Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0045

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2014 tat- 8 ta’ April 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 256, 28.8.2014, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/45(2)/oj

28.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 45/2014

tat-8 ta’ April 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 758/2013 tas-7 ta’ Awwissu 2013 li jikkoreġi l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0758: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 758/2013 tas-7 ta’ Awwissu 2013 (ĠU L 216, 10.8.2013, p. 1),

32013 R 0944: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 (ĠU L 261, 3.10.2013, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 758/2013 u (UE) Nru 944/2013 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ April 2014, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Supplement taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 216, 10.8.2013, p. 1.

(2)   ĠU L 261, 3.10.2013, p. 5.

(*1)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.


Top