Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0027

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2012 tal- 10 ta’ Frar 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 161, 21.6.2012, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/27(2)/oj

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 27/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat l-aħħar b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 165/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 66wh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“66wi.

32010 R 0255: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Dan ir-Regolament m’għandux ikun applikabbli għal-Liechtenstein.”.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) Nru 255/2010 li għandu jiġi ppubblikat fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 76, 15.3.2012, p. 57.

(2)   ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Top