Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0162

Deċiżjoni tal-kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 162/2011 tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 76, 15.3.2012, pp. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/162(2)/oj

15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 162/2011

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/28/KE tirrevoka d-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha tiġi mħassra taħt il-Ftehim.

(4)

L-ilħuq tan-Norveġja tal-mira ta’ sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija fl-2020 jrid jitqies fil-kuntest tas-sehem kbir tal-enerġija rinnovabbli meta mqabbel mal-Istati Membri tal-UE, u l-inċertezza assoċjata mal-fornitura u mad-domanda inkorporati fil-kombinazzjoni ta’ sistema idro għall-produzzjoni tal-enerġija u klima kiesaħ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

it-test tal-punt 19 (id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b'seħħ mill-1 ta’ Jannar 2012;

(2)

dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 40 (tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2010):

“41.

32009 L 0028: Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(b)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(1) m'għandhiex tapplika għall-Istati tal-EFTA.

(c)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 4(2):

‘In-Norveġja u l-Islanda għandhom jinnotifikaw il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija rinnovabbli lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …, li tinkorpora d-Direttiva 2009/28/KE.’;

(d)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 22(1):

‘In-Norveġja u l-Islanda għandhom jissottomettu rapport dwar progress fil-promozzjoni u l-użu tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli mill-31 ta’ Diċembru 2013, u kull sentejn wara dik id-data. Il-ħames rapport, għandu jitressaq sal-31 ta’ Diċembru 2021, għandu jkun l-aħħar rapport meħtieġ.’;

(e)

Dawn li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt A tal-Anness I:

 

‘Sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija, 2005 (S2005)

Mira għal sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija, 2020 (S2020)

L-Islanda

55,0  %

64  %

Norveġja

58,2  %

67,5  %’ ”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/28/KE bl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-20 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 262, 6.10.2011, p. 32.

(2)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(3)   ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Top