir-Repubblika ta’ San Marino bħala prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tal-Anness III. |
(4) |
Għandu għalhekk jiżdied Appendiċi VI għall-Anness III sabiex dawk il-prodotti jkunu jistgħu jiġu trattati, meta jiġu importati lejn il-Messiku, b’mod simili għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, u biex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Anness III għal dawk il-prodotti. |
(5) |
Fis-7 ta’ April 2017 il-Kumitat Konġunt adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2017 (3), li testendi, għar-raba’ darba, l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 tal-Appendiċi II(a) għall-Anness III (“Noti 2 u 3”). L-estensjoni stipulata fid-Deċiżjoni Nru 1/2017 tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2019. |
(6) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 fuq bażi permanenti, minħabba li huma konformi mal-prinċipji tal-immodernizzar tal-Ftehim. |
(7) |
Għaldaqstant, l-Anness III għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Appendiċi II tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Jiżdied Appendiċi VI għall-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 kif indikat fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dan l-iskop.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kumitat Konġunt
Edita HRDA
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Direttur Maniġerjali, Ameriki
(1) ĠU L 157, 30.6.2000, p. 10.
(2) ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt UE-Messiku tas-7 ta’ April 2017 fir-rigward tal-emendi għall-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku tat-23 ta’ Marzu 2000 li jikkonċernaw id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinarji u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (ċerti regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott għas-sustanzi kimiċi).
ANNESS I
Fl-Appendiċi II tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, l-entrati għall-intestaturi 2914 u 2915 tas-Sistema Armonizzata (SA) huma sostitwiti b’dan li ġej:
Intestatura SA |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Ħdim jew ipproċessar, magħmula fuq materjali mhux ta’ oriġini, li jagħti l-istatus ta’ oriġini |
|||||||
(1) |
(2) |
(3) jew (4) |
|||||||
“ex 2914 |
|
Manifattura mill-aċeton |
Manifattura li fiha sseħħ reazzjoni kimika (*1) |
||||||
2915 |
Aċidi monokarbossiliċi aċikliċi saturati u l-anidridi, l-alidi, il-perossidi u l-perossiaċidi tagħhom; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom, ħlief għal: |
Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura Madankollu, il-valur tal-materjali kollha tal-intestaturi 2915 u 2916 użati ma għandux jaqbeż l-20 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika |
Manifattura li fiha l-valur totali tal-materjali kollha użati ma jaqbiżx l-40 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika |
||||||
|
|
Manifattura minn materjali ta’ kwalunkwe intestatura Madankollu, il-valur tal-materjali kollha tal-intestatura 2916 użati ma għandux jaqbeż l-20 % tal-prezz tal-prodott mill-fabbrika |
Manifattura li fiha sseħħ reazzjoni kimika (*1) |
(*1) Ir-‘reazzjoni kimika’ hija proċess (inkluż proċess bijokimiku) li jirriżulta f’molekula bi struttura ġdida bit-tkissir ta’ rabtiet intramolekulari u bl-iffurmar ta’ rabtiet intramolekulari ġodda, jew bl-alterazzjoni tal-arranġament spazjali tal-atomi ġo molekula. Il-proċessi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu għal skopijiet ta’ oriġini:
(a) |
it-tidwib fl-ilma jew solventi oħra; |
(b) |
l-eliminazzjoni ta’ solventi inkluż ilma solventi; jew |
(c) |
iż-żieda jew l-eliminazzjoni ta’ ilma tal-kristallizzazzjoni.”. |
ANNESS II
L-Appendiċi li ġej huwa miżjud mal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:
“Appendiċi VI
IL-PRINĊIPAT TA’ ANDORRA U R-REPUBBLIKA TA’ SAN MARINO
1.
Il-prodotti li joriġinaw fil-Prinċipat ta’ Andorra li jaqgħu taħt il-Kapitoli 25 sa 97 tas-Sistema Armonizzata għandhom ikunu aċċettati mill-Messiku taħt l-istess reġim doganali bħal dak applikabbli għall-prodotti importati u li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, sakemm l-unjoni doganali stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/680/KEE (1) tibqa’ fis-seħħ.
2.
Il-prodotti li joriġinaw fil-Messiku li jaqgħu taħt il-Kapitoli 25 sa 97 tas-Sistema Armonizzata jibbenefikaw mill-istess trattament tariffarju preferenzjali meta jiġu importati lejn Andorra bħal dak li jirċievu meta jiġu importati lejn l-Unjoni Ewropea, sakemm tibqa’ fis-seħħ l-unjoni doganali stabbilita bid-Deċiżjoni 90/680/KEE.
3.
Il-prodotti li joriġinaw fir-Repubblika ta’ San Marino li jaqgħu taħt il-Kapitoli 1 sa 97 tas-Sistema Armonizzata għandhom ikunu aċċettati mill-Messiku taħt l-istess reġim doganali bħal dak applikabbli għall-prodotti importati u li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, sakemm jibqa’ fis-seħħ il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino (2), magħmul fi Brussell fis-16 ta’ Diċembru 1991.
4.
Il-prodotti li joriġinaw fil-Messiku li jaqgħu taħt il-Kapitoli 1 sa 97 tas-Sistema Armonizzata jistgħu jibbenefikaw mill-istess trattament tariffarju preferenzjali meta jiġu importati lejn San Marino bħal dak li jirċievu meta jiġu importati lejn l-Unjoni Ewropea, sakemm jibqa’ fis-seħħ il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, magħmul fi Brussell fis-16 ta’ Diċembru 1991.
5.
L-Anness III għandu japplika mutatis mutandis għall-kummerċ tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 4.
6.
L-esportatur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jniżżel ‘il-Messiku’ kif ukoll ‘il-Prinċipat ta’ Andorra’ jew ‘ir-Repubblika ta’ San Marino’ fil-Kaxxa 2 taċ-ċertifikat ta’ moviment EUR.1 jew fid-dikjarazzjoni fuq fattura. Barra minn hekk, din l-informazzjoni għandha tiddaħħal fil-Kaxxa 4 taċ-ċertifikat ta’ moviment EUR.1, jew fid-dikjarazzjoni fuq fattura fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fil-Prinċipat ta’ Andorra jew mir-Repubblika ta’ San Marino.
7.
L-Unjoni Ewropea għandha tibgħat lill-Messiku kampjuni taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1, it-timbri li jridu jintużaw mill-Prinċipat ta’ Andorra u mir-Repubblika ta’ San Marino, u l-indirizzi tal-awtoritajiet responsabbli għall-proċess ta’ verifika fil-Prinċipat ta’ Andorra u fir-Repubblika ta’ San Marino.
8.
Jekk l-awtorità governattiva kompetenti tal-Prinċipalità ta’ Andorra jew tar-Repubblika ta’ San Marino ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III, il-Messiku jista’ jressaq il-każ quddiem il-Kumitat Speċjali dwar il-Kooperazzjoni Doganali u r-Regoli tal-Oriġini, stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, sabiex jiġu ddeterminati l-miżuri xierqa biex tissolva l-kwistjoni”.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/680/KEE tas-26 ta’ Novembru 1990 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-għamla ta’ skambju tal-ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Andorra (ĠU L 374, 31.12.1990, p. 13).