Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0109

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 109/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

ĠU L 310, 30.10.2014, pp. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/109/oj

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 109/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontreanti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontreanti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 5:

“—

32013 R 1291: Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

Il-Liechtenstein huwa eżentat mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm u mill-kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 11(a):

“, kif emendat bi:

—

32013 R 1292: Ir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174).”

3.

It-test tal-paragrafu 11(b) jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Tapplika mill-1 Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top