This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0141
Decision of the EEA Joint Committee No 141/2014 of 27 June 2014 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 342, 27.11.2014, p. 49–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
27.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 141/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx tal-karbonju (1), trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 21alb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE) u 21alc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32014 D 0009: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2014/9/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(*1) Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.