Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0100

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 310, 30.10.2014, p. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/100/oj

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/68


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 100/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE tal-4 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi l-gwida għall-utent u twaqqaf il-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1ead (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“1eae.

32013 D 0131: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE tal-4 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi l-gwida għall-utent u twaqqaf il-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 76, 19.3.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2013/131/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 76, 19.3.2013, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top