Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1323

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2017/1323]

ĠU L 189, 20.7.2017, pp. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1323/oj

20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 40/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2017/1323]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jirrevoka ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba' paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk il-Protokoll 47 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 8 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007) tal-Appendiċi 1 għall-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE jinbidel b'dan li ġej:

32013 R 1308: Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Japplikaw biss id-dispożizzjonijiet tar-Regolament li ġejjin:

 

L-Artikolu 1(2)(l), u l-Anness I, il-Parti XII,

 

Artikolu 3(1), ara l-Anness II, il-Parti IV,

 

L-Artikolu 75(3)(f), (g), (h), (k) u (m) u (4) u (5)(d),

 

L-Artikolu 78(1)(b) u (2) ara l-Anness VII il-Parti II, ara l-Appendiċi I tal-Anness VII,

 

L-Artikolu 80, ara l-Anness VIII,

 

L-Artikoli 81 u 82,

 

L-Artikolu 83(2) u (3),

 

L-Artikoli 92–108,

 

L-Artikoli 112 u 113,

 

L-Artikoli 117–121,

 

L-Artikolu 146, u

 

L-Artikolu 147(1) u (2).

Id-dispożizzjonijiet japplikaw bl-adattamenti li jistgħu jiġu derivati mid-dispożizzjonijiet tat-test ewlieni tal-Ftehim, l-adattamenti orizzontali fl-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim u l-adattamenti speċifiċi fl-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim.

(b)

Ir-rappreżentanti tal-Istati EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fix-xogħol tal-Kumitati msemmija fl-Artikolu 229 tar-Regolament, li jittrattaw kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-atti msemmija fil-Ftehim, iżda ma għandhomx ikollhom id-dritt li jivvutaw.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top