Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D2135

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2016 tat-3 ta' Ġunju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2135]

ĠU L 308, 23.11.2017, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2135/oj

23.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 117/2016

tat-3 ta' Ġunju 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2135]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 (1) ġie mħassar permezz tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li ġew inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 jenħtieġ li titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 14 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) fil-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' Ġunju 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1.

(2)   ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top