Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0104

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2010 tal- 1 ta' Ottubru 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 332, 16.12.2010, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/104/oj

16.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 104/2010

tal-1 ta' Ottubru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2010 tal-2 ta' Lulju 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/810/KE tat-22 ta' Settembru 2008 li tfassal il-formola standard għar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni 2009/810/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/173/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 24e (Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“24ea.

32009 D 0810: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/810/KE tat-22 ta' Settembru 2008 li tfassal l-formola standard għar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 5.11.2009, p. 9).”

2.

It-test tal-punt 20a (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/173/KEE) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2009/810/KE fil-lingwa tal-Islanda u fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 277, 21.10.2010, p. 43.

(2)   ĠU L 289, 5.11.2009, p. 9.

(3)   ĠU L 72, 25.3.1993, p. 33.

(*1)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top