EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0049

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2011 tal- 20 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 196, 28.7.2011, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/49(2)/oj

28.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 49/2011

tal-20 ta’ Mejju 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/3/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2009/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/137/KE tal-10 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti tal-kejl fir-rigward tal-isfruttar tal-għadd massimu ta’ żbalji permissibbli, f’dak li għandu x’jaqsam mal-annessi speċifiċi għall-istrumenti MI-001 sa MI-005 (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva 2009/23/KE tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 90/384/KEE (6) li hija inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentament għandha titħassar skont il-Ftehim,

(7)

Id-Direttiva 2009/34/KE tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE (7) li hija inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentament għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu IX tal-Anness II mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test fil-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE) għandu jiġi sostitwit bi:

32009 L 0034: Id-Direttiva 2009/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għar-raġunijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-ewwel inċiż tal-punt 3.1 tal-Anness I u għall-ewwel inċiż tal-punt 3.1.1.1(a) tal-Anness II, għandu jiżdied dan li ġej mat-test fil-parenteżi:

‘FL għal-Liechtenstein, IS għall-Islanda, N għan-Norveġja’,

(b)

Id-disinji li għalihom jirreferi l-Anness II fil-punt 3.2.1, għandhom jiġu ssupplimentati bl-ittri meħtieġa għas-sinjali FL, IS, N.”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 24 (Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE):

“—

32009 L 0003: Id-Direttiva 2009/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 114, 7.5.2009, p. 10).”

3.

It-test fil-punt 27 (Direttiva tal-Kunsill 90/384/KEE) għandu jiġi sostitwit bi:

32009 L 0023: Id-Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 6).”.

4.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 27b (Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0137: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/137/KE tal-10 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 294, 11.11.2009, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/3/KE, 2009/23/KE, 2009/34/KE and 2009/137/KE bl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 11.

(2)  ĠU L 114, 7.5.2009, p. 10.

(3)  ĠU L 122, 16.5.2009, p. 6.

(4)  ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7.

(5)  ĠU L 294, 11.11.2009, p. 7.

(6)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 1.

(7)  ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top