This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22019D2045
Decision of the EEA Joint Committee No 9/2018 of 9 February 2018 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2019/2045]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2018 tad-9 ta’ Frar 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/2045]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2018 tad-9 ta’ Frar 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/2045]
ĠU L 323, 12.12.2019, pp. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
12.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 9/2018
tad-9 ta’ Frar 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/2045]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/426 iħassar, b’effett mill-21 ta’ April 2018, id-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-21 ta’ April 2018. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu V tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE):
|
|
2. |
It-test tal-punt 2 (id-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b’effett mill-21 ta’ April 2018. |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2016/426 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99.
(2) ĠU L 330, 16.12.2009, p. 10.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.