Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1179

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 241/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim ŻEE [2018/1179]

ĠU L 215, 23.8.2018, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1179/oj

23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 241/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim ŻEE [2018/1179]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE tas-17 ta' Settembru 2013 fuq il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/893/KE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi sostitwita skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness II u l-Anness X tal-Ftehim ŻEE jenħtieġu għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” fil-Kapitolu XX tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE, it-test tal-punt 5 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/893/KE) jitħassar.

Artikolu 2

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 3a (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/89/UE) tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE:

ATTI LI JRIDU JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI

1.

32013 H 0461: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE tas-17 ta' Settembru 2013 fuq il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT (ĠU L 249, 19.9.2013, p. 10).”

Artikolu 3

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)   ĠU L 249, 19.9.2013, p. 10.

(2)   ĠU L 331, 15.12.2001, p. 79.

(*1)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top