This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22015D2163
Decision of the EEA Joint Committee No 296/2014 of 12 December 2014 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement [2015/2163]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 296/2014 tat-12 ta’ Diċembru 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2015/2163]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 296/2014 tat-12 ta’ Diċembru 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2015/2163]
ĠU L 311, 26.11.2015, p. 51–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
26.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 296/2014
tat-12 ta’ Diċembru 2014
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2015/2163]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 733/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn ċerti pajjiżi li mhumiex fl-OECD (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 32cb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32014 R 0733: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 733/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 (ĠU L 197, 4.7.2014, p. 10).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 733/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 197, 4.7.2014, p. 10.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.