This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22013D0171
Decision of the EEA Joint Committee No 171/2013 of 8 October 2013 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2013 tat- 8 ta’ Ottubru 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2013 tat- 8 ta’ Ottubru 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 58, 27.2.2014, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
27.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 171/2013
tat-8 ta’ Ottubru 2013
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/783/UE tat-13 ta’ Diċembru 2012 dwar ir-rikonoxximent tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 56jp (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/505/UE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
|
“56jq. |
32012 D 0783: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/783/UE tat-13 ta’ Diċembru 2012 dwar ir-rikonoxximent tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (ĠU L 347, 15.12.2012, p. 28).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/783/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Ottubru 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(1) ĠU L 347, 15.12.2012, p. 28.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.