This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22016D2191
Decision of the EEA Joint Committee No 156/2015 of 11 June 2015 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) and Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement [2016/2191]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2015 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2016/2191]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2015 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2016/2191]
ĠU L 341, 15.12.2016, p. 52–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 156/2015
tal-11 ta' Ġunju 2015
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2016/2191]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/559 tad-9 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar it-tagħmir marittimu (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness II u l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiġi miżjud f'punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Kapitolu XXXII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32015 L 0559: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/559 tad-9 ta' April 2015 (ĠU L 95, 10.4.2015, p. 1).” |
Artikolu 2
L-inċiż li ġej jiġi miżjud f'punt 56d (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32015 L 0559: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/559 tad-9 ta' April 2015 (ĠU L 95, 10.4.2015, p. 1).” |
Artikolu 3
It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/559 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.