EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0052

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2011 tal- 20 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 196, 28.7.2011, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/52(2)/oj

28.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 52/2011

tal-20 ta’ Mejju 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/107/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistemi tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punti 37k (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/920/KE) u 37 l (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32009 D 0107: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/107/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 45, 14.2.2009, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/107/KE bl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-ġurnata tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (3) jew fil-ġurnata tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (4), skont liema jum jiġi l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 171, 30.6.2011, p. 39.

(2)  ĠU L 45, 14.2.2009, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(3)  Ara paġna 34 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 101, 22.4.2010, p. 21.


Top