This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22015D1412
Decision No 1 of the EU-Korea Committee on Trade in Goods of 28 May 2015 on the adoption of the rules for Tariff Rate Quota administration and implementation [2015/1412]
Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat tal-Kummerċ fil-Prodotti UE-Korea tat-28 ta' Mejju 2015 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' amministrazzjoni u implimentazzjoni tal-kwota tar-rata tariffarja [2015/1412]
Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat tal-Kummerċ fil-Prodotti UE-Korea tat-28 ta' Mejju 2015 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' amministrazzjoni u implimentazzjoni tal-kwota tar-rata tariffarja [2015/1412]
ĠU L 219, 20.8.2015, pp. 17–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/17 |
DEĊIŻJONI Nru 1 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ FIL-PRODOTTI UE-KOREA
tat-28 ta' Mejju 2015
dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' amministrazzjoni u implimentazzjoni tal-kwota tar-rata tariffarja [2015/1412]
IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ FIL-PRODOTTI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn ir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”), minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, (“il-Partijiet” u “il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikoli 2.16, 15.2.1 u l-punti 2 u 3 tal-Appendiċi 2-A-1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 15.1 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat tal-Kummerċ li għandu, fost affarijiet oħra, jiżgura li l-Ftehim jaħdem kif suppost u jissorvelja l-ħidma tal-kumitati speċjalizzati kollha. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 15.2 tal-Ftehim, ġew stabbiliti kumitati speċjalizzati taħt il-patroċinju tal-Kumitat tal-Kummerċ. Il-Kumitat tal-Kummerċ fil-Prodotti, skont l-Artikolu 2.16 tal-Ftehim, huwa wieħed minn dawn il-kumitati speċjalizzati. |
|
(3) |
Skont il-punt 2 tal-Appendiċi 2-A-1 tal-Ftehim, il-Korea tista' tuża sistema ta' rkant sabiex tamministra u timplimenta l-kwoti tar-rata tariffarja (“TRQs”) applikati mill-Korea għal ċerti prodotti ta' oriġini tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Ftehim. It-termini tas-sistema ta' rkant jridu jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku tal-Partijiet permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ fil-Prodotti. |
|
(4) |
Skont il-punt 3 tal-Appendiċi 2-A-1 tal-Ftehim, il-Korea tista' tuża sistema ta' liċenzji sabiex tamministra u timplimenta ċerti TRQs. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ fil-Prodotti rigward il-politiki u l-proċeduri għas-sistema ta' liċenzji, inkluża l-eliġibbiltà sabiex jiġu rċevuti l-kwantitajiet ta' TRQ, u kull bidla jew emenda għal dawn, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
|
1. |
Il-Korea għandha tamministra u timplimenta l-kwoti tar-rata tariffarja applikati mill-Korea għal ċerti prodotti ta' oriġini tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn ir-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
2. |
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. |
Magħmul fit-28 ta' Mejju 2015.
Għall-Kumitat tal-Kummerċ fi Prodotti
Helena KÖNIG
Aġent Direttur
Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea
Chang K. KIM
Direttur Ġenerali għall-Uffiċċju tal-Politika tal-Kummerċ
Il-Ministeru għall-Kummerċ, l-Industrija u l-Enerġija tar-Repubblika tal-Korea
ANNESS
IR-REGOLI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KWOTI TAR-RATA TARIFFARJA
Artikolu 1
L-għażla taż-żmien tal-irkantijiet u l-applikazzjoni tal-liċenzji
(1) L-irkantijiet għal trab tal-ħalib xkumat, trab tal-ħalib, ħalib kondensat u għasel naturali għandhom jiġu qabel il-perjodu ta' importazzjoni, jiġifieri f'Ġunju għall-kwoti li jinfetħu f'Lulju.
(2) Il-linji gwida speċifiċi mill-Korea Agro-Fisheries & Food Trade Corporation ser jipprevedu li l-avviżi pubbliċi għall-irkantijiet ser isiru tmint ijiem kalendarji qabel id-data tal-iskadenza tal-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fl-irkantijiet.
(3) Għal oġġetti ta' prodotti li l-iskeda ta' żmien għall-applikazzjoni għal-liċenzja tal-kwota tagħhom mhix iffissata fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Korea-UE, il-linji gwida speċifiċi tal-aġenziji magħżula biex jamministraw il-Kwoti tar-Rata Tariffarja (TRQs) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzji Rakkomandanti”) se jipprevedu perjodu, għat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzja, li jkun ta' mill-inqas sebat ijiem kalendarji mill-ewwel jum ta' xogħol tas-sena ta' eżekuzzjoni msemmija fl-Anness 2-A, il-punt 5 tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Korea-UE.
Artikolu 2
Depożitu u miżati
(1) Mhu ser ikun hemm l-ebda spiża amministrattiva jew ħlasijiet imposti minbarra d-depożitu — l-ammont imħallas minn offerenti li japplikaw għall-irkant — għal servizzi relatati ma' applikazzjoni għal allokazzjoni ta' TRQ permezz ta' bejgħ bl-irkant.
(2) L-istruzzjonijiet ġenerali għall-offerenti għal kull irkant għandhom jippreskrivu li d-depożitu jiġi rritornat lill-offerenti hekk kif il-proċeduri tal-amministrazzjoni normali ta' wara l-irkant ikunu tlestew.
(3) L-ebda garanzija jew depożitu mhu se jkun meħtieġ għal applikanti għal liċenzja.
Artikolu 3
Ħruġ u validità ta' rakkomandazzjoni
(1) L-Aġenziji Rakkomandanti se joħorġu Rakkomandazzjoni għat-TRQs għall-Importazzjoni tal-FTA Korea-UE (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Rakkomandazzjoni”) wara rkant jew applikazzjoni għal liċenzja.
(2) Ir-rakkomandazzjonijiet lill-applikanti għandhom jinħarġu fi żmien jumejn kalendarji sakemm l-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tat-TRQs tkun tissodisfa r-rekwiżiti tar-Rakkomandazzjoni.
(3) Rakkomandazzjoni għat-TRQs għall-importazzjoni tkun valida għal 90 jum. Il-perjodu tal-validità jista' jiġi estiż għal 30 jum ieħor, iżda ma jistax jaqbeż l-aħħar jum tas-sena ta' eżekuzzjoni msemmija fl-Anness 2-A, punt 5 tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Korea-UE.
Artikolu 4
Pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-amministrazzjoni tat-TRQs
(1) Il-linji gwida tal-Ministeru tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali tal-Korea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “MAFRA”) u l-linji gwida speċifiċi tal-Aġenziji Rakkomandanti se jkunu ppubblikati fuq il-websajts rispettivi tagħhom.
(2) Fuq bażi regolari, fuq il-websajts tagħhom l-Aġenziji Rakkomandanti se jippubblikaw informazzjoni li tinkludi avviżi pubbliċi biex jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji u rkantijiet, allokazzjoni ta' liċenzji u perijodi tal-irkant, kwantitajiet allokati, kwantitajiet li jifdal disponibbli għal kull TRQ u d-data ppjanata tal-irkant/perjodu ta' liċenzjar li jkun imiss.
(3) Il-kriterji bażiċi għal irkantijiet inklużi l-eliġibbiltà, il-ħlas ta' depożitu u ta' ritorn, id-dati tal-irkant, il-kodiċi u l-informazzjoni tal-irkant se jkunu inklużi fil-linji gwida speċifiċi tal-Korea Agro-Fisheries & Food Trade Corporation jew fl-istruzzjonijiet ġenerali lill-offerenti għal kull irkant.
Artikolu 5
Regoli ta' allokazzjoni tat-TRQs
Il-linji gwida tal-MAFRA jippermettu d-distribuzzjoni tal-volum annwali tat-TRQ matul is-sena permezz ta' diviżjoni tal-volum annwali tat-TRQ f'għadd ta' subvolumi, li s-somma tagħhom tkun ekwivalenti għall-volum tat-TRQ annwali. Il-volum totali ta' TRQ għal kull sena ta' eżekuzzjoni kif jistipula l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Korea-UE ma għandux jitnaqqas.
L-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja (TRQs): Glossarju
|
Aġenziji rakkomandanti |
Aġenziji Koreani maħtura biex jimmaniġġjaw it-TRQs: Il-Korea Dairy Industries Association, il-Korea Agro-Fisheries & Food Trade Corporation, il-Korea Feed Ingredients Association u l-Korea Feed Milk Replacer Association Websajts:
|
||||||||
|
Depożitu |
Ammont imħallas mill-offerenti li japplikaw għal irkant. Id-depożitu jiġi rritornat lil kull offerent immedjatament wara r-rakkomandazzjoni tal-kwota. |
||||||||
|
Rakkomandazzjoni |
Ħruġ ta' TRQ għall-importazzjoni wara rkant jew applikazzjoni għal liċenzja. |
||||||||
|
Perjodu ta' validità |
Il-perjodu li matulu tkun valida rakkomandazzjoni għal TRQ għall-importazzjoni. |
||||||||
|
Sena ta' eżekuzzjoni |
Perjodu ta' 12-il xahar bejn anniversarji konsekuttivi tal-FTA (l-1 ta' Lulju) li huwa stabbilit għalihom fl-FTA Korea-UE volum annwali ta' TRQ. |