This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0086
Decision of the EEA Joint Committee No 86/2014 of 16 May 2014 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) and Annex IV (Energy) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 310, 30.10.2014, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
30.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 86/2014
tas-16 ta' Mejju 2014
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 4/2014 tas-6 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodiżinn għal muturi tal-elettriku (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Li ġej jiżdied mal-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32014 R 0004: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 4/2014 tal-6 ta' Jannar 2014 (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 1).” |
Artikolu 2
Li ġej jiżdied mal-punt 36 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009) tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32014 R 0004: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 4/2014 tal-6 ta' Jannar 2014 (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 1).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 4/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.