This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014P1002(02)
Joint Parliamentary Assembly of the Partnership Agreement concluded between the Members of the African, Carribbean and Pacific Group of States, of the one part, and the European Union and its Member States, of the other part — Minutes of the sitting of Tuesday, 18 March 2014
Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Ftehim ta’ Sħubija konkluż bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra — Minuti tas-seduta tat-tlieta, it- 18 ta’ marzu 2014
Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Ftehim ta’ Sħubija konkluż bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra — Minuti tas-seduta tat-tlieta, it- 18 ta’ marzu 2014
ĠU C 345, 2.10.2014, pp. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
2.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 345/5 |
ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA KONKLUŻ BEJN IL-MEMBRI TAL-GRUPP TAL-ISTATI AFRIKANI, TAL-KARIBEW U TAL-PAĊIFIKU, MINN NAĦA, U TAL-UNJONI U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-OĦRA
MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TLIETA, IT-18 TA’ MARZU 2014
2014/C 345/02
Werrej
|
1. |
Sorsi tal-enerġija rinnovabli u t-tibdil fil-klima: sfidi tekonoloġiċi u umani għall-pajjiżi tal-AKP – esperjenza Griega u Ewropea |
|
2. |
Sessjonijiet ta’ ħidma – rapport fil-qosor |
|
3. |
Estrazzjoni għaż-żejt u l-minerali minn qiegħ il-baħar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli |
|
4. |
Il-ġlieda kontra l-AIDS |
|
5. |
Dikjarazzjoni mis-Sur Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-iżvilupp |
|
6. |
Dibattitu ma’ Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-iżvilupp (-proċedura “catch-the-eye) |
|
7. |
Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni |
|
8. |
Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati fis-26 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta |
|
9. |
Il-firxa globali tat-terroriżmu: ir-rwol tal-Internet u l-midja soċjali Kumitat dwar Affarijiet Politiċi |
|
10. |
Rapport dwar il-11-il Laqgħa Reġjonali |
MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TLIETA, it-18 TA’ MARZU 2014
Is-seduta nfetħet fid-09.15 ta’ filgħodu
PRESIDENZA: Fitz A. JACKSON
Kopresident
1. Sorsi tal-enerġija rinnovabbli u t-tibdil fil-klima: sfidi tekonoloġiċi u umani għall-pajjiżi tal-AKP – esperjenza Griega u Ewropea
Skambju ta’ fehmiet ma’ Kyriakos Gerontopoulos, Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin, il-Greċja
Kyriakos Gerontopoulos, Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġreċja, ta preżentazzjoni dwar is-suġġett tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u t-tibdil fil-klima.
Kelliema: Gay Mitchell, Picewell Forbes (Bahamas), Norbert Neuser, Olle Schmidt, Abdourahamane Chegou (Niger), Komi Selom Klassou (Togo), Makhosini Hlongwane (Zimbabwe), Christa Klaß, Nita R. K. Deerpalsing (il-Mawrizju) and Ana Rita Geremias Sithole (il-Możambik).
Il-membri talbu aktar investiment kemm fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll fil-miżuri preventivi bħalma huma t-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Huma talbu koordinazzjoni aħjar bejn l-Unjoni Ewropea u l-azzjonijiet individwali tal-Istati Membri għall-ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi. Ġie ssuġġerit ukoll li l-programmi ta’ skambji universitarji u arranġamenti ta’ ġemellaġġ għandhom jiġu żviluppati sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-għarfien u tal-kompetenza.
Is-Sur Gerontopoulos għalaq id-dibattitu.
2. Sessjonijiet ta’ ħidma – rapport fil-qosor
Ir-rapporteur, Arnaldo Álvaro Ramos (il-Kap Verde), rrappurta oralment dwar is-sessjoni ta’ ħidma “Appoġġ għall-iżvilupp tas-settur privat u l-promozzjoni tal-investimenti f’sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-pajjiżi tal-AKP”.
Din is-sessjoni ta’ ħidma eżaminat soluzzjonijiet ta’ finanzjament u teknoloġiċi innovattivi kif ukoll l-aħjar prattiki mmirati biex jagħlqu id-distakk enerġetiku billi jisfruttaw l-potenzjal tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
Kelliema: Kopresident Fitz A. Jackson.
3. Estrazzjoni għaż-żejt u l-minerali minn qiegħ il-baħar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli
Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent
Korapporteurs: Joe Koim Komun (Papwa Ginea Ġdida) u Christa Klaß
Joe Koim Komun (Papwa Ginea Ġdida) u Horst Schnellhardt (minflok Christa Klaß) ippreżentaw ir-rapport.
Kelliema: Alban Sumana Kingsford Bagbin (il-Gana), Jutta Haug, Dharamkumar Seeraj (il-Gujana), Olle Schmidt, Ousmane Kaba (il-Ginea), Mohamed El Moctar Zamel (il-Mawritanja), Carlos Manuel (il-Możambik), Lautafi Fio Selafi Purcell (Samoa), Peter Štastný, Ibrahim Bundu (Sjerra Leone), Adjedoue Weidou (iċ-Ċad), Maria Fernanda Lay (Timor Leste), Nita R. K. Deerpalsing (il-Mawrizju) and Armando Astudillo González (il-Kummissjoni Ewropea).
Il-Membri nnotaw l-opportunitajiet u l-isfidi tal-minjieri għaż-żejt u l-minerali f’qiegħ il-baħar. Huma enfasizzaw il-kontribut tar-rapport għat-tiswir ta’ dan il-qasam emerġenti u l-ħtieġa li parlamenti nazzjonali jiżviluppaw oqfsa regolatorji li jiżguraw l-akbar rispett għall-istandards ambjentali, kif ukoll it-trasparenza ta’ kuntratti ta’ sfruttament u r-ritorn tad-dħul lill-komunitajiet lokali. Il-membri enfasizzaw li l-iżvilupp tal-kapaċità, it-taħriġ u t-trasferimenti tat-teknoloġija huma essenzjali biex jiżguraw li attivitajiet fil-minjieri f’qiegħ il-baħar jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli.
Joe Koim Komun (Papwa Ginea Ġdida) għalaq id-dibattitu.
4. Il-ġlieda kontra l-AIDS
Dibattitu ewlieni
Michel Sidibe, Direttur Eżekuttiv tal-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-HIV u l-AIDS (UNAIDS), ta preżentazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali rigward il-ġlieda kontra l-AIDS.
Kelliema: Mariya Gabriel, Michael Cashman, Achille Marie Joseph Tapsoba (Burkina Faso), Nathalie Griesbeck, Dambert René Ndouane (ir-Repubblika tal-Kongo), Musa Hussein Naib (l-Eritrea), Alban Sumana Kingsford Bagbin (il-Gana), Michel Sidibé, Picewell Forbes (il-Baħamas), Abdikadir Omar Aden (il-Kenja), Louis Michel, Abdourahamane Chegou (in-Niġer), Horst Schnellhardt, Mohammed Mukhtar Ahmed (in-Niġerja), Gay Michell, Ibrahim Bundu (Sjerra Leone), Komi Selom Klassou (it-Togo), Jacob Oulanyah (l-Uganda), Kennedy K. Hamudulu (iż-Żambja), Makhosini Hlongwane (iż-Żimbabwe), Nita R. K. Deerpalsing (il-Mawrizju) u Christophe Apala Pen’Apala Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).
Il-Membri faħħru l-isforzi tal-ġlieda globali kontra l-HIV/AIDS taħt it-tmexxija u l-viżjoni tal-UNAIDS. Infaħħra bħala storja ta’ suċċess ta’ Solidarjetà Globali, il-kampanja hija prova li ż-żieda fir-riżorsi domestiċi u l-impenn, fit-tmexxija u attiviżmu globali ta’ livell bażiku. Il-Membri emfasizzaw li l-impenn attiv tal-ġenerazzjonijiet żgħażugħa, inizjattivi ta’ informazzjoni, il-prevenzjoni u l-aċċess effettiv għal trattament, inklużi l-popolazzjonijiet rurali l-aktar vulnerabbli, huma kruċjali biex ikompli jsir progress biex l-għan ta’ żero infezzjonijiet ġodda, isir realtà. Kien hemm dibattitu animat dwar il-kwistjoni kontroversjali tal-liġijiet fl-Uganda u n-Niġerja li jiddiskriminaw kontra gruppi ta’ minoranza, inklużi l-omosesswali. Kważi il-membri kollha tennew l-appoġġ tagħhom għall-għażliet leġiżlattivi ta’ tolleranza tal-pajjiżi individwali tagħhom b’kunsiderazzjoni għad-diversità kulturali. Oħrajn beżgħu li kwalunkwe att li jwassal għal stigmatizzazzjoni jista’ jipperikola l-aċċess għat-trattament u l-kura u l-isforzi kollha biex tintemm l-epidemija.
Michel Sidibé wieġeb il-mistoqsijiet li saru mill-membri.
(Is-seduta ġiet aġġornata fil-13.05 u kompliet fit-15.00)
|
Fitz A. JACKSON Louis MICHEL |
Alhaj Muhammad MUMUNI u Luis Marco AGUIRIANO NALDA |
|
Kopresidenti |
Kosegretarji Ġenerali |
PRESIDENZA: Louis MICHEL
Kopresident
5. Dikjarazzjoni minn Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni Ewropea b’responsabbiltà għall-iżvilupp
Is-Sur Piebalgs evalwa l-progress li sar minn mindu ġew adottati l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. Huwa faħħar il-ħidma tal-Grupp ta’ Ħidma Miftuħ dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-kontribut siewi tal-pajjiżi tal-AKP fit-tiswir tal-qafas wara l-2015. Is-Sur Piebalgs fakkar li filwaqt li, f’kuntest globali li qed jinbidel malajr u profondament, ħafna pajjiżi kienu kisbu tkabbir, ħafna oħrajn kienu għadhom qed jitħabtu biex jiżviluppaw. L-Unjoni Ewropea pprovdiet appoġġ sinifikanti permezz ta’ finanzjament ta’ kooperazzjoni. L-aġenda tagħha għall-Bidla u l-impenn tagħha għal koerenza politika ippermettew li l-għajnuna tkun iffukati fuq pajjiżi ifqar. Bl-istess mod, il-valuri universali bħal non-diskriminazzjoni kellhom ikunu rispettati Il-Kummissarju talab djalogu miftuħ dwar kwistjonijiet li jifirdu f’dan ir-rigward fix-xhieda tal-maturità tas-sħubija bejn il-pajjiżi tal-AKP u l-UE.
6. Dibattitu ma’ Andris Piebalgs, Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-iżvilupp – proċedura (“catch-the eye”)
L-iskambju ta’ fehmiet iffoka fuq suġġetti fosthom: Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kuba; id-drittijiet tal-minoranzi sesswali skont il-Ftehim ta’ Cotonou; l-effikaċja tal-proġetti għall-iżvilupp; appoġġ għall-SMEs u titjib fis-sjieda tal-proprjetà fil-kuntest tal-miri ta’ żvilupp sostenibbli; l-importanza tal-infrastruttura u t-tranżizzjoni għall-enerġija ekoloġika; appoġġ għas-settur privat u l-ħolqien tal-impjiegi; finanzjament għall-produtturi agrikoli żgħar; il-potenzjal futur ta’ servizzi bankarji agri; u l-isfida li pajjiżi jżgħar jattiraw investimenti ta’ skala kbira.
Kelliema: Miguel Angel Martínez Martínez, Michael Cashman, Mohamed El Moctar Zamel (il-Mawritanja), Gay Mitchell, Horst Schnellhardt, Arnaldo Andrade Ramos (il-Kap Verde), Dalton Tagelagi (Nju), Ahamada Soukouna (Mali), Ousmane Kaba (il-Papwa Ginea Ġdida) and Nita R. K. Deerpalsing (il-Mawrizju).
Il-Kummissarju Piebalgs wieġeb il-mistoqsijiet imqajma mill-membri skont il-proċedura “catch-the-eye”.
7. Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni Ewropea
Total ta’ 16 mistoqsija tressqu lill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni kienet wieġbet għall-mistoqsijiet bil-miktub. Il-Kummissarju ta tweġibiet orali għall-mistoqsijiet supplimentari mressqa mill-awturi li ġejjin:
|
|
Mistoqsija Nru 5 minn Mariya Gabriel dwar l-impenn tal-UE fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b’mod partikolari fil-Lvant tal-pajjiż; |
|
|
Mistoqsija Nru 6 minn Olle Schmidt dwar it-traffikar tal-bnedmin fid-deżert ta’ Sinaj. |
|
|
Mistoqsija Nru 9 minn Michael Cashman dwar leġiżlazzjoni li tikkrimina l-omosesswalità u l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou; |
|
|
Mistoqsija Nru 10 mill-pajjiżi Horst Schnellhardt dwar il-Ġlieda kontra l-Faqar permezz ta’ sforzi tagħhom stess; |
|
|
Mistoqsija Nru 11 minn Fiona Hall (issostitwita minn Olle Schmidt) dwar il-pastoraliżmu. |
L-awturi tal-Mistoqsijiet Nri 1, 3, u 4 ma kellhomx mistoqsijiet supplimentari.
L-awturi tal-Mistoqsijiet Nri 2, 7, 8, 12, 13, 14, 15 u 16 ma kinux preżenti.
8. Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati fis-26 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta
Dokument dwar is-segwitu għar-riżoluzzjonijiet adottati f’Addis Ababa kien ġie trażmess lill-Assemblea. Il-Kopresident irringrazzja lis-Sur Andris Piebalgs, membru tal-Kummissjoni Ewropea b’responsabilità għall-iżvilupp, għax-xogħol kuxjenzjuż u l-impenn profond tiegħu matul il-mandat tiegħu ta’ ħames snin.
9. Il-firxa globali tat-terroriżmu: ir-rwol tal-Internet u l-midja soċjali
Korapporteurs: Moses Kollie (Liberja) u Zita Gurmai
Mosè Kollie (Liberja) u Miguel Angel Martínez Martínez (li ħadet post Zita Gurmai) ippreżenta r-rapport.
Il-Membri enfasizzaw l-importanza tal-Internet u netwerks soċjali bħala għodda b’potenzjal benefiku enormi għas-soċjetajiet kemm pajjiżi tal-AKP kif ukoll tal-UE. Madankollu, huma ddikjaraw li dawn l-għodda qegħdin jiġu abbużati minn għadd żgħir ta’ nies għall-propogazzjoni ta’ ideoloġiji estremisti u l-organizzazzjoni ta’ attakki terroristiċi. Il-memberi talbu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu ostakolati attivitajiet kriminali onlajn. Huma wissew kontra gvernijiet li jużaw it-theddida tat-terroriżmu bħala skuża għar-restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali. L-isfida hija li titfassal u tġi implimentata leġiżlazzjoni ta’ natura bilanċjata li tippermetti l-ġlieda effettiva kontra t-terroriżmu filwaqt li tissalvagwardja d-drittijiet tal-privatezza u attivitajiet politiċi leġittimi.
Kelliema: Boniface Yehouetome (Benin), Mariya Gabriel, Mohamed Youssouf Goumaneh (Djibouti), Abadula Gemeda Dago (l-Etijopja), Olle Schmidt, Abdikadir Omar Aden (il-Kenja), Mohamed El Moctar Zamel (il-Mawritanja), Mohammed Mukhtar Ahmed (in-Niġerja), Michael Gahler, Abdirizak Osman Hassan (is-Somalja), Mahamat Togoi Tekilio (iċ-Ċad), Makhosini Hlongwane (iż-Żimbabwe) u Vincent Ringenberg (SEAE).
Moses Kollie (il-Liberja) u Miguel Ángel Martínez Martínez għalqu d-dibattitu.
10. Rapport dwar il-11-il Laqgħa Reġjonali (Reġjun tal-Afrika tal-Lvant) li sar f’Port Louis (il-Mawrizju) mit-12 sal-14 ta’ Frar 2014 – rapport mill-Kopresidenti
Kopresident Fitz A. Jackson. Jackson irrapporta oralment dwar il-laqgħa reġjonali, fejn enfasizza s-soġġetti ewlenin li ġew diskussi.
Il-Membri rringrazzjaw u kkongratulaw il-Mawrizju tgħall-organizzazzjoni ta’ suċċess tal-laqgħa. Huma esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom għad-dibattiti, li kienu ffukati inter alia fuq l-importanza tal-integrazzjoni reġjonali, it-theddida tat-terrorożmu u l-piraterija, u l-produzzjoni taz-zokkor fil-pajjiżi tal-AKP
Kelliema: Christa Klaß, Kopresident Louis Michel, Nita R. K. Deerpalsing (il-Mawrizju), Miguel Ángel Martínez Martínez u Kopresident Fitz A. Jackson.
(Is-seduta ntemmet fil-17.35)
Fitz A. JACKSON
Louis MICHEL
Kopresidenti
Alhaj Muhammad MUMUNI u
Luis Marco AGUIRIANO NALDA
Ko-Segretarji Ġenerali