Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0228

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/1452]

ĠU L 230, 3.9.2015, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1452/oj

3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 228/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/1452]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/37/UE tas-27 ta’ Frar 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sikurezza u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal fil-vetturi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 17a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

"—

32014 L 0037: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/37/UE tas-27 ta’ Frar 2014 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 32)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2014/37/UE bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 59, 28.2.2014, p. 32.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top