This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0093
Decision of the EEA Joint Committee No 93/2014 of 16 May 2014 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 310, 30.10.2014, p. 58–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
30.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 93/2014
tas-16 ta' Mejju 2014
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/753/UE tal-11 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2012/226/UE dwar it-tieni sett ta' miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (1) tiġi inkorporta fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 42ed (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/226/UE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32013 D 0753: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/753/UE tal-11 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 334, 13.12.2013, p. 37).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/753/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 334, 13.12.2013, p. 37.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.