Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0148

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

ĠU L 342, 27.11.2014, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/148/oj

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 148/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni rigward il-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi,

(2)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż--ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 12:

“13.

Mill-1 ta' Jannar 2014, l-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-intestatura baġitarja li ġejja, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014:

Linja Baġitarja 04 03 01 03: ‘Moviment ħieles tal-ħaddiema, koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi’.”

2.

Fil-paragrafu 5, il-kliem “u fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linji tal-baġit għas-snin finanzjarji 2012 u 2013 imsemmija fil-paragrafu 12 mill-1 ta' Jannar 2012” huma ssostitwiti bil-kliem “, fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linji tal-baġit għas-snin finanzjarji 2012 u 2013 imsemmija fil-paragrafu 12 mill-1 ta' Jannar 2012 u fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linja tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 imsemmija fil-paragrafu 13 mill-1 ta' Jannar 2014”.

3.

Fil-paragrafi 6 u 7, il-kliem “paragrafi 8 u 12” huma sostitwiti bil-kliem “il-paragrafi 8, 12 u 13”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1).

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(*1)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Top