EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017A1027(01)

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport

ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/1937/oj

Related Council decision
Related Council decision

27.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/3


IT-TRATTAT

li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport

Il-Partijiet, li huma

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni” jew “l-Unjoni Ewropea”,

u

IL-PARTIJIET TAL-EWROPA TAX-XLOKK, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kosovo (*1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Kosovo), il-Montenegro, ir-Repubblika tas-Serbja,

il-partijiet kollha msemmija hawn fuq minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”.

FILWAQT LI JIBNU fuq ix-xogħol li sar fil-qafas tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-Iżvilupp tan-Netwerk Prinċipali tat-Trasport Reġjonali tal-Ewropa tax-Xlokk, iffirmat fil-Lussemburgu fil-11 ta’ Ġunju 2004, u FILWAQT LI JINNUTAW li dan il-Memorandum ta’ Qbil mhux ser jibqa’ rilevanti aktar;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-karattru integrat tat-trasport internazzjonali u filwaqt li JIXTIEQU li joħolqu Komunità tat-Trasport bejn l-Unjoni Ewropea u l-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk ibbażata fuq l-integrazzjoni progressiva tas-suq tat-trasport tal-Partijiet Kontraenti abbażi tal-acquis rilevanti;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li r-regoli li jikkonċernaw il-Komunità tat-Trasport qegħdin biex jiġu applikati fuq bażi multilaterali fi ħdan il-Komunità tat-Trasport u għalhekk jeħtieġ li jiġu definiti regoli speċifiċi f’dak ir-rispett;

FILWAQT LI JINNUTAW il-Ftehim Interim u l-Memorandum rilevanti dwar Miżuri Prattiċi li r-Repubblika Ellenika u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ffirmaw fl-1995;

FILWAQT LI JAQBLU li huwa xieraq li r-regoli tal-Komunità tat-Trasport jissejsu fuq il-leġislazzjoni rilevanti fis-seħħ fi ħdan l-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fl-Anness I għal dan it-Trattat, skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u FILWAQT LI JQISU l-modifiki li hemm fiha, inkluż il-bdil tal-“Komunità Ewropea” bl-“Unjoni Ewropea”;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM li l-integrazzjoni tas-swieq tat-trasport ma tistax tinkiseb b’pass wieħed, imma pjuttost permezz ta’ tranżizzjoni ffaċilitata b’arranġamenti speċifiċi ta’ durata limitata;

FILWAQT LI JENFASIZZAW li l-operaturi tat-trasport għandhom jiġu ttrattati b’manjiera mhux diskriminatorja fir-rigward tal-aċċess tagħhom għall-infrastrutturi tat-trasport;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM li kull waħda mill-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandha x-xewqa biex tagħmel il-liġijiet tagħha dwar it-trasport u l-materji assoċjati kompatibbli ma’ dawk tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-iżviluppi futuri tal-acquis fi ħdan l-Unjoni;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tal-għajnuna teknika f’dan ir-rigward;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM in-neċċessità li jitħares l-ambjent u li tiġi miġġielda l-bidla fil-klima, u li l-iżvilupp tas-settur tat-trasport għandu bżonn li jkun sostenibbli;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM in-neċessità li jikkonsidraw id-dimensjoni soċjali tal-Komunità tat-Trasport u li jiġu stabbiliti strutturi ta’ djalogu fil-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk;

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM il-perspettiva Ewropea tal-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk kif ikkonfermat minn diversi Summits tal-Kunsill Ewropew reċenti;

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, ir-Repubblika tas-Serbja u r-Repubblika tal-Albanija huma pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina applikat għas-sħubija;

FILWAQT LI JINNUTAW li l-proċeduri interni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jistgħu japplikaw meta jirċievu dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet tal-Kosovo skont dan it-Trattat;

FILWAQT LI JINNUTAW id-determinazzjoni tal-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li jersqu eqreb lejn l-Unjoni Ewropea u li jimplimentaw l-acquis, b’mod partikolari fil-qasam tat-trasport,

IDDEĊIDEW LI JOĦOLQU KOMUNITÀ TAT-TRASPORT:

Artikolu 1

Għanijiet u prinċipji

1.   L-għan ta’ dan it-Trattat hu li tinħoloq Komunità tat-Trasport fil-qasam tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni u dak marittimu kif ukoll l-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport bejn l-Unjoni Ewropea u l-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk, minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Komunità tat-Trasport". Il-Komunità tat-Trasport għandha tissejjes fuq l-integrazzjoni progressiva tas-swieq tat-trasport tal-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk fis-suq tat-trasport tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-acquis rilevanti, inklużi fl-oqsma tal-istandards tekniċi, l-interoperabilità, is-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tat-traffiku, il-politika soċjali, l-akkwist pubbliku u l-ambjent, għall-modi kollha tat-trasport eskluż it-trasport bl-ajru. Għal dan il-għan, dan it-Trattat jistabbilixxi r-regoli applikabbli bejn il-Partijiet Kontraenti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. Dawn ir-regoli jinkludu dispożizzjonijiet stabbiliti bl-atti speċifikati fl-Anness I.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat għandhom japplikaw sakemm jikkonċernaw it-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni u dak marittimu u n-netwerks tat-trasport, inkluża l-infrastruttura tal-ajruport, jew kwistjoni assoċjata msemmija fl-Anness I

3.   It-Trattat hu magħmul minn artikoli, li jistabbilixxu l-funzjonament ġenerali tal-Komunità tat-Trasport, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-Trattat Prinċipali”, minn Annessi, li minnhom l-Anness I fih l-atti tal-Unjoni Ewropea applikabbli bejn il-Partijiet Kontraenti fil-qafas tat-Trattat Prinċipali, u minn Protokolli, li minnhom ta’ mill-anqas wieħed għal kull Parti tal-Ewropea tax-Xlokk jistabbilixxi l-arranġamenti tranżizzjonali applikabbli għaliha.

Artikolu 2

1.   Għall-finijiet ta' dan it-Trattat:

(a)

it-terminu “Trattat” ifisser it-Trattat Prinċipali, l-Annessi tiegħu, l-atti msemmija fl-Anness I kif ukoll il-Protokolli tiegħu;

(b)

it-terminu “il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk” ifisser ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kosovo, il-Montenegro u s-Serbja;

(c)

l-ebda terminu, kliem jew definizzjonijiet użati f’dan it-Trattat, inklużi fl-Annessi u fil-Protokolli tiegħu, ma jikkostitwixxu rikonoxximent tal-Kosovo mill-Unjoni Ewropea bħala Stat indipendenti u lanqas ma jikkostitwixxu rikonoxximent minn Stat Membru individwali tal-Kosovo f’dik il-kapaċità fejn huma ma jkunux għamlu tali pass;

(d)

it-terminu “Konvenzjoni” ifisser kwalunkwe konvenzjoni internazzjonali jew ftehim dwar it-trasport internazzjonali, miftuħ għall-iffirmar, barra minn dan it-Trattat;

(e)

it-terminu “Stat Membru tal-UE” ifisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(f)

it-terminu “acquis” ifisser il-korp tal-leġislazzjoni adottat mill-Unjoni Ewropea sabiex tissodisfa l-għanijiet tagħha;

2.   L-użu tat-termini “pajjiż”, “ċittadin”, “ċittadini”, “territorju” jew “bandiera” għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-istatus ta’ kull Parti Kontraenti skont id-dritt internazzjonali.

Artikolu 3

1.   Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-atti msemmija jew li qegħdin jew fl-Anness I, adattati skont l-Anness II, jew fid-deċiżjonijiet tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti.

2.   Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu, jew għandhom isiru parti mill-ordni legali intern tagħhom tal-Partijiet tal-Ewropea tax-Xlokk kif ġej:

(a)

att li jikkorrispondi għal regolament tal-Unjoni Ewropea għandu jsir parti mill-ordni legali intern tal-Parti rispettiva tal-Ewropa tax-Xlokk f’perjodu ta’ żmien stabbilit għall-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk mill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali;

(b)

att li jikkorrispondi għal direttiva tal-Unjoni Ewropea għandu jħalli f’idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti rispettiva tal-Ewropa tax-Xlokk l-għażla tal-forma u l-metodu ta’ implimentazzjoni;

(c)

att li jikkorrispondi għal deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea għandu jsir parti mill-ordni legali intern tal-Parti rispettiva tal-Ewropa tax-Xlokk f’perjodu ta’ żmien u b’mod stabbiliti għall-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk mill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali;

3.   Fejn id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-atti msemmija fil-paragrafu 1 jagħtu lok għal obbligi fuq in-naħa tal-Istati Membri tal-UE, dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-Istati Membri tal-UE, wara deċiżjoni adottata skont ir-regoli applikabbli fi ħdan l-Unjoni Ewropea msejsa fuq valutazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni sħiħa mill-Partijiet tal-Ewropea tax-Xlokk tal-atti tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Anness I.

Artikolu 4

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, kemm jekk ikunu ġenerali jew partikolari, sabiex jiżguraw li l-obbligi li joriġinaw minn dan it-Trattat jiġu sodisfatti u għandhom jevitaw kwalunkwe miżura tista' tipperikola b’xi mod il-ksib tal-għanijiet ta’ dan it-Trattat.

Artikolu 5

Kwistjonijiet soċjali

Il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom jimplimentaw l-acquis soċjali rilevanti fir-rigward tat-trasport kif stabbilit fl-Anness I. Il-Komunita tat-Trasport għandha tirrinforza u tippromwovi d-djalogu socjali u d-dimensjoni soċjali permezz tar-referenza għall-acquis fil-kwistjonijiet soċjali, id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u l-involviment tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tas-sħab soċjali nazzjonali u Ewropej li għandhom rwol fis-settur tat-trasport, fil-livell xieraq.

Artikolu 6

Ambjent

Il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom jimplimentaw l-acquis ambjentali rilevanti fir-rigward tat-trasport, b’mod partikolari l-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika, il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, u d-Direttivi li għandhom x’jaqsmu man-natura, l-ilma u l-kwalità tal-arja kif stabbilit fl-Anness I.6.

Artikolu 7

Akkwist pubbliku

Il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom jimplimentaw l-acquis rilevanti għall-akkwist pubbliku fir-rigward tat-trasport kif stabbilit fl-Anness I.7.

Artikolu 8

Infrastruttura

1.   Il-mapep tal-estensjoni indikattiva tan-netwerk trans-ewropew tat-trasport (TEN-T) tan-netwerks komprensivi u prinċipali għall-Balkani tal-Punent huma mehmużin ma’ dan it-Trattat bħala l-Anness I.1. Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jirraporta kull sena lill-Kunsill Ministerjali dwar l-implimentazzjoni tat-TEN-T deskritt f’dan it-Trattat. Il-Kumitat Tekniċi għandhom jassistu lill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali fit-tfassil tar-rapport.

2.   Il-Komunità tat-Trasport għandha ssostni l-iżvilupp tal-estensjoni indikattiva tat-TEN-T tan-netwerks komprensivi u prinċipali għall-Balkani tal-Punent skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/758 (1) kif stabbilit fl-Anness I.1. Din għandha tqis il-ftehimiet bilaterali u multilaterali relatati konklużi mill-Partijiet Kontraenti, inkluż l-iżvilupp ta’ rabtiet u interkonnessjonijiet ewlenin meħtieġa biex jiġu eliminati l-konġestjonijiet u biex tiġi promossa l-interkonnessjoni tan-netwerks nazzjonali u man-netwerks tal-UE tat-TEN-T.

Artikolu 9

1.   Il-Komunità tat-Trasport għandha tiżviluppa kull sentejn pjan kontinwu ta’ ħidma ta’ ħames snin għall-iżvilupp tal-estensjoni indikattiva tat-TEN-T tan-netwerks komprensivi u prinċipali għall-Balkani tal-Punent u l-identifikazzjoni tal-proġetti ta’ prijorità ta’ interess reġjonali f’konformità mal-aqwa prattika tal-Unjoni, li għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli bilanċjat f’termini ta’ ekonomija, integrazzjoni spazjali, impatt ambjentali u soċjali kif ukoll koeżjoni soċjali.

2.   Fost oħrajn, il-pjan kontinwu ta’ ħidma ta’ ħames snin għandu:

(a)

jikkonforma mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fl-Anness I, b’mod partikolari meta hemm previst il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea;

(b)

juri impatti li jrendu valur aħjar għall-flus u impatti soċjoekonomikament usa’, skont ir-regoli tal-finanzjament tad-donaturi u skont l-aħjar standards u prattiki internazzjonali;

(c)

jagħti attenzjoni speċjali lill-bidla globali fil-klima u lis-sostenibilità ambjentali fl-istadju tad-definizzjoni u l-analiżi tal-proġett;

(d)

jinkludi l-opportunitajiet ta’ finanzjament mid-donaturi u mill-istituzzjonijiet finazjarji internazzjonali, b’mod partikolari permezz tal-Qafas ta’ Investiment tal-Balkani tal-Punent.

3.   Il-Komunità tat-Trasport għandha tippromwovi l-istudji u l-analiżijiet meħtieġa, b’mod partikolari li jikkonċernaw il-vijabilità ekonomika, l-ispeċifikazzjoni teknika, l-impatt ambjentali, l-konsegwenzi soċjali u l-mekkaniżmi ta’ finanzjament.

4.   Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ informazzjoni mis-Segretarjat Permanenti biex tintuża minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-kundizzjoni u l-prestazzjoni tal-estensjoni indikattiva tat-TEN-T tan-netwerks komprensivi u prinċipali għall-Balkani tal-Punent.

Artikolu 10

Il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom jiżviluppaw sistemi effiċjenti ta’ ġestjoni tat-traffiku, inklużi sistemi intermodali u sistemi ta’ trasport intelliġenti.

Artikolu 11

Trasport bil-ferrovija

1.   Fil-kamp ta' applikazzjoni u bil-kundizzjonijiet ta’ dan it-Trattat u fil-kamp ta' applikazzjoni u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti rilevanti speċifikati fl-Anness I, l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fi Stat Membru tal-UE, jew minn Parti tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom ikollhom id-dritt ta’ aċċess għall-infrastruttura fl-Istati Membri tal-UE kollha u fil-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għall-iskop li joperaw linja ferrovjarja internazzjonali għall-passiġġieri jew għall-merkanzija.

2.   Fil-kamp ta' applikazzjoni u bil-kundizzjonijiet ta’ dan it-Trattat u fil-kamp ta' applikazzjoni u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti rilevanti speċifikati fl-Anness I, ma għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq il-validità tal-liċenzji tal-impriżi tal-ferroviji, iċ-ċertifikati tas-sikurezza tagħhom, id-dokumenti ta’ ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji u l-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi ferrovjarji mogħtija mill-UE jew minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn Parti tal-Ewropa tax-Xlokk.

Artikolu 12

Trasport bit-triq

Il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom jippromwovu operazzjonijiet tat-trasport bit-triq effiċjenti, sikuri u siguri. Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għandha timmira li tilħaq konverġenza lejn standards u politiki operattivi fit-trasport bit-triq tal-Unjoni Ewropa, b’mod partikolari billi jimplimentaw l-acquis tat-trasport bit-triq kif imsemmi fl-Anness I.

Artikolu 13

Trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippromwovu operazzjonijiet tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni effiċjenti, sikuri u siguri. Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għandha timmira li tilħaq konverġenza lejn standards u politiki operattivi fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni Ewropa, b’mod partikolari billi jimplimentaw l-atti stabbiliti fl-Anness I mill-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk.

Artikolu 14

Trasport marittimu

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippromwovu operazzjonijiet tat-trasport marittimu effiċjenti, sikuri u seguri. Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għandha timmira li tilħaq konverġenza lejn standards u politiki operattivi fit-trasport marittimu tal-Unjoni Ewropa, b’mod partikolari billi jimplimentaw l-atti stabbiliti fl-Anness I mill-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk.

Artikolu 15

Tħaffif tal-formalitajiet amministrattivi

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiffaċilitaw l-proċeduri amministrattivi (il-formalitajiet) biex wieħed jgħaddi minn territorju doganali wieħed għal ieħor skont id-dispożizzjonijiet ta’ kooperazzjoni doganali tal-ftehimiet applikabbli bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa waħda, u kull waħda mill-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk, min-naħa l-oħra.

2.   Bl-istess għanijiet, il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom jiffaċilitaw il-proċeduri amministrattivi biex wieħed jgħaddi minn territorju doganali wieħed għal ieħor skont id-dispożizzjonijiet ta’ kooperazzjoni doganali tal-ftehimiet bejniethom.

Artikolu 16

Nondiskriminazzjoni

Fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali inkluża fih, kwalunkwe diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ nazzjonalità għandha tkun ipprojbita.

Artikolu 17

Kompetizzjoni

1.   Fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan it-Trattat id-dispożizzjonijiet tal-Anness III għandhom japplikaw. Fejn ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat huma inklużi fi ftehimiet oħra bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar, bħalma huma l-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw bejn dawk il-Partijiet.

2.   L-Artikoli 18, 19 u 20 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tad-dispożizzjonijiet fl-Anness III li jikkonċernaw il-kompetizzjoni. Dawn għandhom japplikaw fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat.

Artikolu 18

Eżekuzzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li d-drittijiet li ġejjin mit-Trattat, u b’mod partikolari mill-atti speċifikati fl-Anness I, jistgħu jiġu invokati quddiem qrati nazzjonali.

2.   Il-kwistjonijiet kollha dwar il-legalità tal-leġislazzjoni adottata mill-Unjoni Ewropea u speċifikata fl-Anness I, għandha tkun il-kompetenza esklussiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Qorti tal-Ġustizzja”.

Artikolu 19

Interpretazzjoni

1.   Sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat u d-dispożizzjonijiet tal-atti speċifikati fl-Anness I huma identiċi fis-sustanza għar-regoli korrispondenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għall-atti adottati skont dawk it-Trattati, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom, fl-implimentazzjoni u fl-applikazzjoni tagħhom, jiġu interpretati f’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea mogħtija qabel id-data tal-iffirmar ta’ dan it-Trattat. Is-sentenzi u d-deċiżjonijiet mogħtija wara d-data tal-iffirmar ta’ dan it-Trattat għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet Kontraenti l-oħra. Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti, l-implikazzjonijiet ta’ dawn is-sentenzi u d-deċiżjonijiet li jiġu wara għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali megħjun mill-kumitati tekniċi bil-ħsieb li jiġi żgurat l-funzjonament xieraq ta’ dan it-Trattat. Interpretazzjonijiet eżistenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk qabel id-data tal-iffirmar ta’ dan it-Trattat. Deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali skont din il-proċedura għandhom ikunu f’konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2.   Meta f’każ quddiem qorti jew tribunal ta’ Parti tal-Ewropa tax-Xlokk tinqala’ kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ dan it-Trattat, tad-dispożizzjonijiet tal-atti speċifikati fl-Anness I jew ta’ atti adottati f'konformità magħhom li huma identiċi fis-sustanza għar-regoli korrispondenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew għall-atti adottati skont dawk it-Trattati, dik il-qorti jew dak it-tribunal għandhom jistaqsu, jekk jara li dan hu neċessarju biex ikunu jistgħu jagħtu sentenza u skont l-Anness IV, lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tiddeċiedi l-kwistjoni. Parti tal-Ewropa tax-Xlokk tista’, b’deċiżjoni u skont l-Anness IV, tistipula l-limitu li skontu, u skont liema modalitajiet, il-qrati u t-tribunali tagħha jridu japplikaw din id-dispożizzjoni. Tali deċiżjoni għandha tiġi notifikata lid-depożitarju u lill-Qorti tal-Ġustizzja. Id-depożitarju għandu jinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra. Id-deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun vinkolanti fuq il-qrati tal-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk li qegħdin jittrattaw il-każ li fiha nqalgħet il-kwistjoni.

Artikolu 20

Leġislazzjoni ġdida

1.   Dan it-Trattat għandu jkun, mingħajr il-preġudizzju għad-dritt ta’ kull Parti tal-Ewropa tax-Xlokk, soġġett għall-konformità mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu li jadotta unilateralment leġislazzjoni ġdida jew jemenda l-leġislazzjoni eżistenti fil-qasam tat-trasport jew qasam assoċjat imsemmi fl-Anness I. Il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk ma għandhomx jadottaw xi leġislazzjoni bħal din jekk mhux f’konformità ma’ dan it-Trattat.

2.   Hekk kif Parti tal-Ewropa tax-Xlokk tkun adottat leġislazzjoni ġdida jew emenda fil-leġislazzjoni tagħha, din għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra permezz tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali mhux aktar tard minn xahar wara l-adozzjoni tagħha. Fuq talba ta’ xi Parti Kontraenti, il-kumitat tekniku rilevanti għandu fi żmien xahrejn, iżomm skambju ta’ opinjonijiet dwar l-implikazzjonijiet ta’ din il-leġislazzjoni l-ġdida jew emenda għall-funzjonament xieraq ta’ dan it-Trattat.

3.   Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu, fir-rigward ta’ atti tal-Unjoni Ewropea ġodda legalment vinkolanti:

(a)

jew jadotta deċiżjoni li tirrevedi l-Anness I sabiex jintegra fih, jekk hemm bżonn abbażi ta’ reċiproċità, l-att il-ġdid inkwistjoni; jew

(b)

jadotta deċiżjoni bl-effett li l-att il-ġdid inkwistjoni jitqies bħala f’konformità mat-Trattat; jew

(c)

jiddeċiedi fuq kwalunkwe miżura oħra biex jissalvagwardja l-funzjonament xieraq ta’ dan it-Trattat.

4.   Fir-rigward tal-atti legalment vinkolanti ġodda tal-Unjoni Ewropea li ġew adottati bejn l-iffirmar ta’ dan it-Trattat u d-dħul fis-seħħ tiegħu u li dwarhom il-Partijiet Kontraenti l-oħra ġew infurmati, id-data tat-tressiq għandha tittieħed li hi d-data li fiha l-informazzjoni tkun waslet. Id-data li fiha l-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali jasal għal deċiżjoni ma tistax tkun qabel sittin jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat.

Artikolu 21

Il-Kunsill Ministerjali

Kunsill Ministerjali huwa b'dan stabbilit. Dan għandu jiżgura li l-għanijiet stabbiliti f’dan it-Trattat jintlaħqu u għandu:

(a)

jipprovdi linji gwida ġenerali ta’ politika;

(b)

jagħmel rieżami tal-progress fl-implimentazzjoni ta' dan it-Trattat; inkluż segwitu tal-proposti mressqin mill-Forum Soċjali;

(c)

jagħti opinjonijiet dwar il-ħatra tad-Direttur tas-Segretarjat Permanenti;

(d)

jiddeċiedi dwar is-sede tas-Segretarjat Permanenti b’kunsens.

Artikolu 22

Il-Kunsill Ministerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Parti Kontraenti. Il-parteċipazzjoni bħala osservatur għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha tal-UE.

Artikolu 23

Il-Kunsill Ministerjali għandu jiltaqa’ fuq bażi annwali.

Artikolu 24

Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali

1.   Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali huwa b'dan stabbilit. Dan għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ dan it-Trattat u għandu jiżgura l-implimentazzjoni adatta tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19. Għal dan il-għan, dan għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet previsti f’dan it-Trattat. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandhom isiru effettivi mill-Partijiet Kontraenti skont ir-regoli tagħhom stess.

2.   Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jkun magħmul minn rappreżentant, u rappreżentant sostitut, tal-Partijiet Kontraenti. Il-parteċipazzjoni bħala osservatur għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha tal-UE.

3.   Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jaġixxi b’unanimità.

4.   Għall-fini tal-infurzar xieraq ta’ dan it-Trattat, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiskambjaw informazzjoni, inter alia, dwar leġislazzjoni ġdida jew deċiżjonijiet li huma rilevanti għal dan it-Trattat, u, fuq it-talba ta’ xi Parti Kontraenti, għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali, inklużi dwar kwistjonijiet soċjali.

5.   Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

6.   Kull Parti tal-Ewropa tax-Xlokk għandha tippresiedi l-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali darba kull waħda skont l-arranġamenti li jridu jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

7.   Il-president tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jlaqqa’ l-laqgħat tiegħu ta’ mill-anqas darbtejn fis-sena biex jeżamina l-funzjonament ġenerali ta’ dan it-Trattat u, meta ċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu, fuq talba ta’ Parti Kontraenti. Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jżomm taħt rieżami kontinwu l-iżvilupp tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għal dan il-fini, l-Unjoni Ewropea għandha tittrasmetti lill-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk is-sentenzi kollha rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-funzjonament ta’ dan it-Trattat. Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jaġixxi fi żmien tliet xhur sabiex jippreserva l-interpretazzjoni omoġena ta’ dan it-Trattat.

8.   Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jipprepara x-xogħol tal-Kunsill Ministerjali.

Artikolu 25

1.   Deċiżjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandha tkun vinkolanti fuq il-Partijiet Kontraenti. Kull meta deċiżjoni meħuda mill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali fiha rekwiżit għal azzjoni li trid tittieħed minn Parti Kontraenti, l-imsemmija Parti għandha tieħu l-miżuri neċessarji u tinforma lill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali bihom.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f’dawk tal-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk. Kull deċiżjoni għandha tistqarr id-data tal-implimentazzjoni tagħha mill-Partijiet Kontraenti u kwalunkwe informazzjoni oħra li x'aktarx tikkonċerna l-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 26

Kumitati tekniċi

1.   Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jiddeċiedi li jistabbilixxi kumitati tekniċi, fil-forma ta’ gruppi ta’ ħidma ad hoc. Kull kumitat tekniku jista’ jagħmel proposti fl-isfera tar-responsabbiltà tiegħu lill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali. Il-Kumitati Tekniċi għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti. Il-parteċipazzjoni bħala osservatur għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha tal-UE.

Fuq bażi ad hoc, organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari dawk ambjentali, għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi.

2.   Il-kumitati tekniċi għandhom jadottaw ir-regoli tal-proċedura tagħhom.

3.   Kull Parti tal-Ewropa tax-Xlokk għandha tippresiedi darba kull waħda l-kumitat tat-tmexxija reġjonali skont l-arranġamenti li jridu jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 27

Forum soċjali

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom iqisu sew id-dimensjoni soċjali u dawn għandhom jirrikonoxxu l-bżonn li jinvolvu lis-sħab soċjali fil-livelli kollha xierqa billi jippromwovu d-djalogu soċjali fir-rigward tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan it-Trattat u l-effetti tiegħu.

2.   Dawn għandhom iqisu l-importanza li jiffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:

(a)

id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema skont il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Karta Soċjali Ewropea, il-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(b)

il-liġijiet tax-xogħol - f’relazzjoni mal-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ standards ta’ għajxien imtejba;

(c)

is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol - f’relazzjoni mat-titjib fl-ambjent tax-xogħol li jikkonċerna s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport;

(d)

opportunitajiet indaqs - b’fokus fuq l-introduzzjoni, fejn meħtieġ, tal-prinċipju li l-irġiel u n-nisa għandhom jirċievu l-istess salarju għall-istess xogħol;

3.   Biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet soċjali, il-Partijiet Kontraenti għandhom jaqblu li jistabbilixxu Forum Soċjali. Kull Parti Kontraenti, skont il-proċeduri interni tagħha, għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha, li jistgħu jieħdu parti fil-laqgħat rilevanti tal-Forum Soċjali. Ir-rappreżentanza għandha tkopri l-gvernijiet, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi u kif ukoll il-korpi rilevanti l-oħra, li huma meqjusa xierqa skont is-suġġetti diskussi. Il-kumitati Ewropej tad-djalogu soċjali marbuta mas-settur tat-trasport għandhom ikunu preżenti u jipparteċipaw fil-laqgħat, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il-Forum Soċjali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 28

Is-Segretarjat Permanenti

Is-Segretarjat Permanenti huwa b'dan stabbilit. Dan għandu:

(a)

jipprovdi sostenn amministrattiv lill-Kunsill Ministerjali, il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali, il-kumitati tekniċi u l-Forum Soċjali;

(b)

jaġixxi bħala Osservatorju tat-Trasport biex jimmonitorja l-prestazzjoni tal-estensjoni indikattiva tat-TEN-T tan-netwerks komprensivi u ċentrali għall-Balkani tal-Punent;

(c)

jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Aġenda tal-Konnettività tal-Western Balkans Six (WB6) bl-għan li jittejbu r-rabtiet fi ħdan il-Balkani tal-Punent kif ukoll bejn ir-reġjun u l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Is-Segretarjat Permanenti għandu jkun magħmul minn Direttur u minn dak il-persunal li l-Komunità tat-Trasport tista’ teħtieġ. Is-Segretarjat Permanenti jista’ jkun magħmul minn Deputat Direttur wieħed jew aktar. Il-lingwa ta’ ħidma għandha tkun l-Ingliż.

Artikolu 30

Id-Direttur tas-Segretarjat Permanenti għandu jinħatar mill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali wara konsultazzjoni mal-Kunsill Ministerjali. It-tul taż-żmien tal-mandat tiegħu/tagħha ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Il-mandat jista’ jiġġedded. Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jistabbilixxi r-regoli tas-Segretarjat permanenti, b’mod partikolari għar-reklutaġġ, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ekwilibriju ġeografiku tal-persunal tas-Segretarjat. Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali jista’ jkun magħmul minn Deputat Direttur wieħed jew aktar. Id-Direttur għandu jagħżel u jaħtar il-persunal wara konsultazzjoni mal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali.

Artikolu 31

Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom id-Direttur u l-persunal tas-Segretarjat Permanenti għandhom jaġixxu b’mod imparzjali u ma għandhomx ifittxu jew jirċievu struzzjonijiet minn xi Parti Kontraenti. Dawn għandhom jippromwovu l-interessi tal-Komunità tat-Trasport.

Artikolu 32

Id-Direttur tas-Segretarjat Permanenti jew sostitut nominat għandu jassisti l-laqgħat tal-Kunsill Ministerjali, tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali, il-Kumitati Tekniċi u l-Forum Soċjali.

Artikolu 33

Is-sede tas-Segretarjat Permanenti għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 21.

Artikolu 34

Baġit

Kull Parti Kontraenti għandha tikkontribwixxi għall-baġit tal-Komunità tat-Trasport kif stabbilit fl-Anness V. Il-livell tal-kontribuzzjonijiet jista’ jiġi rivedut kull tliet snin, fuq talba ta’ xi Parti Kontraenti, b’deċiżjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali.

Artikolu 35

Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jadotta l-baġit tal-Komunità tat-Trasport kull sena. Il-baġit għandu jkopri l-ispejjeż operattivi tal-Komunità tat-Trasport meħtieġa għall-funzjonament tal-korpi tiegħu. L-ispiża ta’ kull korp għandha tiġi stabbilita f’parti differenti tal-baġit. Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jadotta deċiżjoni li tispeċifika l-proċedura għall-implimentazzjoni tal-baġit, għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet u għall-ispezzjoni.

Artikolu 36

Id-Direttur tas-Segretarjat Permanenti għandu jimplimenta l-baġit u għandu jirrapporta kull sena lill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit. Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali jista’ jiddeċiedi, jekk ikun adatt, li jafda awdituri indipendenti biex jivverifikaw l-eżekuzzjoni xierqa tal-baġit.

Artikolu 37

Riżoluzzjoni tat-tilwim

1.   Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tressaq kwistjoni ta’ tilwim li tikkonċerna l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan it-Trattat quddiem il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali, ħlief fejn proċeduri speċifiċi huma stabbiliti f’dan it-Trattat.

2.   Meta tilwima titressaq quddiem il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali skont il-paragrafu 1, għandhom jinżammu konsultazzjonijiet immedjati bejn il-partijiet tat-tilwima. F’każijiet fejn l-Unjoni Ewropea mhix parti mit-tilwima, rappreżentant tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi mistieden għall-konsultazzjonijiet minn waħda mill-partijiet tat-tilwima. Il-partijiet tat-tilwima jistgħu jfasslu proposta għal soluzzjoni li għandha tiġi ppreżentata immedjatament lill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali. Deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali skont din il-proċedura għandhom jirrispettaw il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3.   Jekk il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali, wara erba’ xhur mid-data meta l-kwistjoni kienet tressqet, ma rnexxielux jieħu deċiżjoni li ssolvi t-tilwima, il-partijiet tat-tilwima jistgħu jirreferuha lill-Qorti tal-Ġustizzja li d-deċiżjoni tagħha għandha tkun finali u vinkolanti. Il-modalitajiet li skonthom tali tressiq jista’ jsir lill-Qorti tal-Ġustizzja huma stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 38

Divulgazzjoni ta' informazzjoni

1.   Il-korpi kollha stabbiliti b’dan it-Trattat jew skontu għandhom jiżguraw it-trasparenza l-aktar wiesgħa possibbli fix-xogħol tagħhom. Għaldaqstant, kwalunkwe ċittadin tal-Partijiet Kontraenti, u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew għandha l-uffiċċju reġistrat f’Parti Kontraenti, għandha dritt ta’ aċċess għad-dokumenti miżmumin mill-korpi stabbiliti b’dan it-Trattat jew skontu, soġġett għall-prinċipji u l-kundizzjonijiet li jridu jiġu definiti skont il-paragrafu 2.

2.   Il-prinċipji ġenerali u l-limiti għal raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat li jirregolaw dan id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali permezz ta’ regoli bbażati fuq regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-aċċess għal dokumenti, imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-regoli adottati mill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandhom jipprevedu proċedura amministrattiva li biha r-rifjuti ta’ għoti ta’ aċċess għal dokument jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid jew riveduti.

3.   Sa fejn id-dokumenti miżmumin mill-korpi stabbiliti b’dan it-Trattat jew skontu, ikun fihom informazzjoni ambjentali, kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, l-aċċess għal din l-informazzjoni għandu jiġi żgurat f'konformità mal-Artikolu 4 ta’ dik il-Konvenzjoni.

Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jaddotta r-regoli neċessarji biex jiżgura l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu. Dawk ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jipprevedu proċedura amministrattiva li biha r-rifjuti ta’ għoti ta’ aċċess għal informazzjoni ambjentali jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid jew riveduti.

4.   Ir-rappreżentanti, id-delegati u l-esperti tal-Partijiet Kontraenti, kif ukoll l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra li jaġixxu taħt dan it-Trattat għandhom jintalbu, anke wara li jtemmu l-impjieg tagħhom, biex ma jiżvelawx informazzjoni koperta mill-obbligu tal-kunfidenzjalità professjonali, partikolarment informazzjoni dwar l-intrapriżi, ir-relazzjonijiet ta' negozju tagħhom jew il-komponenti tal-infiq tagħhom.

Artikolu 39

Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-qafas tal-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali fuq it-talba ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti:

(a)

dwar kwistjonijiet tat-trasport ittrattati ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u inizjattivi reġjonali; u

(b)

dwar aspetti varji tal-iżviluppi possibbli tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti u pajjiżi terzi dwar it-trasport, u dwar il-funzjonament tal-elementi sinifikanti ta' ftehim bilaterali jew multilaterali milħuqa f'dan il-qasam.

2.   Il-konsultazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinżammu f’każijiet urġenti mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur tat-talba.

Artikolu 40

Arranġamenti tranżitorji

1.   Il-Protokolli I sa VI jistabbilixxu l-arranġamenti tranżitorji u l-perjodi korrispondenti li japplikaw bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Parti konċernata tal-Ewropa tax-Xlokk, min-naħa l-oħra.

2.   It-tranżizzjoni gradwali ta’ kull Parti tal-Ewropa tax-Xlokk lejn l-applikazzjoni sħiħa tal-Komunità tat-Trasport għandha tkun soġġetta għal valutazzjonijiet. Il-valutazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mal-Parti konċernata tal-Ewropa tax-Xlokk. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tvara valutazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq l-inizjattiva tal-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk ikkonċernata.

3.   Jekk l-Unjoni Ewropea tiddetermina li l-kundizzjonijiet ġew sodisfatti, din għandha tinforma lill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali u minn hemm tiddeċiedi li l-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk ikkonċernata tikkwalifika li tgħaddi għall-istadju li jmiss tal-Komunità tat-Trasport.

4.   Jekk l-Unjoni Ewropea tiddetermina li l-kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti, il-Kummissjoni Ewropea għandha tirraporta dan lill-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali. L-Unjoni Ewropea għandha tirrakkomanda titjib speċifiku lill-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk ikkonċernata.

DĦUL FIS-SEĦĦ, RIEŻAMI, TERMINAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 41

Dħul fis-seħħ

1.   Dan it-Trattat għandu jkun suġġett għar-ratifika jew l-approvazzjoni mill-firmatarji f'konformità mal-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti tar-rattifika jew l-approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għandu jinnotifika lill-firmatarji l-oħra u jwettaq l-funzjonijiet l-oħra kollha tad-depożitarju.

2.   Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tad-depożitu tal-istrumenti tar-rattifika jew l-approvazzjoni mill-Unjoni Ewropea u ta’ mill-anqas erba’ Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk. Għal kull firmatarju li jirratifika jew japprova dan it-Trattat wara din id-data, dan għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-depożitu minn dan il-firmatarju tal-istrumenti tiegħu tar-rattifika jew l-approvazzjoni.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-Unjoni Ewropea u ta’ mill-anqas tliet Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk jistgħu jiddeċiedu li japplikaw b’mod proviżorju dan it-Trattat bejniethom mid-data tal-firma, skont l-applikazzjoni tal-liġi domestika, billi jinnotifikaw id-depożitarju li għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti tiegħu.

Artikolu 42

Rieżami

Dan it-Trattat għandu jiġi rieżaminat fuq talba ta’ xi Parti Kontraenti u fi kwalunkwe każ ħames snin wara li jidħol fis-seħħ.

Artikolu 43

Terminazzjoni

1.   Kull Parti Kontraenti tista’ tiddenunzja dan it-Trattat billi tinnotifika lid-depożitarju li għandu jinnotifika din it-terminazzjoni lill-Partijiet Kontraenti l-oħra. Jekk dan it-Trattat jiġi ddenunzjat mill-Unjoni Ewropea dan għandu jieqaf milli jibqa’ fis-seħħ sena wara d-data ta' din in-notifika. Jekk dan it-Trattat jiġi ddenunzjat minn xi Parti tal-Ewropa tax-Xlokk dan għandu jieqaf milli jibqa’ fis-seħħ biss għal din il-Parti Kontraenti sena wara mid-data ta' din in-notifika.

2.   Mal-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ Parti tal-Ewropa tax-Xlokk, dik il-Parti Kontraenti għandha awtomatikament tieqaf milli tkun Parti tal-Ewropa tax-Xlokk skont dan it-Trattat u minflok għandha ssir Stat Membru tal-UE.

Artikolu 44

Lingwi

Dan it-Trattat huwa mfassal f'oriġinal uniku fil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk, b'kull test ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на девети октомври през две хиляди и седемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el nueve de octubre de dos mil diecisiete.

V Bruselu dne devátého října dva tisíce sedmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den niende oktober to tusind og sytten.

Geschehen zu Brüssel am neunten Oktober zweitausendsiebzehn.

Kahe tuhande seitsmeteistkümnenda aasta oktoobrikuu üheksandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις εννέα Οκτωβρίου δύο χιλιάδες δεκαεπτά.

Done at Brussels on the ninth day of October in the year two thousand and seventeen.

Fait à Bruxelles, le neuf octobre deux mille dix-sept.

Sastavljeno u Bruxellesu devetog listopada godine dvije tisuće sedamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì nove ottobre duemiladiciassette.

Briselē, divi tūkstoši septiņpadsmitā gada devītajā oktobrī.

Priimta du tūkstančiai septynioliktų metų spalio devintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhetedik év október havának kilencedik napján.

Magħmul fi Brussell, fid-disa’ jum ta’ Ottubru fis-sena elfejn u sbatax.

Gedaan te Brussel, negen oktober tweeduizend zeventien.

Sporządzono w Brukseli dnia dziewiątego października roku dwa tysiące siedemnastego.

Feito em Bruxelas, em nove de outubro de dois mil e dezassete.

Întocmit la Bruxelles la nouă octombrie două mii șaptesprezece.

V Bruseli deviateho októbra dvetisícsedemnásť.

V Bruslju, dne devetega oktobra leta dva tisoč sedemnajst.

Tehty Brysselissä yhdeksäntenä päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaseitsemäntoista.

Som skedde i Bryssel den nionde oktober år tjugohundrasjutton.

Sačinjeno u Briselu devetog dana oktobra u godini dvijehiljadesedamnaestoj.

Составен во Брисел на деветиот ден од месецот октомври во две илјади и седумнаесеттата година.

Sačinjeno u Briselu devetog dana oktobra dvije hiljade sedamnaeste godine.

BËRË në Bruksel, më nëntë tetor, dy mijë e shtatëmbëdhjetë.

Сачињено у Бриселу деветог дана октобра у години двијехиљадеседамнаестој.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

Për Republikën e Shqipërisë

Image

Za Bosnu i Hercegovinu

Za Bosnu i Hercegovinu

3a Боснy и Xерueroвннy

Image

Za Bivšu Jugoslovensku Republiku Makedoniju

Për Kosovën (*2)

Za Kosovo (*3)

Image

Za Crnu Goru

Image

Za Republiku Srbiju

Image


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/758 tal-4 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adattament tal-Anness III tiegħu (GU L 126, 14.5.2006, p. 3).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43).

(*2)  Ky përcaktim nuk paragjykon qëndrimin ndaj statusit dhe është në përputhje me Rezolutën 1244/1999 dhe Opinionin e Gjykatës Ndërkombëtare të Drejtësisë mbi shpalljen e pavarësisë së Kosovës.

(*3)  Ovaj naziv ne prejudicira stavove о statusu i u skladu je sa RSBUN 1244/1999 i mišljenjem Međunarodnog Suda Pravde о deklaraciji о nezavisnosti Kosova.


ANNESS I

REGOLI APPLIKABBLI GĦAS-SETTUR TAT-TRASPORT U KWISTJONIJIET RELATATI

ANNESS I.1

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT LI TIFFORMA N-NWETWERK TAL-EWROPA TAX-XLOKK

Id-“Dispożizzjonijiet applikabbli” tal-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin għandhom ikunu applikabbli f’konformità mat-Trattat Prinċipali u l-Anness II dwar adattamenti orizzontali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fil-Protokolli I sa VI. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

L-Atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin jirreferu għall-aħħar verżjoni ta’ dawn l-atti kif ġew emendati l-aħħar.

Qasam regolatorju

Leġislazzjoni

Żvilupp TEN-T

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU UE L 348, 20.12.2013, p. 1).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/758 tal-4 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-adattament tal-Anness III tiegħu, (ĠU UE L 126, 14.5.2016, p.3).

MAPEP TAL-ESTENSJONI TENT-T INDIKATTIVA GĦALL-BALKANI TAL-PUNENT (NETWERKS ĊENTRALI U KOMPRENSIVI)

Image Image Image Image

ANNESS I.2

REGOLI APPLIKABBLI GĦAT-TRASPORT BIL-FERROVIJA

Id-“Dispożizzjonijiet applikabbli” tal-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin għandhom ikunu applikabbli f’konformità mat-Trattat Prinċipali u l-Anness II dwar adattamenti orizzontali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fil-Protokolli I sa VI. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

L-Atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin jirreferu għall-aħħar verżjoni ta’ dawn l-atti kif ġew emendati l-aħħar.

Qasam regolatorju

Leġislazzjoni

Aċċess għas-suq

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 11 dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU KE 52, 16.8.1960 p. 1121).

Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU UE L 343, 14.12.2012, p. 32).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2014 tal-11 ta' Awwissu 2014 dwar servizzi ġodda għall-passiġġieri ferrovjarji (ĠU UE L 239, 12.8.2014, p. 1).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/10 tas-6 ta' Jannar 2015 dwar kriterji għall-applikanti għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 870/2014 (ĠU UE L 3.7.1.2015 p. 34).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/171 tal-4 ta' Frar 2015 dwar ċerti aspetti tal-proċedura ta' liċenzjar tal-impriżi ferrovjarji, (ĠU UE L 29, 5.2.2015, p. 3).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/909 tat-12 ta' Ġunju 2015 dwar il-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju (ĠU UE L 148, 13.6.2015, p. 17).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1100 tas-7 ta' Lulju 2015 dwar l-obbligi ta' rapportar tal-Istati Membri fil-qafas tal-monitoraġġ tas-suq ferrovjarju (ĠU UE L 181, 9.7.2015, p. 1).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/545 tas-7 ta' April 2016 dwar proċeduri u kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' ftehimiet qafas għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU UE L 94, 8.4.2016, p. 1).

Ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU UE L 276, 20.10.2010, p. 22).

Liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji

Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU UE L 315, 3.12.2007, p. 51).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2010 tat-3 ta' Diċembru 2009 dwar mudelli Komunitarji għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, ċertifikati komplementari, kopji ċċertifikati taċ-ċertifikati komplementari u formoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU UE L 13, 19.1.2010, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2010/17/KE tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU EU L 8, 13.1.2010, p. 17).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/765/UE tat-22 ta' Novembru 2011 dwar kriterji għar-rikonoximent ta' ċentri tat-taħriġ involuti fit-taħriġ ta' sewwieqa tal-ferroviji, dwar kriterji għar-rikonoxximent tal-eżaminaturi ta' sewwieqa tal-ferroviji u dwar kriterji għall-organizzazzjoni ta' eżamijiet skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU EU L 314, 29.11.2011, p. 36).

Interoperabbiltà

Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 138, 26.5.2016, p. 44).

Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU UE L 191, 18.7.2008, p. 1).

(Madankollu, ara l-Artikolu 58 tad-Direttiva (UE) 2016/797)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/965/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar id-dokument ta' referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU UE L 341, 22.12.2009, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-sottosistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (ĠU UE L 356, 12.12.2014, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa (ĠU UE L 356, 12.12.2014, p. 110).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-sottosistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (ĠU UE L 356, 12.12.2014, p. 179).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“Vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 356, 12.12.2014, p. 228).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-“sikurezza fil-mini ferrovjarji” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 356, 12.12.2014, p. 394).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — storbju” li temenda d-Deċiżjoni 2008/232/KE u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/229/UE (ĠU UE L 356, 12.12.2014, p. 421).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU UE L 356, 12.12.2014, p. 438).

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE tal-4 ta' Ottubru 2011 dwar ir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi ferrovjarji awtorizzati (ĠU UE L 64, 8.10.2011, p. 32).

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/880/UE tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/633/UE (ĠU UE L 356, 12.12.2014, p. 489).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/757/UE tal-14 ta' Novembru 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-operat u l-immaniġġar tat-traffiku tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE (ĠU UE L 345, 15.12.2012, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/229/UE tal-4 ta’ April 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistema “vetturi ferrovjarji – storbju” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU UE L 99, 13.4.2011, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-“Lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema konvenzjonali trans-Ewropea tal-ferroviji (ĠU UE L 139, 26.5.2011, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU UE L 123, 12.5.2011, p. 11).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/314/UE tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “tal-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU UE L 144, 31.5.2011, p. 1).

Ir-Regolament (UE) Nru 201/2011 tal-1 ta' Marzu 2011 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja (ĠU UE L 57, 2.3.2011, p. 8).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 158, 15.6.2016, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' ‘vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija’ tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2006/861/KE (ĠU UE L 104, 12.4.2013, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta' Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta' konformità, adattezza għall-użu, u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU UE L 319, 4.12.2010, p. 1).

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU UE L 138, 26.5.2016, p. 1).

Is-sikurezza ferrovjarja

Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU UE L 138, 26.5.2016, p.102).

Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU UE L 164, 30.4.2004, p. 44).

(Madankollu, ara l-Artikolu 34 tad-Direttiva (UE) 2016/798)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 tat-13 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta' format komuni Ewropew għaċ-ċertifikati tas-sigurtà u d-dokumenti tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar il-validità taċ-ċertifikati tas-sigurtà li nħarġu skont id-Direttiva 2001/14/KE (ĠU UE L 153, 14.6.2007, p. 9).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta' Mejju 2011 dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU UE L 122, 11.5.2011, p. 22).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU UE L 326, 10.12.2010, p. 11).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010 tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU UE L 327, 11.12.2010, p. 13).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU UE L 320, 17.11.2012, p. 8).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 dwar metodu komuni ta’ sikurezza għas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sikurezza wara l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ sikurezza jew awtorizzazzjoni ta’ sikurezza (ĠU UE L 320, 17.11.2012, p. 3).

Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2009/460/KE tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU UE L 150, 13.6.2009, p. 11).

Trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

Id-Direttiva 2008/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikoluż, (ĠU UE L 260, 30.9.2008, p. 13).

Apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr

Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU UE L 165, 30.6.2010, p. 1).

Il-Qasam soċjali - Il-ħinijiet/is-sigħat tax-xogħol

Id-Direttiva 2003/88/KEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU UE L 299, 18.11.2003, p. 9).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE tat-18 ta' Lulju 2005 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta' Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji - Din id-Direttiva ssegwi, u hija fil-biċċa l-kbira tagħha bbażata fuq, il-Ftehim konġunt storiku konkluż mill-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) u l-Komunità tal-Ferroviji Ewropej (CER) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema mobbli li jaħdmu fuq servizzi transkonfinali interoperabbli (ĠU UE L 195, 27.7.2005 p. 15).

Id-Drittijiet tal-passiġġieri

Ir-Regolament (UE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU UE L 315, 3.12.2010, p. 14).

ANNESS I.3

REGOLI APPLIKABBLI GĦAT-TRASPORT BIT-TRIQ

Id-“Dispożizzjonijiet applikabbli” tal-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin għandhom ikunu applikabbli f’konformità mat-Trattat Prinċipali u l-Anness II dwar adattamenti orizzontali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fil-Protokolli I sa VI. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

L-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin jirreferu għall-aħħar verżjoni ta’ dawn l-atti kif ġew emendati l-aħħar.

Qasam regolatorju

Leġislazzjoni

Infrastruttura li tiġbor il-miżati tat-trqi - Taxxi annwali fuq il-vetturi

Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU UE L 187, 20.7.1999, p. 42).

Dħul fl-impjieg ta' operatur tat-trasport

Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU UE L 300, 14.11.2009, p. 51).

Dispożizzjonijiet soċjali - ħin tas-sewqan u perjodi ta’ mistrieħ

Ir-Regolament (UE) 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU UE L 102, 11.4.2006, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 581/2010 tal-1 ta' Lulju 2010 dwar il-perjodi massimi għat-tniżżil ta' dejta rilevanti mill-unitajiet tal-vetturi u minn kards tas-sewwieqa (ĠU UE L 168, 2.7.2010, p. 16).

Takografu

Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU UE L 60, 28.2.2014, p. 1).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/68 tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa (ĠU UE L 15, 22.1.2016, p. 51).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tas-18 ta' Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta' takografi u l-komponenti tagħhom (ĠU UE L 139, 26.5.2016, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq, (ĠU UE L 370, 31.12.1985, p. 8). (Madankollu ara l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014)

Infurzar tal-leġislazzjoni soċjali

Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU UE L 102, 11.4.2006, p. 35).

Formola ta’ attestazzjoni tal-attivitajiet

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/230/KE tat-12 ta' April 2007 dwar formola li tikkonċerna l-leġislazzjoni soċjali marbuta mal-attivitajiet tat-trasport bit-triq (ĠU UE L 99, 14.4.2007, p. 14).

Il-ħinijiet tax-xogħol

Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU UE L 80, 23.3.2002, p. 35).

Apparatta’ pressjoni li jista’ jinġarr

Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU UE L 165, 30.6.2010, p. 1).

Kontroll tekniku ta' vettura

Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU UE L 127, 29.4.2014, p. 51).

Id-Direttiva 2009/40/KEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (ĠU UE L 141, 6.6.2009, p. 9).

(Madankollu ara l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/45/UE)

Spezzjoni mal-ġenb tat-triq

Id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl- Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE (ĠU UE L 127, 29.4.2014 ,p. 134).

Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU UE L 203, 10.8.2007, p. 1).

(Madankollu ara l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/47/UE)

Apparat li jillimita l-veloċità

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU UE L 57, 2.3.1992, p. 27).

Ċintorini tas-sigurtà

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal fil-vetturi (ĠU UE L 373, 31.12.1991, p. 26).

Mirja

Id-Direttiva 2007/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar ir-retrofitting ta’ mirja fuq vetturi tqal tal-merkanzija reġistrati fil-Komunità (ĠU UE L 184, 14.7.2007, p. 25).

Dokumenti ta’ reġistrazzjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU UE L 138, 1.6.1999, p. 57).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/103/KE tal-20 Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU UE L 363, 20.12.2006, p. 344).

Taħriġ tas-sewwieqa

Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU UE L 226, 10.9.2003, p. 4).

Liċenzji tas-Sewqan

Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU UE L 403, 30.12.2006, p. 18).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) (ĠU UE L 120, 5.5.2012, p. 1).

Skambju transkonfinali ta' informazzjoni

Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU UE L 68, 13.3.2015, p.19).

Trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU UE L 260, 30.9.2008, p. 13).

Verifiki ta’ trasport ta’ oġġetti perikolużi

Id-Direttiva 95/50/KE tas-6 ta' Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU KE L 249, 17.10.2008, p. 35).

Mini

Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU UE L 167, 30.4.2004, p. 39).

Ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq

Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU UE L 319, 29.11.2008, p. 59).

Dimensjonijiet u piżijiet tal-vetturi

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU KE L 235, 17.9.1996, p. 59).

Id-drittijiet tal-passiġġieri

Ir-Regolament (UE) 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU UE L 55, 28.2.2011, p. 1).

Vetturi nodfa u/jew karburanti, infrastruttura alternattivi

Id-Direttiva 2009/33/KEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU UE L 120, 15.5.2009, p. 5).

Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU UE L 307, 28.10.2008, p. 1).

Sistemi ta' Trasport Intelliġenti

Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (ĠU UE L 207, 6.8.2010, p. 1).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/453/UE tat-13 ta’ Lulju 2011 li tadotta linji gwida għar-rappurtar mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU UE L 193, 23.7.2011, p. 48).

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/209 tat-12 ta' Frar 2016 dwar talba ta' standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fejn jidħlu Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) f'żoni urbani b'appoġġ għad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU UE L 39, 16.2.2016, p. 48).

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta’ Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha (ĠU UE L 91, 3.4.2013, p. 1).

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (ĠU UE L 247, 18.9.2013, p. 1).

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti (ĠU UE L 247, 18.9.2013, p.6).

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/962 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p.21).

Id-Deċiżjoni Nru 585/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-varar ta' eCall interoperabbli madwar l-UE kollha (ĠU UE L 164, 3.6.2014, p. 6).

Sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq

Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (ĠU UE L 166, 30.4.2004, p. 124).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta’ Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet u l-elementi tekniċi tiegħu (ĠU UE L 268, 13.10.2009, p. 11).

Approvazzjoni tat-tip

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU UE L 263, 9.10.2007, p. 1).

ANNESS I.4

REGOLI APPLIKABBLI GĦAT-TRASPORT MARITTIMU

Id-“Dispożizzjonijiet applikabbli” tal-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin għandhom ikunu applikabbli f’konformità mat-Trattat Prinċipali u l-Anness II dwar adattamenti orizzontali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fil-Protokolli I sa VI. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

L-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin jirreferu għall-aħħar verżjoni ta’ dawn l-atti kif ġew emendati l-aħħar.

Qasam regolatorju

Leġislazzjoni

Politika marittima

Ir-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ulterjuri ta' Politika Marittima Integrata (ĠU UE L 132, 5.12.2011, p. 1).

Aċċess għas-suq

Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU KE L 364, 12.12.1992, p. 7).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU KE L 378, 31.12.1992, p. 1).

Ir-Regolament (KE) 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 (ĠU UE L 138, 30.4.2004, p. 19).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4058/86 tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar azzjoni koordinata sabiex jiġi ssalvagwardat l-aċċess liberu għal tagħbijiet ta' merkanzija f'kummerċ fuq l-oċeani (ĠU KE L 378, 31.12.1986, p. 21).

Relazzjonijiet Internazzjonali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4057/86 tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar prattiċi ta' prezzijiet mhux ġusti fit-trasport marittimu (ĠU KE L 378, 31.12.1999, p. 14).

Ftehimiet internazzjonali

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/22/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu (ĠU UE L 8, 12.1.2012, p.1).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/23/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, rigward l-Artikoli 10 u 11 tiegħu (ĠU UE L 8, 12.1.2012, p.13).

Spezzjoni ta’ vapur u organizzazzjonijiet ta’ perizja - organizzazzjonijiet rikonoxxuti

Id-Direttiva 2009/15/KE 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU UE L 131, 28.5.2009, p. 47).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/491/KE tas-16 ta’ Ġunju 2009 dwar kriterji li għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi deċiż meta l-prestazzjoni ta’ organizzazzjoni li taġixxi għan-nom ta’ Stat tal-bandiera tista’ titqies bħala theddida inaċċettabbli għas-sikurezza u l-ambjent (ĠU UE L 162, 25.6.2009, p. 6).

Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU UE L 131, 28.05.2010, p. 11).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u dwar l-irtirar tar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU UE L 214, 19.7.2014, p. 12).

Stat tal-Bandiera

Id-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (ĠU UE L 131, 28.5.2008, p. 132).

Kontroll tal-Istat tal-Port

Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU UE L 131, 28.5.2008, p. 57).

Monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU KE L 208, 5.8.2002, p. 10).

Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà

Ir-Regolament (KE) 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95, (ĠU UE L 64, 4.3.2006, p. 1).

Formalitajiet ta’ rappurtar

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/65/UE tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (ĠU UE L 283, 29.10.2010, p. 1).

Tagħmir tal-baħar

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU UE L 257, 28.8.2008, p. 146).

Vapuri tal-passiġġieri

Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġiet ta' stabbilta' speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (ĠU UE L 123, 17.05.2003, p. 22).

Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti (ĠU UE L 131, 28.5.2009, p. 24).

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU KE L 188, 2.7.1998, p. 35).

Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri, (ĠU UE L 163, 5.6.2009, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri (ĠU KE L 138, 1.6.1999, p. 1).

Ssigurtà ta’ bastimenti tas-sajd

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar (ĠU KE L 34, 9.2.1998, p. 1).

Tankers taż-żejt

Ir-Regolament (KE) Nru 530/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar l-introduzzjoni aċċellerata ta’ rekwiżiti ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed (ĠU E L 172, 30.6.2012, p. 3).

Bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa

Id-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b' sigurtà ta’ bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa (ĠU KE L 13, 16.1.2002, p. 9).

Investigazzjoni ta' inċidenti

Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiv tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Diriettiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU UE L 131, 28.5.2009, p.114).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2011 tal-5 ta’ Lulju 2011 li jadotta r-regoli ta’ proċedura tal-qafas ta’ kooperazzjoni permanenti stabbilit mill-Istati Membri b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU UE L 177, 6.7.2011, p. 18).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tad-9 ta’ Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar żviluppata skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU UE L 328, 10.12.2011, p. 36).

Assigurazzjoni

Id-Direttiva 2009/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-assigurazzjoni tas-sidien ta' vapuri għal pretensjonijiet marittimi (ĠU UE L 131, 28.5.2009, p. 128).

Tniġġis ikkawżat minn vapuri

Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta' penali, inklui pieni kriminali, għal reati ta' tniġġis (ĠU UE L 255, 30.9.2005, p. 11).

Skart iġġenerat mill-bastimenti

Id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU KE L 332, 28.12.2000, p. 81).

Komposti organotini

Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni ta' komposti ta' organotin fuq bastimenti (ĠU UE L 115, 9.5.2003, p. 1).

Sigurtà Marittima

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU UE L 129, 29.4.2004, p. 6).

Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU UE L 310, 25.11.2008, p. 28).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 324/2008 tad-9 ta’ April 2008 li jistabbilixxi proċeduri riveduti għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà marittima (ĠU UE L 98, 10.4.2008, p. 5).

Taħriġ tal-baħħara

Id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara, (ĠU UE L 323, 3.12.2008, p. 33).

Id-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li temenda d-Direttiva 2001/25/KE (ĠU UE L 255, 30.9.2005, p. 160).

Aspetti soċjali

Id-Direttiva 2013/54/UEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 u l-infurzar tagħha (ĠU UE L 329, 10.12.2013, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta' xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) (ĠU KE L 167, 2.7.1999, p. 33). -

Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet fejn għandhom x'jaqsmu s-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord vapuri li jidħlu f'portijiet Komunitarji (ĠU KE L 14, 20.1.2007, p. 29).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (ĠU UE L 124, 20.5.2009, p. 30).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti (ĠU KE L 113, 30.4.1992, p. 19).

Baħar u passaġġi fuq l-ilma interni

Ir-Regolament (UE) 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU UE L 334, 17.12.2010, p. 1).

Apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr

Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU UE L 165, 30.6.2010, p. 1).

Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà

Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU KE L 208, 5.8.2002, p. 1).

COSS Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti

Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru tal-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (ĠU KE L 324, 29.11.2002, p. 1).

ANNESS I.5

REGOLI APPLIKABBLI GĦAT-TRASPORT BIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI

Id-“Dispożizzjonijiet applikabbli” tal-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin għandhom ikunu applikabbli f’konformità mat-Trattat Prinċipali u l-Anness II dwar adattamenti orizzontali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fil-Protokolli I sa VI. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

L-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin jirreferu għall-aħħar verżjoni ta’ dawn l-atti kif ġew emendati l-aħħar.

Qasam regolatorju

Leġislazzjoni

Aċċess għas-suq

Ir-Regolament Tal-Kunsill (KE) Nru 1356/96 tat-8 ta' Lulju 1996 dwar regoli komuni li japplikaw għat-trasport ta' merkanzija jew passiġġieri permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni bejn l-Istati Membri bil-għan li tiġi stabbilita l-libertà li jiġu pprovduti tali servizzi tat-trasport (ĠU KE L 175, 13.7.1996, p. 7).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3291/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dawk it-trasportaturi li mhumiex residenti jistgħu jittrasportaw merkanzija jew passiġġieri permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni ġewwa Stat Membru (ĠU KE L 373, 31.12.1991, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/99 tad-29 ta’ Marzu 1999 dwar il-politika ta’ kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU KE L 90, 2.4.1999, p. 1).

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/75/KE tad-19 ta' Novembru 1996 dwar is-sistemi ta' kiri u prezzar fit-trasport nazzjonali u internazzjonali bil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU KE L 304, 27.11.1996, p. 12).

Ir-Regolament Nru 2919/85/KEE tas-17 ta' Ottubru 1985 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-arranġamenti skont il-Konvenzjoni Riveduta dwar in-navigazzjoni fuq ix-xmara Rhine fir-rigward ta' bastimenti li huma tan-Navigazzjoni tar-Rhine (ĠU KE L 280, 22.10.1985, p. 4).

Aċċess għall-professjoni

Id-Direttiva Tal-Kunsill Nru 87/540/KEE tad-9 ta' Novembru 1987 dwar l-aċċess għax-xogħol ta' trasportatur ta' merkanzija fuq il-passaġġi fuq l-ilma fi trasport nazzjonali u internazzjonali u dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta' kwalifiki formali għal dan ix-xogħol (ĠU KE L 322, 12.11.1987, p. 20).

Ċertifikati tal-boatmasters

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU KE L 373, 31.12.1991 p. 29).

Id-Direttiva Tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz ta' passaġġi tal-ilma interni fil-Komunità (ĠU KE L 235, 17.9.1996, p. 31).

Rekwiżiti tekniċi/ ta’ sikurezza

Id-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU UE L 259, 2.10.2009, p. 8).

Id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (ĠU UE L 252, 16.9.2016, p. 118).

Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU UE L 389, 30.12.2006, p. 1).

(Madankollu ara l-Artikolu 38 tad-Direttiva (UE) 2016/1629)

Trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU UE L 260, 30.9.2008, p. 13).

Servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar

Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU UE L 255, 30.9.2005, p. 152).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2013 tal-10 ta’ Settembru 2013 li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) kif imsemmija fid-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU UE L 258, 28.9.2013, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2010 tal-25 ta’ Jannar 2010 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rappurtaġġ elettroniku tal-bastimentibastimenti li jirrapurtaw fin-navigazzjoni interna msemmija f’Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU UE L 57, 6.3.2010, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2007 tat-22 ta' Marzu 2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-Avviżi lill-Kaptani kif imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU UE L 105, 23.4.2007, p. 88).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2007 tat-13 ta’ Marzu 2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi ta’ monitoraġġ u lokalizzazzjoni ta’ bastimenti msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU UE L 105, 23.4.2007, p. 35).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2007 tat-13 ta' Marzu 2007 dwar il-linji gwida tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar (RIS) imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-servizzi armonizzati ta' informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU UE L 105, 23.4.2007, p. 1).

Ambjent

Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU UE L 140, 5.6.2009, p. 88).

Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU UE L 252, 16.9.2016, p. 53).

 

Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU KE L 59, 27.2.1998, p. 1).

(Madankollu ara l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/1628)

Id-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 97/68/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-miżuri kontra l-emissjoni pollutanti gassużi u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f'makkinarju ambulanti li mhux tat-triq (ĠU UE L 146, 30.4.2004, p. 1).

Baħar u passaġġi fuq l-ilma interni

Ir-Regolament (UE) 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU UE L 334, 17.12.2010, p. 1).

ANNESS I.6

REGOLI TAL-AMBJENT APPLIKABBLI GĦAS-SETTUR TAT-TRASPORT

Id-“Dispożizzjonijiet applikabbli” tal-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin għandhom ikunu applikabbli f’konformità mat-Trattat Prinċipali u l-Anness II dwar adattamenti orizzontali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fil-Protokolli I sa VI. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

L-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin jirreferu għall-aħħar verżjoni ta’ dawn l-atti kif ġew emendati l-aħħar.

Qasam regolatorju

Leġislazzjoni

Valutazzjoni tal-effetti

Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU UE L 26 28.1.2012, p.1)

u l-Konvenżjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali tal-1991 (IL-Konvenzjoni Espoo).

Il-proġetti kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan it-Trattat ikunu soġġetti għall-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’konformità mal-istandards tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-aspetti transkonfinali għandhom jiġi indirizzati f’konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenżjoni Espoo.

Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU KE L 197, 21.7.2001, p. 30)

u l-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika -tal-Konvenzjoni Espoo (il-Protokoll SEA).

Il-pjanijiet u l-programmi kollha fil-qasam tat-Trasport, fejn applikabbli, ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali simili għal dik prevista fid-Direttiva 2001/42/KE. Barra minn hekk, jenħtieġ li aspetti transkonfinali gjiġu indirizzati f’konformità mar-rekwiżiti tal-protokoll SEA tal-Konvenżjoni Espoo.

Konservazzjoni

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU UE L 206, 22.7.1992, p.7).

Jekk proġett hu probabbli li jaffettwa siti ta’ importanza ta’ konservazzjoni tan-natura, għandha ssir valutazzjoni xierqa tal-konservazzjoni tan-natura, ekwivalenti għal dik prevista fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE.

Karburanti

Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU KE L 350, 28.12.1998, p. 58).

Id-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi (ĠU UE L 132, 21.5.2016, p. 58).

Politika tal-ilma

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU KE L 327, 22.12.2000, p. 1).

Il-proġetti kollha tat-trasport dwar in-navigazzjoni li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan it-Trattat għandhom jiġu żviluppati u implimentati f’konformità maal-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.

Il-proġetti kollha tat-trasport dwar in-navigazzjoni li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan it-Trattat għandhom, fejn applikabbli, jitwettqu f’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar in-Navigazzjoni Interna u s-Sostenibbiltà Ambjentali fil-Baċir tax-Xmara Danubju kif approvata mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tax-Xmara Danubju (ICPDR), il-Kummissjoni tad-Danubju u l-Kummissjoni Sava.

ANNESS I.7

REGOLI TA’ AKKWIST PUBBLIKU APPLIKABBLI GĦAS-SETTUR TAT-TRASPORT

Id-“Dispożizzjonijiet applikabbli” tal-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin għandhom ikunu applikabbli f’konformità mat-Trattat Prinċipali u l-Anness II dwar adattamenti orizzontali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fil-Protokolli I sa VI. Fejn meħtieġ, hawn taħt qed jiġu stabbiliti wkoll l-adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

L-atti tal-Unjoni Ewropea li ġejjin jirreferu għall-aħħar verżjoni ta’ dawn l-atti kif ġew emendati l-aħħar.

Qasam regolatorju

Leġislazzjoni

Rieżami tal-proċeduri

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' reviżjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU KE L 395, 30.12.1989, p. 33).

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU KE L 76 23.3.1992, p. 14).

Proċeduri ta' akkwist

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU UE L 94, 28.3.2008, p. 1).

Id-Direttiva 2014/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU UE L 94, 28.3.2014, p. 65).

Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU UE L 94, 28.3.2014, p. 243).

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jirrevoka r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 842/2011 (ĠU UE L 296, 12.11.2015, p. 1).

Servizzi pubbliċi

Ir-Regolament (KE) 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU UE L 315, 3.12.2007, p. 1).


ANNESS II

ADATTAMENTI ORIZZONTALI U ĊERTI REGOLI PROĊEDURALI

Id-dispożizzjonijiet tal-atti speċifikati fl-Anness I għandhom ikunu applikabbli f’konformità mat-Trattat Prinċipali u l-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Anness, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I. L-addattamenti speċifiċi meħtieġa għal atti individwali huma stabbiliti fl-Anness I.

Dan it-Trattat għandu jkun applikabbli skont ir-regoli proċedurali stabbiliti fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Anness.

1.   PARTIJIET INTRODUTTORJI TAL-ATTI

Il-preamboli tal-atti speċifikati mhumiex adattati għall-iskopijiet ta’ dan it-Trattat. Dawn hu rilevanti sal-limitu neċessarju għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni xierqa, fil-qafas ta’ dan it-Trattat, tad-dispożizzjonijiet li hemm f’dawn l-atti.

2.   TERMINOLOĠIJA SPEĊIFIKA TAL-ATTI

It-termini li ġejjin użati fl-atti speċifikati fl-Anness I għandhom jinqraw kif ġej:

(a)

it-terminu “Komunità Ewropea”, “Komunità”, “Unjoni Ewropea” u “Unjoni” għandhom jinqraw bħala “Żona tal-Komunità tat-Trasport”;

(b)

it-termini “liġi Komunitarja”, “leġislazzjoni Komunitarja”, “Strumenti Komunitarji”, “liġi tal-Unjoni”, “leġislazzjoni tal-Unjoni”, “strumenti tal-Unjoni” u “Trattat” meta ikun qed isir riferiment għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jinqraw bħala “it-Trattat tal-Komunità tat-Trasport”;

(c)

it-terminu “infrastruttura tal-ferroviji” għandu jinqara bħala “infrastruttura tal-ferroviji fiż-Żona tal-Komunità tat-Trasport”;

(d)

it-terminu “infrastruttura tat-toroq” għandu jinqara bħala “infrastruttura tat-toroq fiż-Żona tal-Komunità tat-Trasport”;

(e)

it-terminu “infrastruttura tal-ajruport” għandu jinqara bħala “infrastruttura tal-ajruport fiż-Żona tal-Komunità tat-Trasport”;

(f)

it-terminu “infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni” għandu jinqara bħala “infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni fiż-Żona tal-Komunità tat-Trasport”;

(g)

it-terminu “Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej” jew “Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” għandu jinqara bħala “Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti”.

3.   REFERENZI GĦALL-ISTATI MEMBRI

Mingħajr preġudizzju 4 ta’ dan l-Anness, kull meta atti speċifikati fl-Anness I ikun fihom referenzi għall-“Istat(i) Membru/i”, ir-referenzi għandhom jinftiehmu li jinkludu wkoll, barra l-Istati Membri tal-UE, il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk.

4.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUMITATI TAL-UNJONI EWROPEA U L-KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET TAL-EWROPA TAX-XLOKK

L-esperti tal-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom jiġu kkonsultati mill-Kummissjoni Ewropea u jingħataw l-opportunità li jressqu l-parir tagħhom kull darba li l-atti speċifikati fl-Anness I jipprevedu l-konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-Kumitati tal-Unjoni Ewropea u l-opportunità li jressqu l-pariri jew l-opinjoni tagħhom.

Kull konsultazzjoni għandha tikkonsisti minn laqgħa waħda ppreseduta mill-Kummissjoni Ewropea u għandha sseħħ fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali fuq stedina tal-Kummissjoni Ewropea qabel il-konsultazzjoni tal-Kumitat rilevanti tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja lil kull Parti tal-Ewropa tax-Xlokk sa mill-anqas ġimagħtejn qabel il-laqgħa, sakemm ċirkostanzi speċifiċi ma jirrikjedux avviż iqsar.

Il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom jiġu mistiedna biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tqis kif xieraq il-pariri mogħtija mill-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk.

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq ma għandhomx japplikaw għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti f’dan it-Trattat li għandhom ikunu regolati mill-proċeduri speċifiċi ta’ konsultazzjoni stabbiliti fl-Anness III.

5.   KOOPERAZZJONI U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

Biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tas-setgħat rilevanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti, dawn l-awtoritajiet għandhom, wara li ssir talba, jiskambjaw b’mod reċiproku l-informazzjoni kollha neċessarja għall-funzjonament xieraq ta’ dan it-Trattat.

6.   REFERENZA GĦAL-LINGWI

Il-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu intitolati li jużaw, fil-proċeduri stabbiliti fl-ambitu ta’ dan it-Trattat u mingħajr preġudizzju għall-Anness IV, kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Parti Kontraenti oħra. Mandankollu, il-Partijiet Kontraenti huma konxji li l-użu tal-Ingliż jiffaċilita dawk il-proċeduri. Jekk tintuża lingwa li mhix lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’dokument uffiċjali, għandha tiġi sottomessa simultanjament traduzzjoni f’lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjoni tas-sentenza preċedenti. Jekk Parti Kontraenti jkollha l-intenzjoni li tuża, fi proċedura orali, lingwa li mhix lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, dik il-Parti Kontraenti għandha tiżgura interpretazzjoni simultanja għall-Ingliż.


ANNESS III

REGOLI DWAR IL-KOMPETIZZJONI U L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 17 TAT-TRATTAT PRINĊIPALI

Artikolu 1

Monopolji tal-Istat

Parti tal-Ewropa tax-Xlokk għandha taġġusta b’mod progressiv kwalunkwe monopolju tal-Istat ta’ karattru kummerċjali sabiex tiżgura li, sa tmiem it-tieni perjodu msemmi fil-Protokoll għal dan it-Trattat li fih il-miżuri tranżizzjonali fir-rigward tal-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk ikkonċernata, ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni rigward il-kondizzjonijiet ta’ provvista jew marketing ta' prodotti fost iċ-ċittadini tal-Partijiet Kontraenti. Il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali għandu jiġi infurmat bil-miżuri adottati biex jinkiseb dan l-għan.

Artikolu 2

Approssimazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni

1.   Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-importanza tal-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti dwar l-għajnuna tal-Istat u l-kompetizzjoni tal-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għal dik tal-Unjoni Ewropea. Il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-liġijiet eżistenti u futuri tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni jsiru gradwalment kompatibbli mal-acquis.

2.   Din l-approssimazzjoni għandha tibda mad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat, u għandha testendi gradwalment għall-elementi kollha tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija f’dan l-Anness sa tmiem it-tieni perjodu msemmi fil-Protokoll ta’ dan it-Trattat li fih il-miżuri tranżizzjonali fir-rigward ta’ kull Parti tal-Ewropa tax-Xlokk ikkonċernata. Il-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk ikkonċernata għandha tiddefenixxi wkoll, bi qbil mal-Kummissjoni Ewropea, il-modalitajiet għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni u l-azzjonijiet dwar l-infurzar tal-liġijiet li jridu jittieħdu.

Artikolu 3

Regoli tal-kompetizzjoni u dispożizzjonijiet ekonomiċi oħra

1.   Il-prattiki li ġejjin huma inkompatibbli mal-funzjonament xieraq ta’ dan it-Trattat, minħabba li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar:

(a)

il-ftehimiet kollha bejn l-impriżi, id-deċiżjonijiet mill-assoċjazzjonijiet tal-impriżi u l-prattiki miftiehma bejn l-impriżi li għandhom l-għan jew l-effett ta’ prevenzjoni, restrizzjoni u distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(b)

abbuż minn impriża waħda jew aktar tal-pożizzjoni dominanti fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti bħal parti sħiħa jew sostanzjali tagħhom;

(c)

kwalunkwe għajnuna mill-Istat li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti prodotti.

2.   Kwalunkwe prattika li tmur kontra dan l-Artikolu għandha tiġi vvalutata abbażi ta’ kriterji li ġejjin mill-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni applikabbli fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 93, 101, 102, 106, 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-istrumenti interpretattivi adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

3.   Kull Parti tal-Ewropa tax-Xlokk għandha tiżgura li korp pubbliku indipendenti b’mod operattiv jiġi fdat bis-setgħat neċessarji għall-applikazzjoni sħiħa tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, fir-rigward ta’ impriżi privati u pubbliċi u impriżi li ngħatawlhom drittijiet speċjali.

4.   Kull Parti tal-Ewropa tax-Xlokk għandha taħtar jew tistabbilixxi awtorità pubblika indipendenti b’mod operattiv li tiġi fdata bis-setgħat neċessarji għall-applikazzjoni sħiħa tal-punt (c) tal-paragrafu 1. Din l-awtorità għandu jkollha, inter alia, is-setgħat li tawtorizza skemi ta’ għajnuna mill-Istat u għotjiet ta’ għajnuna individwali f’konformità mal-paragrafu 2, kif ukoll is-setgħat biex tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat li ngħatat b’mod illegali.

5.   Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura trasparenza fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, inter alia, billi tipprovdi lill-Partijiet Kontraenti l-oħra rapport annwali regolari jew ekwivalenti, li jsegwi l-metodoloġija u l-preżentazzjoni tal-istħarriġ dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea. Fuq talba minn parti Kontraenti, Parti oħra Kontraenti għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar każijiet individwali partikolari ta’ għajnuna pubblika.

6.   Kull Parti tal-Ewropa tax-Xlokk għandha tistabbilixxi inventarju komprensiv tal-iskemi ta’ għajnuna stabbiliti qabel it-twaqqif tal-awtorità msemmija fil-paragrafu 4 u għandha tallinja tali skemi ta’ għajnuna mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

7.

(a)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu li matul il-perjodi msemmija fil-Protokoll ta’ dan it-Trattat li fih il-miżuri tranżizzjonali fir-rigward ta’ Parti tal-Ewropa tax-Xlokk, kwalunkwe għajnuna pubblika mogħtija minn din il-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk għandha tiġi eżaminata filwaqt li jittieħed kont li l-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk ikkonċernata trid titqies bħala żona identika għal dawk iż-żoni tal-Unjoni Ewropea fejn l-istandard ta’ għajxien hu baxx b’mod mhux normali jew fejn hemm sottoimpjieg serju kif imsemmi fil-punt (a)_tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(b)

Sa tmiem l-ewwel perjodu msemmi fil-Protokoll għal dan it-Trattat li fih miżuri tranżizzjonali fir-rigward ta’ Parti tal-Ewropa tax-Xlokk, dik il-Parti għandha tippreżenta lill-Kummissjoni Ewropea ċ-ċifri tal-PDG per capita tagħha armonizzati fil-livell ta’ NUTS II. L-awtorità msemmija fil-paragrafu 4 u l-Kummissjoni Ewropea mbagħad għandhom b’mod konġunt jevalwaw l-eliġibilità tar-reġjuni tal-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk ikkonċernata kif ukoll l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna marbuta magħha sabiex ifasslu mappa ta’ għajnuna reġjonali abbażi tal-linji gwida rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

8.   Jekk waħda mill-Partijiet Kontraenti tqis li prattika partikolari hija inkompatibbli mat-termini tal-paragrafu 1, tista’ tieħu l-miżuri xierqa wara konsultazzjoni fil-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali jew wara tletin jum ta’ xogħol wara t-tressiq għal tali konsultazzjoni.

9.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni filwaqt li jieħdu kont tal-limitazzjonijiet imposti mir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità professjonali u tan-negozju.


ANNESS IV

TRESSIQ QUDDIEM IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA

1.   Prinċipji ġenerali marbuta mal-Artikolu 19 tat-Trattat Prinċipali

1.

Id-dispożizzjonijiet tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Qorti tal-Ġustizzja” u r-regoli tagħha ta’ proċedura li jikkonċernaw il-konsultazzjoni għal deċiżjonijiet preliminari għandhom japplikaw, sakemm hu xieraq, għat-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari ppreżentati minn qorti jew tribunal ta’ Parti tal-Ewropa tax-Xlokk abbażi tal-Artikolu 19 tat-Trattat Prinċipali.

2.

F’dawk il-każijiet il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandu jkollhom, fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, l-istess drittijiet biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja bħall-Istati Membri tal-UE.

2.   Limitu u modalitajiet tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 tat-Trattat Prinċipali

1.

Meta, f'konformità mal-Artikolu 19(2) tat-Trattat Prinċipali, Parti tal-Ewropa tax-Xlokk tadotta deċiżjoni dwar il-limitu u l-modalitajiet tat-tressiq lill-Qorti tal-Ġustizzja, dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika li jew:

(a)

kwalunkwe qorti jew tribunal tal-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk li kontra d-deċiżjonijiet tiegħu m’hemmx rimedju ġudizzjarju skont il-liġi nazzjonali, għandu jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti deċiżjoni preliminari dwar il-kwistjoni mqajma f’każ pendenti quddiemha u li jikkonċerna l-validità jew l-interpretazzjoni ta’ dan it-Trattat jew dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tat-Trattat Prinċipali jekk qorti jew tribunal jikkonsidra li deċiżjoni dwar il-kwistjoni hi neċessarja biex tippermettilu jagħti sentenza, jew

(b)

kwalunkwe qorti jew tribunal ta’ dik il-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk jista’ jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti sentenza preliminari dwar kwistjoni mqajma quddiemha u li tikkonċerna l-validità jew l-interpretazzjoni ta’ dan it-Trattat jew dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tat-Trattat Prinċipali jekk qorti jew tribunal jikkonsidra li deċiżjoni dwar il-kwistjoni hi neċessarja biex tippermettilu li jagħti sentenza.

2.

Il-modalitajiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tat-Trattat Prinċipali għandhom jissejsu fuq il-prinċipji stabbiliti fid-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw il-funzjonament tal-Qorti tal-Ġustizzja, inklużi d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istatut u r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll il-każistika ta’ din tal-aħħar. Fl-eventwalità li din tieħu deċiżjoni dwar il-modalitajiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk għandha tikkonsidra wkoll ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti tal-Ġustizzja lill-qrati u lit-tribunali nazzjonali fir-rigward tal-inizjazzjoni ta’ proċeduri għal deċiżjoni preliminari.

3.   Tilwimiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 37(3) tat-Trattat Prinċipali

Id-dispożizzjonijiet tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-regoli tagħha ta’ proċedura li jikkonċernaw tilwimiet imressqa lill-Qorti f'konformità mal-Artikolu 273 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw, sakemm hu xieraq, għat-tilwimiet sottomessi f'konformità mal-Artikolu 37(3) tat-Trattat Prinċipali.

4.   Tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-lingwi

Il-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom ikunu intitolati li jużaw, fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliti fl-ambitu ta' dan it-Trattat, kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Parti tal-Ewropa tax-Xlokk. Jekk tintuża lingwa li mhix lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’dokument uffiċjali, għandha tiġi sottomessa simultanjament traduzzjoni għall-Franċiż. Jekk Parti tal-Ewropa tax-Xlokk jkollha l-intenzjoni li tuża, fi proċedura orali, lingwa li mhix lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Parti tal-Ewropa tax-Xlokk għandha tiżgura intepretazzjoni simultanja għall-Franċiż.


ANNESS V

KONTRIBUZZJONI LILL-BAĠIT TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT

Partijiet

Kontribuzzjoni f’perċentwal

L-Unjoni Ewropea

80,00

Ir-Repubblika tal-Albanija

3,20

Il-Bożnija-Ħerzegovina

3,55

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

2,88

Il-Kosovo (*1)

2,57

Il-Montenegro

2,38

Ir-Repubblika tas-Serbja

5,42

Il-kontribuzzjoni f’żewġ partijiet: 80 % għall-Unjoni Ewropea u 20 % għas-sitt Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk.

L-20 % għall-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk għandhom jiġu kklassifikati wkoll skont din l-iskema li ġejja: kull Parti tikkontribwixxi għal 2 % tal-baġit u l-bqija tat-8 % għandhom jitqassmu fost is-sitt Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk skont is-sehem fil-PDG fit-total tal-PDG tal-Partijiet tal-Ewropa tax-Xlokk.


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


PROTOKOLL I

ARRANĠAMENTI TRANŻITORJI BEJN L-UNJONI EWROPEA, MIN-NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAL-ALBANIJA, MIN-NAĦA L-OĦRA

I.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-ferrovija

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mir-Repubblika tal-Albanija, minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “l-Albanija”, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżitorju sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Albanija, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

3.

L-Albanija tista’ titlob lill-Kummissjoni Ewropea fi tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju biex tivvaluta l-progress skont l-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali bil-ħsieb li tgħaddi direttament għall-integrazzoni tas-suq skont l-Artikolu 11 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju l-Albanija għandha:

(a)

tkun implimentat il-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji kif previst fl-Anness I;

(b)

tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 17 tat-Trattat Prinċipali jew fl-Anness III, skont liema hu applikabbli.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju l-Albanija għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

ARTIKOLU 3

1.

Minkejja l-Artikolu 1(1) tat-Trattat Prinċipali:

(a)

matul l-ewwel perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fl-Albanija għandhom jingħataw aċċess għall-infrastruttura tal-ferroviji fl-Albanija;

(b)

matul it-tieni perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fl-Albanija għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku previsti fil-leġislazzjoni dwar il-ferroviji msemmija fl-Anness I dwar l-infrastruttura tal-ferroviji ta’ kwalunkwe Parti tal-Ewropa tax-Xlokk.

II.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport marittimu

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Albanija, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżizzjonali għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżizzjonali sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Albanija, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju:

(a)

l-Albanija għandha tkun implimentat il-leġislazzjoni kollha dwar it-trasport marittimu kif previst fl-Anness I bl-eċċezzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92;

(b)

iċ-ċittadini tal-Albanija u l-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti fl-Albanija għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Albanija stabbiliti barra l-Albanija u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Albanija u kkontrollati minn ċittadini tal-Albanija, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati fl-Albanija skont il-leġislazzjoni tagħha.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni, għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru u l-Albanija u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea u l-Albanija. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f’dak l-Istat Membru tal-UE skont il-leġislazzjoni tiegħu.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju:

(a)

l-Albanija għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fl-Albanija u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew tal-Albanija għandhom jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa l-Albanija skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3577/92.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Albanija li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fl-Albanija u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew tal-Albanija ser jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa kwalunkwe Stat Membru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3577/92.

III.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

ARTIKOLU 1

1.

Il-perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Albanija, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem il-perjodu tranżitorju:

(a)

l-Albanija għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

l-Albanija għandha tgawdi d-dritt li ġġorr passiġġieri u merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilmijiet interni bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru ieħor tal-UE.


PROTOKOLL II

ARRANĠAMENTI TRANŻITORJU BEJN L-UNJONI EWROPEA, MIN-NAĦA WAĦDA, U L-BOŻNJA-ĦERZEGOVINA, MIN-NAĦA L-OĦRA

I.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-ferrovija

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Bożnija-Ħerzegovina, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżitorju sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Bożnija-Ħerzegovina, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

3.

Il-Bożnija-Ħerzegovina tista’ titlob lill-Kummissjoni Ewropea fi tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju biex tivvaluta l-progress skont l-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali bil-ħsieb li tgħaddi direttament għall-integrazzoni tas-suq skont l-Artikolu 11 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju l-Bożnija-Ħerzegovina għandha:

(a)

tkun implimentat il-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji kif previst fl-Anness I;

(b)

tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 17 tat-Trattat Prinċipali jew fl-Anness III, skont liema hu applikabbli.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju l-Bożnija-Ħerzegovina għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji u r-regoli dwar l-għajnuna tal-Istat u l-kompetizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

ARTIKOLU 3

1.

Minkejja l-Artikolu 1(1) tat-Trattat Prinċipali:

(a)

matul l-ewwel perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fil-Bożnija-Ħerzegovina għandhom jingħataw aċċess għall-infrastruttura tal-ferroviji fil-Bożnija-Ħerzegovina;

(b)

matul it-tieni perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fil-Bożnija-Ħerzegovina għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku previsti fil-leġislazzjoni dwar il-ferroviji msemmija fl-Anness I dwar l-infrastruttura tal-ferroviji ta’ kwalunkwe Parti tal-Ewropa tax-Xlokk.

II.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport marittimu

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Bożnija-Ħerzegovina, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżitorju sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Bożnija-Ħerzegovina, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju:

(a)

il-Bożnija-Ħerzegovina għandha tkun implimentat il-leġislazzjoni kollha dwar it-trasport marittimu kif previst fl-Anness I bl-eċċezzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92;

(b)

iċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti fil-Bożnija-Ħerzegovina għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina stabbiliti barra l-Bożnija-Ħerzegovina u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Bożnija-Ħerzegovina u kkontrollati minn ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati fil-Bożnija-Ħerzegovina skont il-leġislazzjoni tagħha.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni, għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru u l-Bożnija-Ħerzegovina u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE li huma stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f’dak l-Istat Membru tal-UE skont il-leġislazzjoni tiegħu.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju:

(a)

il-Bożnija-Ħerzegovina għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fil-Bożnija-Ħerzegovina u jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew tal-Bożnija-Ħerzegovina għandhom jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimi ġewwa l-Bożnija-Ħerzegovina skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru (KEE)3577/92.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Bożnija-Ħerzegovina li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fil-Bożnija-Ħerzegovina u jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew tal-Bożnija-Ħerzegovina ser jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa kwalunkwe Stat Membru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 3577/92.

III.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Bożnija-Ħerzegovina, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem il-perjodu tranżitorju:

(a)

il-Bożnija-Ħerzegovina għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

il-Bożnija-Ħerzegovina għandha tgawdi d-dritt li ġġorr passiġġieri u merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilmijiet interni bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru tal-UE u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru ieħor tal-UE.


PROTOKOLL III

ARRANĠAMENTI TRANŻITORJU BEJN L-UNJONI EWROPEA, MIN-NAĦA WAĦDA, U L-EKS-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA, MIN-NAĦA L-OĦRA

I.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-ferrovija

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżitorju sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

3.

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tista’ titlob lill-Kummissjoni Ewropea fi tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju biex tivvaluta l-progress skont l-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali bil-ħsieb li tgħaddi direttament għall-integrazzoni tas-suq skont l-Artikolu 11 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha

(a)

tkun implimentat il-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji kif previst fl-Anness I;

(b)

tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna tal-Istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 17 tat-Trattat Prinċipali jew fl-Anness III, skont liema hu applikabbli.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

ARTIKOLU 3

1.

Minkejja l-Artikolu 1(1) tat-Trattat Prinċipali:

(a)

matul l-ewwel perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jingħataw aċċess għall-infrastruttura tal-ferroviji fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

matul it-tieni perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku previsti fil-leġislazzjoni dwar il-ferroviji msemmija fl-Anness I dwar l-infrastruttura tal-ferroviji ta’ kwalunkwe Parti tal-Ewropa tax-Xlokk.

II.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport marittimu

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżitorju sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju:

(a)

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tkun implimentat il-leġislazzjoni kollha dwar it-trasport marittimu kif previst fl-Anness I bl-eċċezzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92;

(b)

iċ-ċittadini tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru tal-UE u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja stabbiliti barra l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u kkontrollati minn ċittadini tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati fil-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja skont il-leġislazzjoni tagħha.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru tal-UE u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE li huma stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f’dak l-Istat Membru tal-UE skont il-leġislazzjoni tiegħu.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju:

(a)

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

Is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3577/92.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ser jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa kwalunkwe Stat Membru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru (KEE) 3577/92.

III.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

Sa tmiem il-perjodu tranżitorju:

(a)

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tgawdi d-dritt li ġġorr passiġġieri u merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilmijiet interni bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru tal-UE u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru ieħor tal-UE.


PROTOKOLL IV

ARRANĠAMENTI TRANŻITORJI BEJN L-UNJONI EWROPEA, MIN-NAĦA WAĦDA, U L-KOSOVO (*1), MIN-NAĦA L-OĦRA

I.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-ferrovija

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Kosovo, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżizzjonali sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Kosovo, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

3.

Il-Kosovo jista’ jitlob lill-Kummissjoni Ewropea fi tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju biex tivvaluta l-progress skont l-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali bil-ħsieb li jgħaddi direttament għall-integrazzoni tas-suq skont l-Artikolu 11 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju l-Kosovo għandu:

(a)

ikun implimenta l-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji kif previst fl-Anness I;

(b)

ikun għamel progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 17 tat-Trattat Prinċipali jew fl-Anness III, skont liema hu applikabbli.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju l-Kosovo għandu japplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

ARTIKOLU 3

1.

Minkejja l-Artikolu 1(1) tat-Trattat Prinċipali:

(a)

matul l-ewwel perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fil-Kosovo għandhom jingħataw aċċess għall-infrastruttura tal-ferroviji fil-Kosovo;

(b)

Matul it-tieni perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fil-Kosovo għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku previsti fil-leġislazzjoni dwar il-ferroviji msemmija fl-Anness I dwar l-infrastruttura tal-ferroviji ta’ kwalunkwe Parti tal-Ewropa tax-Xlokk.

II.   Kundizzjonijiet marbuta mat-trasport bit-triq

L-Unjoni Ewropea u l-Kosovo jaqblu li, minkejja l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropej u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u l-Kosovo (*1) min-naħa l-oħra (1), il-Kapitolu III tiegħu dwar it-traffiku ta’ tranżitu għandu jkompli japplika hekk kif it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport jidħol fis-seħħ.

III.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport marittimu

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Kosovo, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżitorju sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Kosovo, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju:

(a)

il-Kosovo għandu jkun implimenta l-leġislazzjoni kollha dwar it-trasport marittimu kif previst fl-Anness I bl-eċċezzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92;

(b)

iċ-ċittadini tal-Kosovo u l-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti fil-Kosovo għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru tal-UE u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Kosovo stabbiliti barra l-Kosovo u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Kosovo u kkontrollati minn ċittadini tal-Kosovo, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati fil-Kosovo skont il-leġislazzjoni tiegħu.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni, għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru tal-UE u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f’dak l-Istat Membru tal-UE skont il-leġislazzjoni tiegħu.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju:

(a)

il-Kosovo għandu japplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fil-Kosovo u jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew tal-Kosovo għandhom jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa l-Kosovo skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3577/92.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Kosovo li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fil-Kososvo u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew tal-Kosovo għandhom jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa kwalunkwe Stat Membru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru (KEE) 3577/92.

IV.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport tal-ferrovija

ARTIKOLU 1

1.

Il-perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Kosovo, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

Sa tmiem il-perjodu tranżitorju:

(a)

il-Kosovo għandu japplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

il-Kosovo għandu jgawdi d-dritt li jġorr passiġġieri u merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilmijiet interni bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru ieħor tal-UE.


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  ĠU UE L 71, 16.3.2016, p. 3.


PROTOKOLL V

ARRANĠAMENTI TRANŻITORJI BEJN L-UNJONI EWROPEA, MIN-NAĦA WAĦDA, U L-MONTENEGRO, MIN-NAĦA L-OĦRA

I.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-ferrovija

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Montenegro, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżitorju sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Montenegro, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

3.

Il-Montenegro jista’ jitlob lill-Kummissjoni Ewropea fi tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju biex tivvaluta l-progress skont l-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali bil-ħsieb li jgħaddi direttament għall-integrazzoni tas-suq skont l-Artikolu 11 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju l-Montenegro għandu:

(a)

ikun implimenta l-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji kif previst fl-Anness I;

(b)

ikun għamel progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 17 tat-Trattat Prinċipali jew fl-Anness III, skont liema hu applikabbli.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju l-Montenegro għandu japplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

ARTIKOLU 3

1.

Minkejja l-Artikolu 1(1) tat-Trattat Prinċipali:

(a)

matul l-ewwel perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fil-Montenegro għandhom jingħataw aċċess għall-infrastruttura tal-ferroviji fil-Montenegro;

(b)

matul it-tieni perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fil-Montenegro għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku previsti fil-leġislazzjoni dwar il-ferroviji msemmija fl-Anness I dwar l-infrastruttura tal-ferroviji ta’ kwalunkwe Parti tal-Ewropa tax-Xlokk.

II.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport marittimu

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Montenegro, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżitorju sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Montenegro, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju:

(a)

il-Montenegro għandu jkun implimenta l-leġislazzjoni kollha dwar it-trasport marittimu kif previst fl-Anness I bl-eċċezzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92;

(b)

iċ-ċittadini tal-Montenegro u l-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti fil-Montenegro għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru tal-UE u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru tal-UE ieħor jew ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Montenegro stabbiliti barra l-Montenegro u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Montenegro u kkontrollati minn ċittadini tal-Montenegro, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati fil-Montenegro skont il-leġislazzjoni tiegħu.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni, għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru u l-Montenegro u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea u l-Montenegro. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f’dak l-Istat Membru tal-UE skont il-leġislazzjoni tiegħu.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju:

(a)

il-Montenegro għandu japplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fil-Montenegro u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew tal-Montenegro għandhom jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa l-Montenegro skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3577/92.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Montenegro li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fil-Montenegro u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru tal-UE jew tal-Montenegro għandhom jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa kwalunkwe Stat Membru tal-UE skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3577/92.

III.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

ARTIKOLU 1

1.

Il-perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mill-Montenegro, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

Sa tmiem il-perjodu tranżitorju:

(a)

il-Montenegro għandu japplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I

(b)

il-Montenegro għandu jgawdi d-dritt li jġorr passiġġieri u merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilmijiet interni bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru ieħor tal-UE.


PROTOKOLL VI

ARRANĠAMENTI TRANŻITORJI BEJN L-UNJONI EWROPEA, MIN-NAĦA WAĦDA, U R-REPUBBLIKA TAS-SERBJA, MIN-NAĦA L-OĦRA

I.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-ferrovija

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mir-Repubblika tas-Serbja, minn hawn ’il quddiem imsemmija “s-Serbja”, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżitorju sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mis-Serbja, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

3.

Is-Serbja tista’ titlob lill-Kummissjoni Ewropea fi tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju biex tivvaluta l-progress skont l-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali bil-ħsieb li tgħaddi direttament għall-integrazzoni tas-suq skont l-Artikolu 11 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju s-Serbja għandha:

(a)

tkun implimentat il-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji kif previst fl-Anness I;

(b)

tkun għamlet progress biżżejjed fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni inklużi fi ftehim imsemmi fl-Artikolu 17 tat-Trattat Prinċipali jew fl-Anness III, skont liema hu applikabbli.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju s-Serbja għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha dwar il-ferroviji u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

ARTIKOLU 3

1.

Minkejja l-Artikolu 1(1) tat-Trattat Prinċipali:

(a)

matul l-ewwel perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fis-Serbja għandhom jingħataw aċċess għall-infrastruttura tal-ferroviji fis-Serbja;

(b)

matul it-tieni perjodu tranżitorju l-impriżi tal-ferroviji liċenzjati fis-Serbja għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku previsti fil-leġislazzjoni dwar il-ferroviji msemmija fl-Anness I dwar l-infrastruttura tal-ferroviji ta’ kwalunkwe Parti tal-Ewropa tax-Xlokk.

II.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport marittimu

ARTIKOLU 1

1.

L-ewwel perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mis-Serbja, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

2.

It-tieni perjodu tranżitorju għandu jestendi mit-tmiem tal-ewwel perjodu tranżitorju sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mis-Serbja, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

1.

Sa tmiem l-ewwel perjodu tranżitorju:

(a)

is-Serbja għandha tkun implimentat il-leġislazzjoni kollha dwar it-trasport marittimu kif previst fl-Anness I bl-eċċezzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92;

(b)

iċ-ċittadini tas-Serbjau l-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti fis-Serbja għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru tal-UE u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru tal-UE ieħor jew ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tas-Serbja stabbiliti barra s-Serbja u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra s-Serbja u kkontrollati minn ċittadini tas-Serbja, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati fis-Serbja skont il-leġislazzjoni tiegħu.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni, għandhom igawdu d-dritt li jġorru passiġġieri u merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru u s-Serbja u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea u s-Serbja. L-istess għandu japplika għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE li huma stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u għall-kumpaniji tat-tbaħħir stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru, jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f’dak l-Istat Membru tal-UE skont il-leġislazzjoni tiegħu.

2.

Sa tmiem it-tieni perjodu tranżitorju:

(a)

is-Serbja għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

is-sidien tal-vapuri tal-Unjoni li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru jew fis-Serbja u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew tas-Serbja għandhom jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa s-Serbja skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3577/92.

B’mod reċiproku, is-sidien tal-vapuri tas-Serbja li joperaw vapuri reġistrati fi Stat Membru tal-UE jew fis-Serbja u li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru tal-UE jew tas-Serbja ser jingħataw il-libertà li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu ġewwa kwalunkwe Stat Membru tal-UE skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3577/92.

III.   Kundizzjonijiet marbuta mat-tranżizzjoni għat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

ARTIKOLU 1

1.

Il-perjodu tranżitorju għandu jestendi mid-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat sakemm il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din it-Taqsima jkunu ġew sodisfatti mis-Serbja, kif verifikati minn valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40 tat-Trattat Prinċipali.

ARTIKOLU 2

Sa tmiem il-perjodu tranżitorju:

(a)

is-Serbja għandha tapplika dan it-Trattat li jinkludi l-leġislazzjoni kollha stabbilita fl-Anness I;

(b)

is-Serbja għandha tgawdi d-dritt li ġġorr passiġġieri u merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilmijiet interni bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru u kwalunkwe port jew installazzjoni offshore ta’ Stat Membru ieħor tal-UE.


Top