Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D0749

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2015 tal-20 ta' Marzu 2015 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2016/749]

    ĠU L 129, 19.5.2016, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/749/oj

    19.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 129/50


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 66/2015

    tal-20 ta' Marzu 2015

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2016/749]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/101/UE tat- 30 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1) għandha tiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13ca (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32014 L 0101: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/101/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 32).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2014/101/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Marzu 2015, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 32.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top