Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D2172

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2015 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2016/2172]

ĠU L 341, 15.12.2016, pp. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2172/oj

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 137/2015

tal-11 ta' Ġunju 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2016/2172]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2003 (1), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE, skada fil-25 ta' Mejju 2005, u konsegwentement ir-referenza għalih għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) li ġiet mħassra permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u bir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) 'li huma kollha inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għad-Direttiva 70/524/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/153/KEE (5) ġiet mħassra permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, billi dawn iż-żewġ Direttivi huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għad-Direttiva 87/153/KEE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/10/KE (6), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fit-30 ta' Marzu 2002 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/478/KE (7), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fit-30 ta' Ġunju 2010 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/486/KE (8), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fit-30 ta' Ġunju 2012 u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(8)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punti 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE), 1zg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2003), 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 87/153/KEE), 10 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/10/KE), 45 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/478/KE) u 46 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/486/UE) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 126, 22.5.2003, p. 24.

(2)   ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(4)   ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(5)   ĠU L 64, 7.3.1987, p. 19.

(6)   ĠU L 91, 22.4.1995, p. 39.

(7)   ĠU L 189, 12.7.2006, p. 7.

(8)   ĠU L 165, 26.6.2008, p. 8.

(*1)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top