This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D2044
Decision of the EEA Joint Committee No 94/2016 of 29 April 2016 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement [2017/2044]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2044]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2044]
ĠU L 300, 16.11.2017, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
16.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 94/2016
tad-29 ta' April 2016
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2044]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 tat-18 ta' Novembru 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE, |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 56i (id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32015 L 2087: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2087 tat-18 ta' Novembru 2015 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 99).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/2087 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016 bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 302, 19.11.2015, p. 99.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.