Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0101

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2012 tat- 30 ta’ April 2012 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

ĠU L 248, 13.9.2012, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/101(2)/oj

13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 101/2012

tat-30 ta’ April 2012

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2011 tad-19 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (2).

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara il-paragrafu 8 tal-Artikolu 10 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“9.

(a)

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fl-oqsma koperti mill-att li ġej:

32008 L 0114: Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75).

(b)

Bil-għan li jinkisbu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2008/114/KE, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu użu mill-forom xierqa ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 80 tal-Ftehim.

(c)

Bis-saħħa tal-Artikolu 79(3) tal-Ftehim, it-Taqsima VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim għandha tapplika għal dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 3.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 262, 6.10.2011, p. 64.

(2)   ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti konstituzzjonali.


Top