This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22013A0313(01)
Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and the United States of America pursuant to Article XXIV:6 and Article XXVIII of the General Agreement on Tariffs and Trade (GATT) 1994 relating to the modification of concessions in the schedules of the Republic of Bulgaria and Romania in the course of their accession to the European Union
Ftehim f'għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
Ftehim f'għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
ĠU L 69, 13.3.2013, p. 5–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/exch_let/2013/125/oj
Ftehim f'għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
Official Journal L 069 , 13/03/2013 P. 0005 - 0010
Ftehim f'għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea A Ittra mill-Unjoni Ewropea Ġinevra, is- 7 ta' Diċembru 2012 Sinjur, Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nikkonferma l-ftehim li ġej: 1. L-Unjoni Ewropea għandha, b'mod li jkun vinkolanti, tinkorpora fl-Iskeda tad-WTO tagħha għat-territorju doganali tal-UE 27, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda tagħha tat-territorju doganali tal-UE 25 bil-modifiki stipulati f'din l-ittra. Jiżdiedu 4680 tunnellata mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti), għal-"laħam u l-ġewwieni li jittiekel tat-tjur, frisk, imkessaħ jew iffriżat", filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti. (numri tariffarji tal-prodott 0207 1110, 0207 1130, 0207 1190, 0207 1210, 0207 1290, 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1410, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1450, 0207 1460, 0207 1470, 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2710, 0207 2720, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770, 0207 2780); Jiżdiedu 200 tunnellata fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti) għal "prieżet u flettijiet bla għadam iffriżati", filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti preżenti ta' 250 EUR/t (numri tariffarji tal-prodott ex 0203 1955 u ex 0203 2955); Tinħoloq kwota tar-rata tariffarja allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti) ta' 1550 tunnellata għall-"preparazzjonijiet tal-ikel", b'"Element Agrikolu" tar-rata tal-kwota kontinġenti (numru tariffarju tal-prodott 2106 9098); Jiżdiedu 600 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat tal-majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati, bl-għadam jew mingħajr, eskluż il-flett, ippreżentati separatament" (numri tariffarji tal-prodott 0203 1211, 0203 1219, 0203 1911, 0203 1913, 0203 1915, ex 0203 1955, 0203 1959, 0203 2211, 0203 2219, 0203 2911, 0203 2913, 0203 2915, ex 0203 2955, 0203 2959); Jiżdiedu 500 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati", filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri tariffarji tal-prodott 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1460); Jiżdiedu 400 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat tal-pollam", filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti ta' 795 EUR/t (numru tariffarju tal-prodott 0207 1410); Jiżdiedu 580 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat" filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri tariffarji tal-prodott 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770); Jekk il-proċeduri interni kollha meħtieġa biex l-UE tinkorpora b'mod vinkolanti l-modifiki stipulati f'din l-ittra fl-iskeda tad-WTO tagħha ma jitlestewx sa 60 jum qabel ma jiskadi l-perjodu għall-Istati Uniti biex jeżerċitaw id-dritt tagħha li tirtira konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT, l-UE għandha titlob lill-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija, japprova estensjoni għall-perjodu qabel ma dan jiskadi. Estensjoni ta' dan it-tip għandha tkun twila biżżejjed biex tiżgura li dawk il-proċeduri interni kollha tal-UE jitlestew sa 60 jum qabel ma jiskadi l-perjodu għall-Istati Uniti biex teżerċita drittijietha skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT. 2. Fil-waqt tan-negozjati tal-modifiki stipulati hawn fuq, kif ukoll dawk relatati mat-tkabbir tat-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, l-Istati Uniti tal-Amerika, għandhom fi żmien 21 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, jibagħtu għall-pubblikazzjoni fir-Reġistru Federali, avviż li jimmodifika l-kwoti ta' importazzjoni tar-rata tariffarja għall-ġobnijiet allokati għall-Unjoni Ewropea fin-noti addizzjonali tal-Istati Uniti 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23 u 25 tal-Kapitolu 04 tal-Iskeda Tariffarja Armonizzata tal-Istati Uniti biex din tirrifletti t-tkabbir tat-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija. 3. Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument rigward il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, fuq talba ta' waħda mill-partijiet. Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Għandi l-unur nipproponilek li jekk ikun il-każ, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (il-"Ftehim"). L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub dwar it-tlestija ta' kwalunkwe proċeduri interni li jkunu neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. Dejjem tiegħek, Съставено в Женева на Hecho en Ginebra, el V Ženevě dne Udfærdiget i Genève, den Geschehen zu Genf am Genf, Έγινε στη Γενεύη, στις Done at Geneva, Fait à Genève, le Fatto a Ginevra, addì Ženēvā, Priimta Ženevoje Kelt Genfben, Magħmul f’Ġinevra, Gedaan te Genève, Sporządzono w Genewie dnia Feito em Genebra, Întocmit la Geneva la V Ženeve V Ženevi, Tehty Genevessä Utfärdat i Genève den +++++ TIFF +++++ За Европейския съюз Por la Unión Europea Za Evropskou unii For Den Europæiske Union Für die Europäische Union Euroopa Liidu nimel Για την Ευρωπαϊκή Ένωση For the European Union Pour l'Union européenne Per l'Unione europea Eiropas Savienības vārdā – Europos Sąjungos vardu Az Európai Unió részéről Għall-Unjoni Ewropea Voor de Europese Unie W imieniu Unii Europejskiej Pela União Europeia Pentru Uniunea Europeană Za Európsku úniu Za Evropsko unijo Euroopan unionin puolesta För Europeiska unionen +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ B. Ittra mill-Istati Uniti tal-Amerika Ġinevra, is- 7 ta' Diċembru 2012 Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk: "Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nikkonferma l-ftehim li ġej: 1. L-Unjoni Ewropea għandha, b'mod li jkun vinkolanti, tinkorpora fl-Iskeda tad-WTO tagħha għat-territorju doganali tal-UE 27, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda tagħha tat-territorju doganali tal-UE 25 bil-modifiki stipulati f'din l-ittra. Jiżdiedu 4680 tunnellata mal-kwota tar-rata tariffarja tal-UE allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti), għal-"laħam u l-ġewwieni manġabbli tat-tjur, frisk, imkessaħ jew iffriżat", filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti. (numri tariffarji tal-prodott 0207 1110, 0207 1130, 0207 1190, 0207 1210, 0207 1290, 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1410, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1450, 0207 1460, 0207 1470, 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2710, 0207 2720, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770, 0207 2780); Jiżdiedu 200 tunnellata fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti) għal "prieżet u flettijiet bla għadam iffriżati", filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti preżenti ta' 250 EUR/t (numri tariffarji tal-prodott ex 0203 1955 u ex 0203 2955); Tinħoloq kwota tar-rata tariffarja allokata għall-pajjiż (l-Istati Uniti) ta' 1550 tunnellata għall-"preparazzjonijiet tal-ikel", b'"Element Agrikolu" tar-rata ta' kwota kontinġenti (numru tariffarju tal-prodott 2106 9098); Jiżdiedu 600 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat tal-majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati, bl-għadam jew mingħajr, eskluż il-flett, ippreżentati separatament" (numri tariffarji tal-prodott 0203 1211, 0203 1219, 0203 1911, 0203 1913, 0203 1915, ex 0203 1955, 0203 1959, 0203 2211, 0203 2219, 0203 2911, 0203 2913, 0203 2915, ex 0203 2955, 0203 2959); Jiżdiedu 500 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati", filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri tariffarji tal-prodott 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1460); Jiżdiedu 400 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "qatgħat tal-pollam", filwaqt li tinżamm ir-rata tal-kwota kontinġenti ta' 795 EUR/t (numru tariffarju tal-prodott 0207 1410); Jiżdiedu 580 tunnellata (erga omnes) fil-kwota tar-rata tariffarja tal-UE għal "laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat" filwaqt li jinżammu r-rati tal-kwota kontinġenti eżistenti (numri tariffarji tal-prodott 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770); Jekk il-proċeduri interni kollha meħtieġa biex l-UE tinkorpora b'mod vinkolanti l-modifiki stipulati f'din l-ittra fl-iskeda tad-WTO tagħha ma jitlestewx sa 60 jum qabel ma jiskadi l-perjodu għall-Istati Uniti biex teżerċita d-dritt tagħha li tirtira konċessjonijiet sostanzjalment ekwivalenti skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT, l-UE għandha titlob lill-Kunsill tad-WTO għall-Kummerċ fil-Merkanzija japprova estensjoni għall-perjodu qabel ma dan jiskadi. Estensjoni ta' dan it-tip għandha tkun twila biżżejjed biex tiżgura li dawk il-proċeduri interni kollha tal-UE jitlestew sa 60 jum qabel ma jiskadi l-perjodu għall-Istati Uniti biex teżerċita drittijietha skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT. 2. Fil-waqt tan-negozjati tal-modifiki stipulati hawn fuq, kif ukoll dawk relatati mat-tkabbir tat-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, l-Istati Uniti tal-Amerika, għandhom fi żmien 21 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, jibagħtu għall-pubblikazzjoni fir-Reġistru Federali, avviż li jimmodifika l-kwoti ta' importazzjoni tar-rata tariffarja għall-ġobnijiet allokati għall-Unjoni Ewropea fin-noti addizzjonali tal-Istati Uniti 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23 u 25 tal-Kapitolu 04 tal-Iskeda Tariffarja Armonizzata tal-Istati Uniti biex din tirrifletti t-tkabbir tat-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea biex dan ikun jinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija. 3. Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe mument rigward il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, fuq talba ta' waħda mill-partijiet. Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Għandi l-unur nipproponilek li jekk ikun il-każ, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (il-"Ftehim"). L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub dwar it-tlestija ta' kwalunkwe proċeduri interni li jkunu neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.". B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-ittra ta' hawn fuq. Dejjem tiegħek, Съставено в Женева на Hecho en Ginebra, el V Ženevě dne Udfærdiget i Genève, den Geschehen zu Genf am Genf, Έγινε στη Γενεύη, στις Done at Geneva, Fait à Genève, le Fatto a Ginevra, addì Ženēvā, Priimta Ženevoje Kelt Genfben, Magħmul f’Ġinevra, Gedaan te Genève, Sporządzono w Genewie dnia Feito em Genebra, Întocmit la Geneva la V Ženeve V Ženevi, Tehty Genevessä Utfärdat i Genève den +++++ TIFF +++++ От името на Съединените американски щати En nombre de los Estados Unidos de América Za Spojené státy americké På vegne af Amerikas Forenede Stater Im Namen der Vereinigten Staaten von Amerika Ameerika Ühendriikide nimel Εξ ονόματος των Ηνωμένων Πολιτειών της Αμερικής On behalf of the United States of America Au nom des États-Unis d'Amérique Per degli Stati Uniti d’America Amerikas Savienoto Valstu vārdā — Jungtinių Amerikos Valstijų vardu Az Amerikai Egyesült Államok nevében F’isem l-Istati Uniti tal-Amerika Voor de Verenigde Staten van Amerika W imieniu Stanów Zjednoczonych Ameryki Em nome dos Estados Unidos da América În numele Statelor Unite ale Americii V mene Spojených štátov amerických V imenu Združenih držav Amerike Amerikan yhdysvaltojen puolesta På Amerikas förenta staters vägnar +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------