Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1082

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 293/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1082]

ĠU L 161, 22.6.2017, pp. 87–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1082/oj

22.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/87


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 293/2015

tat-30 ta' Ottubru 2015

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1082]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2013/34/UE tħassar ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE (2) u s-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE (3), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 10f (id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32013 L 0034: Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 10h (id-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“10i.

32013 L 0034: Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

Għall-għanijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, il-konverżjoni f'munita nazzjonali tal-ammonti f'euro għandu jinkiseb billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata mill-bank ċentrali responsabbli għall-munita nazzjonali.

(b)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness I:

“—

L-Iżlanda:

hlutafélag, einkahlutafélag;

Il-Liechtenstein:

die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung, die Kommanditaktiengesellschaft;

In-Norveġja:

aksjeselskap, allmennaksjeselskap.”

(c)

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness II:

“—

L-Iżlanda:

sameignarfélag, samlagsfélag;

Il-Liechtenstein:

die Kollektivgesellschaft, die Kommanditgesellschaft;

In-Norveġja:

partrederi, ansvarlig selskap, kommandittselskap.” ”

3.

It-test tal-punti 4 (ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE) u 6 (is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE) huwa mħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/34/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda SLETNES


(1)   ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.

(2)   ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

(3)   ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top