Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1077

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/2017 tat-22 ta’ Settembru 2017 li temenda l-Anness XX (Environment) tal-Ftehim ŻEE [2019/1077]

ĠU L 174, 27.6.2019, pp. 62–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1077/oj

27.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 189/2017

tat-22 ta’ Settembru 2017

li temenda l-Anness XX (Environment) tal-Ftehim ŻEE [2019/1077]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1214 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1215 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1216 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (3) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1217 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin (4) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1218 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (5) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1219 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali (6) trid tiġi inkorportat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1214 tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE (7), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1215 tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE (8), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1216 tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE (9), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE.

(10)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1217 tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE (10), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE.

(11)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1218 tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE (11), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE.

(12)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1219 tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE (12), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE.

(13)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 2e (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE) jinbidel b'dan li ġej:

32017 D 1218: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1218 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 63).”

2.

It-test tal-punt 2h (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE) jinbidel b'dan li ġej:

32017 D 1216: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1216 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 31).”

3.

It-test tal-punt 2r (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE) jinbidel b'dan li ġej:

32017 D 1214: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1214 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 1).”

4.

It-test tal-punt 2t (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE) jinbidel b'dan li ġej:

32017 D 1217: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1217 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 45).”

5.

It-test tal-punt 2zg (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE) jinbidel b'dan li ġej:

32017 D 1215: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1215 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 16).”

6.

It-test tal-punt 2zh (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE) jinbidel b'dan li ġej:

32017 D 1219: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1219 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 79).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet (UE) 2017/1214, (UE) 2017/1215, (UE) 2017/1216, (UE) 2017/1217, (UE) 2017/1218 u (UE) 2017/1219 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 180, 12.7.2017, p. 1.

(2)   ĠU L 180, 12.7.2017, p. 16.

(3)   ĠU L 180, 12.7.2017, p. 31.

(4)   ĠU L 180, 12.7.2017, p. 45.

(5)   ĠU L 180, 12.7.2017, p. 63.

(6)   ĠU L 180, 12.7.2017, p. 79.

(7)   GU L 169, 29.6.2011, p. 40.

(8)   ĠU L 326, 24.11.2012, p. 25.

(9)   ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22.

(10)   ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52.

(11)   ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34.

(12)   ĠU L 326, 24.11.2012, p. 38.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top