Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0151

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

ĠU L 342, 27.11.2014, pp. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/151/oj

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/61


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 151/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża u tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni Soċjali (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 15 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafu 2, il-kliem “u li huma mwettqa qabel l-1 ta' Jannar 2014,” jiżdiedu wara l-kliem “paragrafu 1”.

2.

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 8:

“—

32013 R 1296: Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (‘EaSI’) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).

Il-Liechtenstein jingħata eżenzjoni mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm, u milli jħallas kontribut finanzjarju għalih. In-Norveġja tipparteċipa biss fl-assi tal-EURES tal-programm, u tikkontribwixxi finanzjarjament għalihom.”

3.

It-test tal-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 8 sa mill-1 ta' Jannar 1999, fl-attivitajiet imsemmija fit-tieni inċiż sa mill-1 ta' Jannar 2003 u fl-attivitajiet li hemm referenza għalihom fit-tielet inċiż sa mill-1 ta' Jannar 2014.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238.

(*1)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Top