This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22010D0077
Decision of the EEA Joint Committee No 77/2010 of 11 June 2010 amending Annex XIV (Competition) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2010 tal- 11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2010 tal- 11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 244, 16.9.2010, pp. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 77/2010
tal-11 ta’ Ġunju 2010
li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIV tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiki miftiehma (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 (3), li ġie inkorporat fil-Ftehim, skada fil-31 ta’ Mejju 2010 u għalhekk għandu jitħassar skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
It-test tal-punt 2 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999) tal-Anness XIV mal-Ftehim għandu jiġi mibdul b’li ġej:
“ 32010 R 0330: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-iskop tal-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:
Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tal-Artikolu 6:
‘Skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ b’rakkomandazzjoni tiddikjara li, fejn sistemi paralleli ta’ restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru iktar minn 50 % ta’ suq rilevanti fl-Istati tal-EFTA, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal ftehim vertikali li jkun fihom restrizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għal dak is-suq.
Rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tkun indirizzata lill-Istat tal-EFTA jew l-Istati tal-EFTA inkluż is-suq rilevanti in kwestjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun informata dwar il-ħruġ ta’ tali rakkomandazzjoni.
Fi żmien tliet xhur mill-ħruġ ta’ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istati tal-EFTA kollha indirizzati għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jekk jaċċettawx ir-rakkomandazzjoni. Jekk it-terminu perentorju ta’ tliet xhur jiskadi mingħajr risposta, dan għandu jinftiehem bħala aċċettazzjoni min-naħa tal-Istat tal-EFTA li ma jkunx irrisponda fil-ħin.
Jekk Stat tal-EFTA indirizzat bir-rakkomandazzjoni jew jaċċetta r-rakkomandazzjoni jew ma jirrispondix fil-ħin, jiġi impost fuqu obbligu legali skont il-Ftehim sabiex tkun implimentata r-rakkomandazzjoni fi żmien tliet xhur mill-ħruġ tagħha.
Jekk fi żmien it-terminu perentorju, Stat tal-EFTA indirizzat jinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li huwa ma jaċċettax ir-rakkomandazzjoni tagħha, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’din ir-risposta. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx taqbel mal-pożizzjoni tal-Istat tal-EFTA in kwestjoni, l-Artikolu 92(2) tal-Ftehim għandu japplika.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.
Fejn sistemi paralleli ta’ restrizzjonijet vertikali simili jkunu jkopru iktar minn 50 % ta’ suq rilevanti fit-territorju tal-Ftehim taż-ŻEE, iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza jkunu jistgħu jibdew kooperazzjoni bl-iskop li jaddottaw miżuri separati. Jekk iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza jiftiehmu dwar suq rilevanti u dwar kemm ikun f’loku li tkun addottata miżura skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha taddotta regolament indirizzat lill-Istati Membri tal-UE u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA rakkomandazzjoni ta’ sustanza korrispondenti għall-Istat tal-EFTA jew l-Istati tal-EFTA inkluż is-suq rilevanti in kwestjoni.’ ”
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 330/2010 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1). Din għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 181, 15.7.2010, p. 20.
(2) ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1.
(3) ĠU L 336, 29.12.1999, p. 21.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.