EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D2158

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 291/2014 tat-12 ta’ Diċembru 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/2158]

ĠU L 311, 26.11.2015, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2158/oj

26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 291/2014

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/2158]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 iħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2011 (3), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.

(3)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jkun emendat kif ġej:

1.

Is-segwenti jiżdied mal-punt 66wn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011):

“, kif emendat bi:

32013 R 0390: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).”

2.

Il-punt segwenti jiżdied wara l-punt 66xe (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE):

“66xf.

32013 R 0390: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).

Ir-Regolament jinqara, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, bl-adattamenti segwenti:

(a)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Artikolu 3(1) jiġi ssostitwit bis-segwenti:

“Meta l-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA jiddeċiedi li jaħtar Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni sabiex jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni, tali ħatra tkun għal terminu fiss li jkun konsistenti mal-perjodi ta’ referenza. Jekk il-Kummissjoni tkun ħatret korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA jagħmel ħiltu biex jaħtar l-istess entità f’kundizzjonijiet simili biex taqdi l-istess irwoli fil-konfront tal-Istati tal-EFTA.”

(b)

Fl-Artikoli 14(1) u 18(1), jiżdied is-sottoparagrafu segwenti:

“Jekk il-valutazzjoni tikkonċerna miri u pjanijiet għall-prestazzjoni, li huma relatati ma’ Stat Membru wieħed tal-UE jew aktar u ma’ Stat tal-EFTA wieħed jew aktar, il-valutazzjoni titwettaq mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istat(i) tal-EFTA u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-Istat(i) Membru/i tal-UE. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, jikkooperaw bil-ħsieb li jadottaw l-istess pożizzjonijiet tul il-proċedura kollha stabbilita f’dan l-Artikolu.”

(c)

Fl-Artikoli 15(1), jiżdied is-sottoparagrafu segwenti:

“Jekk il-valutazzjoni tikkonċerna miri u pjanijiet għall-prestazzjoni, li huma relatati ma’ Stat Membru wieħed tal-UE jew aktar u ma’ Stat tal-EFTA wieħed jew aktar, il-valutazzjoni titwettaq mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istat(i) tal-EFTA u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-Istat(i) Membru/i tal-UE. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, jikkooperaw bil-ħsieb li jadottaw l-istess pożizzjonijiet tul il-proċedura kollha stabbilita f’dan l-Artikolu.”

(d)

Fl-Artikoli 18(2), jiżdied is-sottoparagrafu segwenti:

“Jekk blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali jkopri l-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru wieħed tal-UE jew aktar u ta’ Stat tal-EFTA wieħed jew aktar, il-kompiti u s-setgħat stipulati f’dan il-punt jitwettqu mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istat(i) tal-EFTA u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-Istat(i) Membru/i tal-UE. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, jikkooperaw bil-ħsieb li jadottaw l-istess pożizzjonijiet.”

(e)

Fl-Artikoli 18(3), jiżdied is-sottoparagrafu segwenti:

“Meta l-Pjan ta’ Prestazzjoni tan-Netwerk ikun relatat kemm mal-Maniġer tan-Netwerk maħtur mill-Kummissjoni kif ukoll mal-Maniġer tan-Netwerk maħtur mill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jikkooperaw bil-ħsieb li jadottaw l-istess pożizzjonijiet.”

(f)

Fl-Artikoli 18(4), jiżdied is-sottoparagrafu segwenti:

“Meta l-miri u pjanijiet għall-prestazzjoni jkunu relatati ma’ Stat Membru wieħed tal-UE jew aktar u ma’ Stat tal-EFTA wieħed jew aktar, il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jikkooperaw bil-ħsieb li jirrappurtaw konġuntament dwar il-kisba tal-miri tal-prestazzjoni lill-Kumitat dwar Ajru Uniku.”

(g)

Fl-Artikolu 18(3) u (4), il-kelma “Kummissjoni” tinqara “Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.”

3.

It-test tal-punt 66xa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010) jitneħħa b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 (4), skont liema data tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 310, 25.11.2011, p. 3.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(4)  ĠU L 342, 27.11.2014, p. 42.


Top