This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1312
Decision of the EEA Joint Committee No 29/2016 of 5 February 2016 amending Annex XVI (Procurement) to the EEA Agreement [2017/1312]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/1312]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/1312]
ĠU L 189, 20.7.2017, pp. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 29/2016
tal-5 ta' Frar 2016
li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/1312]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2340 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2341 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2342 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
3. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 5c (id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2340, (UE) 2015/2341 u (UE) 2015/2342 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 330, 16.12.2015, p. 14
(2) ĠU L 330, 16.12.2015, p. 16
(3) ĠU L 330, 16.12.2015, p. 18
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.