Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D2148

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2016 tat-3 ta' Ġunju 2016 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/2148]

ĠU L 308, 23.11.2017, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2148/oj

23.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 130/2016

tat-3 ta' Ġunju 2016

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/2148]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2010 tal-11 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-perjodu ta' referenza tal-indiċi komuni għall-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 19v (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32015 R 2010: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2010 tal11 ta' Novembru 2015 (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/2010 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' Ġunju 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 295, 12.11.2015, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top