Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0232

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 232/2013 tat- 13 ta' Diċembru 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 154, 22.5.2014, pp. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/232(2)/oj

22.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 232/2013

tat-13 ta' Diċembru 2013

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 66wj (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011):

“66wk.

32012 R 0923: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punti 66wa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2006), 66we (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1265/2007), 66wi (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010) u 66xc (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011):

“, kif emendat minn:

32012 R 0923: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”

3.

Dan li ġej jiżdied fil-punti 66wc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006) u 66wd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006):

“—

32012 R 0923: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, dejjem jekk ikunu twettqu n-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dak inhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (2), jew dak inhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 231/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (3), jew dak inhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011 (4), skont liem waħda minnhom tiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)  Ara paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Ara paġna 32 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)   ĠU L 76, 15.3.2012, p. 51.


Top