Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0090

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2012 tat- 30 ta’ April 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

    ĠU L 248, 13.9.2012, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/90(2)/oj

    13.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 248/27


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 90/2012

    tat-30 ta’ April 2012

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2011 tal-20 ta' Mejju 2011 (1)

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż u jħassar ir-Regolament tal-Kunsil (KEE) Nru 1576/89 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    (3)

    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/133/UE tat-2 ta’ Marzu 2010 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-kontaminazzjoni bl-ethyl carbamate fl-ispirti tal-frott tal-għadma u l-ispirti tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur u l-monitoraġġ tal-livelli ta’ ethyl carbamate f’dawn ix-xarbiet (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (4), li hu inkorporat fil-Ftehim u konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1014/90 (5) li hu inkorporat fil-Ftehim ma għadux applikabbli (6) u konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim.

    (6)

    Minħabba l-karatteristiċi speċjali tas-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal xorb spirituż u l-fatt li numru żgħir ħafna ta’ reġistrazzjonijiet huwa mistenni mill-Istati tal-EFTA, jidher raġonevoli li l-paragrafu 4(d) tal-Protokoll 1 ma jibqax japplika għal dawn il-kwistjonijiet. Dan se jsir mingħajr preġudizzju għal Deċiżjonijiet oħrajn tal-Kumitat Konġunt.

    (7)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar xorb spirituż. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna x-xorb spirituż ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli hija estiża għal-Liechtenstein, kif inhu ddikjarat fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim. Għalhekk din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XXVII tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test tal-punti 1 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89) u 2 (ir-Regolament tal-Kummissjonil (KEE) Nru 1014/90) għandu jitħassar.

    2.

    Dan li ġej għandu jiddaħħal wara il-punt 8 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2870/2000):

    “9.

    32008 R 0110: Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16), kif emendat minn:

    32008 R 1334: Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament mhux se jippreġudikaw id-dritt għall-Istati tal-EFTA li jipprojbixxu, fuq bażi mhux diskriminatorja, it-tqegħid fis-suq nazzjonali ta’ xorb spirituż għal konsum dirett mill-bniedem b’kontenut ta’ alkoħol ta’ iktar minn 60 %.

    (b)

    L-Istati tal-EFTA se jkunu mistiedna li jibagħtu l-osservaturi tagħhom għal-laqgħat tal-Kumitat għal Xorb Spirituż, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 25, li jittratta kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan atti li hemm referenza għalihom fil-Ftehim. Ir-rappreżentanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat, iżda mhux se jkollhom id-dritt li jivvutaw.

    (c)

    Il-paragrafu 4d) tal-Protokoll 1 għall-Ftehim ma japplikax għall-Kapitolu III tar-Regolament.

    (d)

    Dawn li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness III:

    Kategorija tal-prodott

    Indikazzjoni ġeografika

    Pajjiż tal- oriġini

    15.

    Vodka

    Íslenskt Vodka/Icelandic Vodka

    Islanda

    Norsk Vodka/Norwegian Vodka

    Norveġja

    24.

    Akvavit/aquavit

    ÍslensktBrennivín/Icelandic Aquavit

    Islanda

    Norsk akevitt/Norsk Aquavit/Norsk Akvavit/Norwegian Aquavit

    Norveġja

    Xorb spirituż ieħor

    L-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija taħt dan il-punt jikkonċernaw prodotti li mhumiex definiti fir-Regolament. B’hekk, għandhom jiġu kkompletati bid-deskrizzjoni għall-bejgħ ‘xorb spirituż’.

    L-Istati tal-EFTA li jipproduċu dan ix-xorb spirituż għandhom jinfurmaw il-Partijiet Kontraenti oħrajn bid-definizzjonijiet nazzjonali ta’ dawn il-prodotti.

     

    10.

    32010 H 0133: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/133/UE tat-2 ta’ Marzu 2010 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-kontaminazzjoni bl-ethyl carbamate fl-ispirti tal-frott tal-għadma u l-ispirti tal-karfa tal-frott tal-għadma magħsur u l-monitoraġġ tal-livelli ta’ ethyl carbamate f’dawn ix-xarbiet (ĠU L 52, 3.3.2010, p. 53).”.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u r-Rakkomandazzjoni 2010/133/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    L-Aġent President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 196, 28.7.2011, p. 29.

    (2)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

    (3)  ĠU L 52, 3.3.2010, p. 53.

    (4)  ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1.

    (5)  ĠU L 105, 25.4.1990, p. 9.

    (6)  ĠU C 30, 6.2.2009, p. 18.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top