Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0136

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/2010 tal- 10 ta’ Diċembru 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 85, 31.3.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/136(2)/oj

    31.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 85/20


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 136/2010

    tal-10 ta’ Diċembru 2010

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 56i (id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

    “—

    32007 L 0071: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/71/KE tat-13 ta' Diċembru 2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 33).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2007/71/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-11 ta’ Diċembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 81.

    (2)  ĠU L 329, 14.12.2007, p. 33.

    (*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top