Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0135

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2011 tat- 2 ta’ Diċembru 2011 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 76, 15.3.2012, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/135(2)/oj

15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 135/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI ta’ mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej ikun miżjud fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE) tal-Anness XI tal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32009 L 0114: id-Direttiva 2009/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 25).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/114/KE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 318, 1.12.2011, p. 39.

(2)   ĠU L 274, 20.10.2009, p. 25.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top