This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22011D0024
Decision of the EEA Joint Committee No 24/2011 of 1 April 2011 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2011 tal- 1 ta’ April 2011 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2011 tal- 1 ta’ April 2011 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 171, 30.6.2011, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
30.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 24/2011
tal-1 ta’ April 2011
li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ''l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2010 tas-16 ta’ Ġunju 2010 li jadotta l-programm tal-istatistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar previst fir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 520/2010 tas-16 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jikkonċerna l-aċċess għal dejta kunfidenzjali għal finijiet xjentifiċi fir-rigward tal-istħarriġiet disponibbli u sorsi ta’ dejta statistika (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18y (ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiġu miżjud fil-punt 17b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 519/2010 u (UE) Nru 520/2010 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 332, 16.12.2010, p. 62.
(2) ĠU L 151, 17.6.2010, p. 1.
(3) ĠU L 151, 17.6.2010, p. 14.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.