Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0137

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 342, 27.11.2014, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/137(2)/oj

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 137/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2013 tal-21 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-punt 1je jiżdied l-inċiż li ġej (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1253: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2013 tal-21 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 331, 10.12.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1253/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-28 ta' Ġunju 2014, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 331, 10.12.2013, p. 1.

(*1)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Top