Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0166

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 166/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1234]

ĠU L 202, 30.7.2015, pp. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/1234/oj

30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 166/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1234]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/652/UE tat-12 ta' Novembru 2013 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' reżistenza antimikrobika f'batterji żoonotiċi u kommensali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/652/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Ġunju 2007 dwar monitoraġġ armonizzat ta' reżistenza antimikrobali fis- Salmonella fit-tjur u l-majjali (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement titħassar skont il-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 8b (ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“8c.

32013 D 0652: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/652/UE tat-12 ta' Novembru 2013 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' reżistenza antimikrobika f'batterji żoonotiċi u kommensali (ĠU L 303, 14.11.2013, p. 26).”

2.

it-test tal-punt 48 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/407/KE) fil-parti 7.2 jitħassar;

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/652/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 303, 14.11.2013, p. 26.

(2)   ĠU L 153, 14.6.2007, p. 26.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.


Top