Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0006

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2013 tal- 1 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 144, 30.5.2013, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/6(2)/oj

30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 6/2013

tal-1 ta’ Frar 2013

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 tal-11 ta’ April 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-klopiralid, id-dimetomorf, il-fenpirażammina, il-folpet u l-pendimetalina f’ċerti prodotti jew fuqhom (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 li ma jawtorizzax ċerti stqarrijiet sanitarji li jsiru dwar l-ikel, ħlief dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta’ użu u l-livelli ta’ użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju (4) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jippermetti li jsiru ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (5) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2012 tal-24 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għal bifenażat, bifentrina, boskalid, kadusafos, klorantraniliprol, klorotalonil, klotijanidin, ċiprokonażol, deltametrina, dikamba, difenokonażol, dinokap, etossażol, fenpirossimat, flubendiammid, fludiossonil, glifosat, metalaksil-M, meptildinokap, novaluron, tijametossam, u triażofos f’ċerti prodotti jew fuqhom (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Polidestrożju (E 1200) fil-birra (7) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Lisożima (E 1105) fil-birra (8) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 472/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esteri tal-gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa (9) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-ispinetoram (XDE-175) f’ċerti prodotti jew fuqhom (10) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(12)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 R 0322: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2012 tas-16 ta’ April 2012 (ĠU L 105, 17.4.2012, p. 1),

32012 R 0441: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2012 tal-24 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 135, 25.5.2012, p. 4),

32012 R 0473: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 144, 5.6.2012, p. 25).”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 0322: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2012 tas-16 ta’ April 2012 (ĠU L 105, 17.4.2012, p. 1),

32012 R 0441: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2012 tal-24 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 135, 25.5.2012, p. 4),

32012 R 0473: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 144, 5.6.2012, p. 25).”

2.

L-inċiżi li ġejjin jiżiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 0380: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14),

32012 R 0470: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 144, 5.6.2012, p. 16),

32012 R 0471: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 144, 5.6.2012, p. 19),

32012 R 0472: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 472/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 144, 5.6.2012, p. 22).”

3.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 54zzzzzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011):

“54zzzzzn.

32012 R 0307: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 tal-11 ta’ April 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel foods (ĠU L 102, 12.4.2012, p. 2).

54zzzzzo.

32012 R 0379: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 li ma jawtorizzax ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 119, 4.5.2012, p. 12).

54zzzzzp.

32012 R 0432: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 307/2012, ir-Regolamenti (UE) Nru 322/2012, (UE) Nru 379/2012, (UE) Nru 380/2012, (UE) Nru 432/2012, (UE) Nru 441/2012, (UE) Nru 470/2012, (UE) Nru 471/2012, (UE) Nru 472/2012 u (UE) Nru 473/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 102, 12.4.2012, p. 2.

(2)  ĠU L 105, 17.4.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 12.

(4)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14.

(5)  ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 135, 25.5.2012, p. 4.

(7)  ĠU L 144, 5.6.2012, p. 16.

(8)  ĠU L 144, 5.6.2012, p. 19.

(9)  ĠU L 144, 5.6.2012, p. 22.

(10)  ĠU L 144, 5.6.2012, p. 25.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top