Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0156

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2014 tad- 9 ta' Lulju 2014 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2015/91]

    ĠU L 15, 22.1.2015, p. 83–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/91/oj

    22.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 15/83


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 156/2014

    tad-9 ta' Lulju 2014

    li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2015/91]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/280/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/281/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-ekwivalenza tas-sistema tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 10fd (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

    “10fe.

    32013 D 0280: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/280/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 161, 13.6.2013, p. 4).

    10ff.

    32013 D 0281: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/281/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-ekwivalenza tas-sistema tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 161, 13.6.2013, p. 8).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/280/UE u 2013/281/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Lulju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 161, 13.6.2013, p. 4.

    (2)  ĠU L 161, 13.6.2013, p. 8.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.


    Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li tinkorpora d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/280/UE u 2013/281/UE fil-Ftehim ŻEE

    “Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/280/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Unit tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/281/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, u s-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tittratta r-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta' dawn id-Deċiżjonijiet hija mingħajr ħsara għall-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.”


    Top